1. L-Ewwel Talba tal-Kruċjata (01). It-Talba tar-Rigal Tiegħi lil Ġesù biex Isalva l-Erwieħ:
Wisq Għażiż Ġesù, Int li tant tħobbna, bil-mod ċkejken tiegħi, ħallini ngħin, biex insalva l-erwieħ prezzjużi tiegħek. Ikollok Ħniena mill-midinbin kollha, irrispettivament minn kemm joffenduk gravament. Bit-talb u t-tbatija, ħallini ngħin lil dawk l-erwieħ li ma jsalvawx fit-Twissija l-Kbira, biex ifittxu post maġenbek fis-Saltna tiegħek.
Isma’ talbi, o Ġesù Ħelu, biex ngħinek tirbaħ lil dawk l-erwieħ li Int tant mxennaq għalihom. O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, inwiegħedek il-lealtà tiegħi lejn ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek, il-ħin kollu.
Ammen.
2. It-Talba tal-Kruċjata (02). It-Talba għal Mexxejja Globali:
Missier Etern, f’Isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, nitolbok tipproteġi lil uliedek mill-persekuzzjoni, li qed tiġi ppjanata mill-forzi globali, kontra nazzjonijiet innoċenti.
Nitolbok għall-maħfra tad-dnubiet ta’ dawk l-erwieħ, li huma l-kawża ta’ din it-tbatija, sabiex ikunu jistgħu jduru Lejk, b’qalb umli u sogħbiena.
Jekk jogħġbok, agħti lil uliedek ittorturati, l-qawwa biex jifilħu għal din it-tbatija, bi tpattija għad-dnubiet tad-dinja, bi Kristu Sidna.
Ammen.
3. It-Talba tal-Kruċjata (03). It-Talba biex Teħles lid-Dinja mill-Biża’:
O Sidi Ġesù Kristu, inħeġġek biex teħles lid-dinja mill-biża’, li tbiegħed l-erwieħ, minn dik Qalbek mimlija Mħabba.
Nitolbok li l-erwieħ, li se jesperjenzaw din il-biża’ ta’ veru, waqt It-Twissija l-Kbira, jieqfu, biex iħallu lill-Ħniena tiegħek tfawwrilhom ruħhom, sabiex isiru ħielsa li jħobbuk, kif għandhom iħobbuk.
Ammen.
4. It-Talba tal-Kruċjata (04). It-Talba biex il-Familji Kollha Jingħaqdu:
Għaqqad lill-familji kollha, Ġesù, waqt it-Twissija l-Kbira, sabiex jirċievu s-Salvazzjoni ta’ Dejjem. Nitolbok biex il-familji kollha jibqgħu flimkien, magħqudin miegħek Ġesù, sabiex jirtu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen.
5. It-Talba tal-Kruċjata (05). It-Talba ta’ Tifħir lil Alla l-Aktar Għoli:
Ġesù: “Binti, id-dinja trid toffri din it-Talba Speċjali b’tifħir u radd il-ħajr lil Alla l-Missier għall-Ħniena li qiegħed Jagħti lid-dinja kollha”.
O Missier Etern, noffrulek it-talb tagħna b’radd il-ħajr ferrieħi, għad-Don prezzjuż tiegħek tal-Ħniena lill-umanità kollha.
Nifirħu u noffrulek, Sultan l-Aktar Glorjuż, it-tifħir u l-adorazzjoni tagħna, għall-Ħniena tiegħek kollha Mħabba u Ħlewwa.
Int o Alla l-Aktar Għoli, Int is-Sultan tagħna, u għal dan id-Don, li Int issa qed ittina, aħna nintelqu f’Riġlejk, f’servitù umli.
Jekk jogħġbok, o Alla, ikollok Ħniena fuq uliedek kollha.
Ammen.
6. It-Talba tal-Kruċjata (06). It-Talba biex Jitwaqqaf l-Antikrist:
O Ġesù nitolbok, biex Alla fil-Ħniena tiegħu, jipprevjeni lill-Antikrist u lill-armata orribli tiegħu, milli jikkawżaw terrur u jġibu tbatija fuq uliedek. Nitolbuk li jitwaqqaf, u li l-id tal-kastig tiġi evitata, bil-konverżjoni miksuba waqt It-Twissija l-Kbira.
Ammen.
7. It-Talba tal-Kruċjata (07). It-Talba għal Dawk li Jirrifjutaw il-Ħniena:
Ġesù: “Din hi t-Talba li jridu jgħidu biex jitolbu l-Ħniena għall-erwieħ li jinsabu fid-dlam”.
Ġesù, inħeġġek biex taħfer lil dawk il-midinbin, hekk b’ruħhom mudlama, li se jirrifjutaw id-Dawl tal-Ħniena tiegħek.
Aħfrilhom Ġesù, nitolbok bil-ħerqa, sabiex Tifdihom minn dnubiethom, li minnhom qed isibuha daqshekk diffiċli biex joħorġu.
Fawwar lill-qalbhom bir-Raġġi tiegħek tal-Ħniena, u agħtihom iċ-ċans, li jirritornaw fil-Merħla tiegħek.
Ammen.
8. It-Talba tal-Kruċjata (08). It-Talba tal-Isqarrija:
Ġesù: "Din it-Talba għandha tingħad biex titlob klemenza għall-maħfra tad-dnub waqt u wara t-Twissija l-Kbira."
Ġesù Wisq Għażiż, nitolbok taħfirli dnubieti kollha, kif ukoll il-weġgħat u l-ħsara li ikkawżajt lill-oħrajn.
Bl-umiltà kollha, nitolbok il-Grazzji biex nevita li nerġa’ noffendik, u biex noffri penitenza, skont ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Nitolbok bil-ħerqa, taħfirli kwalunkwe offiża oħra, li nieħu sehem fiha fil-futur, u li tikkawżalek uġigħ u tbatija.
Ħudni miegħek fl-Era l-Ġdida ta’ Paċi, sabiex nsir parti mill-familja tiegħek għall-eternità.
Inħobbok Ġesù. Jien għandi bżonnok. Jiena nonora Lilek u dak kollu li hu tiegħek. Għinni Ġesù, sabiex inkun denju li nidħol fis-Saltna tiegħek.
Ammen.
9. It-Talba tal-Kruċjata (09). L-Offerta tat-Tbatija Bħala Rigal:
O Qalb l-Aktar Imqaddsa ta’ Ġesù, għallimni naċċetta l-insulti fl-Isem Imqaddes tiegħek, meta nħabbar il-Kelma tiegħek bħala r-radd il-ħajr ċkejken tiegħi.
Għallimni nifhem kif l-umiljazzjoni, l-uġigħ u t-tbatija, jqarrbuni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħek.
Ħallini naċċetta dawn il-provi bi-spirtu ta’ mħabba u ġenerożità, sabiex inkun nista’ nippreżentahom Lilek, bħala rigali tant prezzjużi biex Issalva l-erwieħ.
Ammen.
10. It-Talba tal-Kruċjata (10). It-Talba biex Inġorr il-Fjamma ta’ Mħabbtek:
Għinna, Ġesù Għażiż, biex inqumu bla biża’ f’Ismek, sabiex inwasslu l-Fjamma ta’ Mħabbtek lill-ġnus kollha.
Agħtina lilna uliedek, is-saħħa, biex niffaċċjaw l-abbużi, minn fost dawk kollha li ma jemmnux fil-Ħiena tiegħek.
Ammen.
11. It-Talba tal-Kruċjata (11). It-Talba biex Twaqqaf il-Mibegħda għal-Viżjonarji:
O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, jekk jogħġbok, waqqaf il-mibegħda u l-għira li jeżistu fost is-segwaċi tiegħek, lejn il-viżjonarji sinċieri tiegħek, f’dawn iż-żminijiet.
Nitolbok biex tisma’ talbi, ħalli tagħti lill-viżjonarji tiegħek, il-qawwa li għandhom bżonn, biex ixandru l-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek lid-dinja, li ma temminx.
Ammen.
12. It-Talba tal-Kruċjata (12). It-Talba biex Tevita d-Dnub tal-Kburija:
O Ġesù tiegħi, għinni nevita d-dnub tal-kburija meta nitkellem f’Ismek.
Jisgħobbija jekk niddisprezza lil xi ħadd fl-Isem Imqaddes tiegħek.
Għinni nisma’ Ġesù, meta Leħnek jixxandar u imlini bl-Ispirtu s-Santu tiegħek, sabiex inkun nista’ nagħraf il-Verità ta’ Kelmtek, meta Int issejjaħ lill-umanità.
Ammen.
13. It-Talba tal-Kruċjata (13). It-Talba għall-Immunità:
Alla l-Missier: "Il-Wegħda solenni tiegħi, uliedi, hija li dawk kollha fostkom li jsejħuli, f'isem Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu, biex insalva lil ħutkom, jingħataw immunità immedjata. Jingħataw grazzji speċjali lil kull wieħed u waħda minnkom, jekk twiegħdu xahar sħiħ ta' talb għal ruħhom."
O Missierna fis-Smewwiet, bl-Imħabba ta’ Ibnek il-Għażiż Ġesù Kristu, li l-Passjoni tiegħu fuq is-Salib, ħelsitna mid-dnub, jekk jogħġbok Salva lil dawk kollha li baqgħu jirrifjutaw Idejħ mimlija Ħniena.
Fawwar lir-ruħhom Għażiż Missier bid-Don ta’ Imħabbtek.
Nitolbok bil-ħerqa, Missier fis-Smewwiet, isma’ talbi u eħles lil dawn l-erwieħ mill-kundanna ta’ dejjem.
Bi Ħnientek, ħalli l-ewwel jidħlu huma, fl-Era l-Ġdida ta’ Paċi fid-Dinja.
Ammen.
14. It-Talba tal-Kruċjata (14). It-Talba lill-Missier għall-Protezzjoni Kontra l-Gwerra Nukleari:
O Missier li Tista’ Kollox, Alla l-Aktar Għoli, jekk jogħġbok ikollok Ħniena mill-midinbin kollha. Iftħilhom qalbhom biex jaċċettaw is-Salvazzjoni u biex jirċievu l’abbundanza tal-Grazzji.
Isma’ l-krib tiegħi għall-familti stess u kun żgur, li kull wieħed isib post f’Qalbek mimlija Mħabba.
O Missier Divin tas-Smewwiet, ipproteġi lil uliedek kollha fid-dinja minn kwalunkwe gwerra nukleari jew atti oħra, li qed jiġu ppjanati biex jeqirdu lil uliedek.
Żommna l-bogħod minn kull ħsara u pproteġina. Dawwalna, sabiex niftħu għajnejna, nisimgħu u nilqgħu il-Verità tas-Salvazzjoni tagħna, mingħajr ebda biża’ f’ruħna.
Ammen.
15. It-Talba tal-Kruċjata (15). It-Talba ta’ Radd il-Ħajr għad-Don tal-Ħniena Divina:
O Missieri fis-Smewwiet, aħna nonorawk b’apprezzament profond, għas-Sagrifiċċju li għamilt meta bgħatt lis-Salvatur fid-dinja.
Noffrulek bil-ferħ u radd il-ħajr it-talba tagħna, bi gratitudni umli, għad-Don li issa qed tagħti lil uliedek, id-Don tal-Ħniena Divina.
O Alla l-Aktar Għoli, agħmilna denji li naċċettaw din il-Ħniena l-kbira tiegħek bi gratitudni.
Ammen.
16. It-Talba tal-Kruċjata (16). It-Talba Sabiex Taċċetta l-Grazzji Offruti Matul it-Twissija l-Kbira:
O Ġesù tiegħi, żommni qawwi matul din il-prova tal-Ħniena l-kbira tiegħek. Agħtini l-Grazzji meħtieġa biex insir ċkejken f’Għajnejk.
Iftaħli għajnejja għall-Verità tal-Wegħda tiegħek, tas-Salvazzjoni Eterna.
Aħfirli dnubieti, urini mħabbtek u l-Id tal-Ħbiberija tiegħek.
Ħaddanni f’dirgħajn il-Familja Mqaddsa, sabiex insiru ilkoll ħaġa waħda mill-ġdid.
Inħobbok Ġesù, u nwiegħedek, li mil-lum 'l quddiem, inħabbar il-Kelma Mqaddsa tiegħek mingħajr biża’ f’qalbi, u b’purità tar-ruħ, għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
17. It-Talba tal-Kruċjata (17). It-Talba lill-Omm is-Salvazzjoni għal Erwieħ Mudlama:
O Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Omm is-Salvazzjoni, u Medjatriċi tal-Grazzji kollha, Int li tipparteċipa fis-Salvazzjoni tal-umanità mill-ħażen tax-Xitan, itlob għalina.
Omm is-Salvazzjoni, itlob li l-erwieħ kollha jiġu Salvati, u li jaċċettaw l-Imħabba u l-Ħniena murija minn Ibnek, Sidna Ġesù Kristu, li se jerġa’ jiġi għal darb’ oħra, biex jeħles l-umanità, u jagħtina ċ-ċans għas-Salvazzjoni ta’ Dejjem.
Ammen.
18. It-Talba tal-Kruċjata (18). It-Talba Sabiex Tgħin Ħalli Jitwaqqaf l-Antikrist u l-Grupp Tiegħu:
O Ġesù Għażiż, eħles lid-dinja mill-Antikrist.
Ipproteġina minn nases tax-Xitan.
Salva l-aħħar Fdalijiet tal-Knisja tiegħek mid-deni.
Agħti lill-Knejjes kollha tiegħek, is-Saħħa u l-Grazzji meħtieġa, biex niddefendu lilna nfusna kontra l-gwerer u l-persekuzzjoni ppjanati mix-Xitan, u l-armata tat-terroristi tiegħu.
Ammen.
19. It-Talba tal-Kruċjata (19). It-Talba għaż-Żgħażagħ:
Omm is-Salvazzjoni, itlob Ħniena għaż-żgħażagħ li jinsabu fi dlam terribbli, biex jagħrfu lil Ibnek il-Maħbub, meta jerġa jiġi biex Jifdi lill-umanità kollha.
Tħalli l-ebda wieħed minnhom jaqa’ fil-ġenb tat-triq. Tħalli l-ħadd minnhom jirrifjuta l-Ħniena l-kbira tiegħu.
Nitolbok ja Omm, li kollha kemm huma jsalvaw u biex tgħatti lil dawn iż-żgħażagħ bil-Mant Imqaddes tiegħek, għal protezzjoni li għandhom bżonn minn dak il-Qarrieqi.
Ammen.
20. It-Talba tal-Kruċjata (20). It-Talba biex Jitwaqqaf l-Antikrist milli Jeqred lid-Dinja:
O Alla Missier, f’isem il-prezzjuż Ibnek, insejjaħlek biex ma tħallix lill-Antikrist jaħtaf l-erwieħ ta’ wliedek.
Nitolbok bil-ħniena, Missier li Tista’ Kollox, biex twaqqfu milli jikkawża terrur fuq uliedek.
Nitolbok bil-ħniena biex twaqqfu milli jikkontamina l-ħolqien tiegħek u jkollok Ħniena fuq dawk l-imsejkna, li ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn kontrih.
Isma’ talbi Għażiż Missier, u eħles lil uliedek kollha minn dan is-saram terribbli.
Ammen.
21. It-Talba tal-Kruċjata (21). It-Talba ta’ Radd il-Ħajr lil Alla l-Missier għas-Salvazzjoni tal-Bnedmin:
Aħna nfaħħruk u niżżuk ħajr O Alla Qaddis u li Tista’ Kollox, il-Kreatur tal-umanità, għall-Imħabba u l-Kompassjoni li għandek għall-umanità.
Niżżuk ħajr għad-Don tas-Salvazzjoni lil uliedek imsejkna.
Nitolbuk bil-ħniena, o Mulej, biex teħles lil dawk mixjin wara d-Demonju, biex qalbhom tinfetaħ għall-Verità tal-Ħajja ta’ Dejjem tagħhom.
Ammen.
22. It-Talba tal-Kruċjata (22). It-Talba li Għandha Tiġi Reċitata mill-Kleru Kattoliku biex Iħarsu t-Tagħlim tal-Knisja:
O Ġesù Maħbub tiegħi, żommni qawwi u żomm il-fjamma ta’ mħabbti għalik tixegħel il-ġurnata kollha.
Tħalli qatt din il-fjamma ta’ mħabba it-teptep jew tmut.
Tħallini qatt niddgħajjef fil-preżenza tat-tentazzjoni.
Agħtini l-Grazzji meħtieġa, biex nonora l-vokazzjoni tiegħi, id-devozzjoni tiegħi, u l-lealtà tiegħi, u biex inħares it-tagħlim tal-Knisja Kattolika Ortodossa.
Noffrilek il-lealtà tiegħi l-ħin kollu.
Inwiegħdek l-impenn tiegħi, li niġġieled fl-Armata tiegħek, sabiex il-Knisja Kattolika, terġa’ tintrefa’ l-fuq fil-glorja, biex tilqgħek Ġesù Għażiż, meta terġa’ tiġi.
Ammen.
23. It-Talba tal-Kruċjata (23). It-Talba għas-Sigurtà tal-Papa Benedittu:
O Missieri Etern, f’isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, u t-tbatija li ġarrab sabiex jeħles lid-dinja mid-dnub, nitolbok biex issa tipproteġi l-Vigarju Mqaddes tiegħek, il-Papa Benedittu, il-Kap tal-Knisja tiegħek fuq l-art, sabiex hu wkoll, jgħin jeħles lil uliedek u lill-Qaddejja Sagri tiegħek kollha, mill-frosta tax-Xitan, kif ukoll mill-ħakma ta’ dawk ix-xjaten mixjin fid-dinja, jisirqu l-erwieħ.
O Missier, ipproteġi l-Papa tiegħek, sabiex uliedek ikunu jistgħu jiġu ggwidati, fit-triq vera lejn il-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen.
24. It-Talba tal-Kruċjata (24). It-Talba għal Assoluzzjoni Sħiħa:
Għal dawk sew li mhumiex Kattoliċi u sew Kattoliċi, iżda l-Kattoliċi xorta huma obbligati li jmorru jqerru sakemm ikun hemm Saċerdoti disponibbli.
Ġesù: "Huma [dawk li jixtiequ jirċievu din l-Indulġenza Plenarja] għandhom jgħidu din it-talba għal sebat ijiem konsekuttivi u jingħataw id-Don tal-Assoluzzjoni Totali u l-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu."
O Ġesù tiegħi, Int id-Dawl tad-Dinja. Int il-Fjamma li tmiss lill-kulħadd. Il-Ħniena u l-Imħabba tiegħek huma bla tarf.
M’aħniex denji tas-Sagrifiċċju li għamilt b’Mewtek fuq is-Salib, iżda nafu wkoll, li Mħabbtek għalina, hija akbar mill-imħabba li għandna għalik.
Agħtina o Mulej id-Don tal-Umiltà, sabiex ikun jistħoqqilna s-Saltna l-Ġdida tiegħek.
Imliena bl-Ispirtu s-Santu, sabiex inkunu nistgħu nimxu ’l quddiem u nwasslu lill-Armata tiegħek, biex tħabbar il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa, u nippreparaw lil ħutna, għall-glorja tat-Tieni Miġja tiegħek fid-dinja.
Nonorawk u nfaħħruk. Noffru lilna nfusna, in-niket u t-tbatijiet tagħna, bħala rigal Lilek, sabiex insalvaw l-erwieħ. Inħobbuk Ġesù. Ikollok Ħniena minn uliedek kollha, kull fejn jinsabu.
Ammen.
25. It-Talba tal-Kruċjata (25). It-Talba għall-Protezzjoni tal-Viżjonarji mad-Dinja Kollha:
O Alla l-Aktar Għoli, nitolbok sabiex toffri protezzjoni lill-messaġġiera mqaddsa tiegħek kollha fid-dinja.
Nitolbok biex ikunu protetti mill-mibegħda tal-oħrajn.
Nitolbok sabiex Kelmtek l-Aktar Imqaddsa, tinfirex malajr mad-dinja kollha.
Ipproteġi l-messaġġiera tiegħek mill-malafama, mill-abbuż, mill-gideb u minn kull tip ta’ periklu.
Ipproteġi l-familji tagħhom u għattihom bl-Ispirtu s-Santu, l-ħin kollu, sabiex il-messaġġi li jagħtu lid-dinja, jiġu aċċettati bi qlub sogħbiena w umli.
Ammen.
26. It-Talba tal-Kruċjata (26). Itlob ir-Rużarju Mqaddes biex Tgħin Issalva lil Pajjiżek:
Il-Madonna ħeġġet lin-nies biex jgħidu r-Rużarju Mqaddes tagħha kuljum – it-tliet Misteri – biex jgħinu jsalvaw in-nazzjon u l-familji tagħhom.
Talba qabel ir-Rużarju:
O Reġina tar-Rużarju Mqaddes, Int li ridt li tinżel ġewwa Fatima, biex tiżvela lit-tliet it-tfal ragħajja, it-teżori tal-Grazzji moħbija fir-Rużarju.
Nebbaħ lil qalbi b’imħabba sinċiera lejn din id-devozzjoni, sabiex waqt li nimmedita fuq il-Misteri tal-Fidwa tagħna, li huma mfakkra fih, inkun nista’ nakkwista mill-frott tiegħu, u nikseb il-paċi għad-dinja, il-konverżjoni tal-midinbin, u tar-Russja, u l-Grazzji li qed nitolbok f’dan ir-Rużarju (semmi hawn l-intenzjoni tiegħek).
Nitlob dan, għall-Akbar Glorja ta’ Alla, għal Unur tiegħek u għall-ġid tal-erwieħ, speċjalment għal ġid ta’ ruħi.
Ammen.
27. It-Talba tal-Kruċjata (27). It-Talba għall-Paċi fid-Dinja:
O Ġesù tiegħi, nitolbok bil-ħerqa biex ikollok Ħniena minn dawk milquta minn gwerer terribbli. Nitolbok biex iġġib il-paċi f’dawk il-ġnus ittorturati u għomja għall-Verità tal-Eżistenza tiegħek.
Jekk jogħġbok, għatti lil dawn in-nazzjonijiet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, biex iwaqqfu l-kilba għal poter fuq l-erwieħ innoċenti.
Ikollok Ħniena, minn dawk il-pajjiżi kollha tiegħek li ma jistgħu jagħmlu xejn, kontra dawn l-atroċitajiet imxajtna fid-dinja.
Ammen.
28. It-Talba tal-Kruċjata (28). It-Talba għall-Għaqda tal-Ulied Kollha ta’ Alla:
O Alla l-Aktar Għoli, ninżlu għarkupptejna quddiemek, biex nitolbuk ħafna għall-għaqda ta’ wliedek kollha, fil-ġlieda biex inżommu l-Knejjes Insara tiegħek fid-dinja.
Tħallix id-differenzi tagħna jifirduna f’daż-żmien ta’ apostasija kbira fid-dinja.
B’imħabbitna Lejk, Missier Għażiż, ninsistu miegħek biex tagħtina l-Grazzji li nħobbu lil xulxin f’Isem Ibnek, il-Maħbub Ġesù Kristu.
Nadurawk. Inħobbuk. Ningħaqdu biex niġġieldu għall-qawwa li nżommu l-Knejjes Insara tiegħek fid-dinja, fl-isfidi li se niffaċċjaw fis-snin li ġejjin.
Ammen.
29. It-Talba tal-Kruċjata (29). It-Talba għall-Protezzjoni tal-Prattika Kristjana:
O Sidi Ġesù Kristu, ninsisti miegħek biex tferra’ l-Ispirtu s-Santu tiegħek fuq uliedek kollha.
Nitolbok bil-ħniena, taħfer lil dawk li f’ruħhom għandhom il-mibegħda għalik.
Nitolbok biex l-atei jiftħu qalbhom imwebbsa, matul il-Ħniena l-kbira tiegħek, u li wliedek li jħobbuk, jonorawk b’dinjità u li jirbħu fuq kull persekuzzjoni.
Jekk jogħġbok, imla lil uliedek kollha bid-Don tal-Ispirtu tiegħek, sabiex bil-kuraġġ iqumu, u jmexxu l-Armata tiegħek, fil-battalja finali kontra x-Xitan, id-demonji tiegħu u dawk l-erwieħ kollha li huma skjavi, tal-wegħdiet foloz tiegħu.
Ammen.
30. It-Talba tal-Kruċjata (30). It-Talba biex Tiġi Evitata l-Gwerra, il-Ġuħ u l-Persekuzzjoni Reliġjuża:
O Missieri Etern, Alla l-Ħallieq tal-Univers, f’isem Ibnek il-Prezzjuż, nitolbok bil-ħniena biex tagħmilna nħobbuk aktar.
Għinna nkunu kuraġġużi, bla biża’ u qawwija, quddiem dak kollu li hu kontra. Aċċetta s-sagrifiċċji, it-tbatijiet u l-provi tagħna, bħala rigal quddiem it-Tron tiegħek biex Issalva lil uliedek fid-dinja.
Taffi l-qlub tal-erwieħ li huma mniġġsa.
Iftħilhom għajnejhom għall-Verità ta’ Mħabbtek, sabiex jingħaqdu, ma’ wliedek kollha fil-Ġenna tal-Art, li ħloqtilna b’Imħabba, skont ir-Rieda Divina tiegħek.
Ammen.
31. It-Talba tal-Kruċjata (31). Katina ta’ Talb għall-Protezzjoni biex Titwaqqaf il-Persekuzzjoni ta’ Wliedek Innoċenti:
O Ġesù tiegħi, ħalli talbi jinvoka l-Ispirtu Qaddis tiegħek, biex jinżel fuq il-kbarat, immexxija mill ġibda ħażina, mir-regħba, mix-xeħħa u mill-kburija, biex iwaqqfu l-persekuzzjoni ta’ wliedek innoċenti.
Nitolbok biex twaqqaf il-faqar, il-ġuħ u l-gwerer milli jibilgħu lil uliedek, u biex il-mexxejja Ewropej, jiftħu qalbhom għall-Verità ta’ Mħabbtek.
Ammen.
32. It-Talba tal-Kruċjata (32). It-Talba biex Jitwaqqaf l-Abort milli Jiġi Legalizzat fl-Irlanda:
O Omm is-Salvazzjoni, itlob għalina, uliedek fl-Irlanda biex ma nħallux li dan l-att krudili tal-abort, jiġi impost fuqna.
Ipproteġi lil dan in-nazzjon imbierek milli jegħreq aktar fil-fond fid-disperazzjoni, u pproteġina mid-dlam fuq pajjiżna. Eħlsna mid-Demonju li jrid jeqred lil uliedek li għad iridu jitwieldu.
Itlob għalina biex dawk il-mexxejja jkollhom il-kuraġġ li jisimgħu minn dawk li jħobbu lil Ibnek, sabiex huma jsegwu t-tagħlim ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Ammen.
33. It-Talba tal-Kruċjata (33). It-Talba tas-Siġill ta’ Alla l-Ħaj:
Alla l-Missier: “Biex tagħraf is-Siġill tiegħi u taċċettah b’imħabba, ferħ u gratitudni”.
Alla l-Missier qed jitlob li aħna lkoll naċċettaw dan is-Siġill bħala Protezzjoni għal kull wieħed u waħda minna u l-familji tagħna fiż-żminijiet diffiċli futuri li se jkollna ngħixu fihom.
O Alla tiegħi, Maħbub Missieri, naċċetta b’imħabba u gratitudni, s-Siġill Divin tiegħek ta’ Protezzjoni. Id-Divinità tiegħek taħkimli l-ġismi u l-ruħi għall-eternità.
Maħbub Missieri, b’umiltà ninżel quddiemek, inroddlok ħajr, noffrilek imħabbti profonda u fedeltà.
Nitolbok bil-ħniena, b’dan is-Siġill speċjali, tipproteġi lili u l-maħbubin tiegħi, u nwiegħed ħajti għas-servizz tiegħek, għal dejjem.
Inħobbok Missier Għażiż. Nikkunslak f’dawn iż-żminijiet Missier Għażiż. Noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ibnek il-Maħbub, bi tpattija għad-dnubiet tad-dinja, u għas-Salvazzjoni ta’ wliedek kollha.
Ammen.
34. It-Talba tal-Kruċjata (34). It-Talba tar-Rigal tas-Sawm lil Ġesù:
O Ġesù tiegħi, għinni bil-mod ċkejken tiegħi, biex nimita l-Ħajtek ta’ Sagrifiċċju, sabiex Issalva l-umanità.
Ħallini noffrilek ir-rigal ta’ ġurnata sawm fil-ġimgħa, matul ir-Randan, biex insalvaw lill-bnedmin kollha, sabiex ikunu jistgħu jidħlu mill-bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Noffrilek Ġesù Għażiż, is-sagrifiċċju tiegħi b’imħabba u b’ferħ f’qalbi.
Sabiex nuruk sa fejn tasal imħabbti b’dan is-sagrifiċċju, nitolbok ħafna għas-Salvazzjoni ta’ kull ruħ li tbiegħdet mill-Grazzja tieghek.
Ammen.
35. It-Talba tal-Kruċjata (35). It-Talba biex l-Erwieħ Jidħlu l-Ġenna:
O Ġesù tiegħi, għinni biex ngħinek Issalva l-fdal li baqa’ minn uliedek fid-dinja.
Bi Ħnientek, Salva l-erwieħ mill-ispirtu tad-dlamijiet.
Aċċetta l-isfidi, it-tbatijiet u n-niket tiegħi f’ħajti, biex teħles l-erwieħ minn nirien tal-Infern.
Imlieni bil-Grazzji, biex noffrilek tbatijieti b’imħabba u b’ferħ f’qalbi, sabiex ningħaqdu lkoll ħaġa waħda fl-imħabba, għal Imqaddsa Trinità, u ngħixu miegħek, bħala familja waħda u qaddisa, fil-Ġenna.
Ammen.
36. It-Talba tal-Kruċjata (36). It-Talba biex Tgħinni Nonora lil Alla Wieħed u Veru:
Ġesù jgħinni għax jien ninsab mitluf u konfuż. Ma nafx x’inhi l-Verità tal-Ħajja wara l-mewt ta’ din id-dinja.
Jisgħobbija jekk noffendik billi nonora allat foloz, li mhumiex l-Alla Veru.
Eħlisni u għinni nara l-Verità b’ċarezza u keċċi d-dlam li hemm f’ruħi.
Għinni nidħol fid-Dawl tal-Ħniena tiegħek.
Ammen.
37. It-Talba tal-Kruċjata (37). It-Talba għall-Għaqda tal-Ulied Kollha ta’ Alla:
O Ġesù Għażiż, għaqqad lis-segwaċi kollha tiegħek fl-imħabba, sabiex inkunu nistgħu nxandru l-Verità tal-Wegħda tiegħek, għas-Salvazzjoni ta’ Dejjem, madwar id-dinja kollha.
Nitolbuk li dawk l-erwieħ fietla, li jibżgħu joffru lilhom infushom Lilek, b’moħħom, b’ġisimhom u b’ruħhom, jarmu l-korazza ta’ kburithom u jiftħu qalbhom għal Imħabbtek, u jsiru parti mill-Familja Mqaddsa tiegħek fid-dinja.
Ħaddan lil dawk l-erwieħ kollha mitlufin, Għażiż Ġesù, u bi mħabbitna, bħala ħutna, nġibuhom mid-deżert u noħduhom fi ħdan l-Imħabba u d-Dawl tat-Trinità Mqaddsa.
Aħna npoġġu t-tama, l-fiduċja u mħabbitna kollha f’Idejk Imqaddsa.
Nitolbuk biex tkabbar d-devozzjoni tagħna, sabiex ngħinu jsalvaw aktar erwieħ.
Ammen.
38. It-Talba tal-Kruċjata (38). It-Talba għas-Salvazzjoni tal-Knisja Kattolika:
O Omm is-Salvazzjoni Mbierka, jekk jogħġbok itlob għall-Knisja Kattolika f’dawn iż-żminijiet diffiċli, u għall-maħbub Papa Benedittu XVI biex tittaffa t-tbatija tiegħu.
Nitolbuk, Omm is-Salvazzjoni, biex tgħatti l-Qaddejja Sagri ta’ Alla, bil-mant Imqaddes tiegħek, sabiex jingħataw il-Grazzji ħa jkunu qawwija, leali u kuraġġużi waqt il-provi li jiffaċċjaw. Nitolbu wkoll li jieħdu ħsieb il-merħla tagħhom skont it-tagħlim veru tal-Knisja Kattolika.
O Omm Imqaddsa ta’ Alla, agħtina l-Knisja tal-Fdal tiegħek fid-dinja, id-Don tat-Tmexxija biex ngħinu nwasslu l-erwieħ lejn is-Saltna ta’ Ibnek. Nitolbuk Omm is-Salvazzjoni, biex iżżomm l-bogħod mis-segwaċi ta’ Ibnek, lil dak il-Qarrieqi, fix-xewqa tagħhom li jipproteġu ruħhom, ħalli jkun jixirqilhom jidħlu mill-bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Ammen.
39. It-Talba tal-Kruċjata (39). It-Talba sabiex Tħejju għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida u għat-Tieni Miġja Tiegħi:
O Ġesù, Salvatur Maħbub tiegħi, nitolbok biex tgħattini bl-Ispirtu Qaddis tiegħek, ħalli b’awtorità, nxandar il-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek, sabiex nipprepara lil ulied Alla kollha, għat-Tieni Miġja tiegħek.
Inħeġġek Mulej Ġesù, għall-Grazzji kollha li għandi bżonn biex nilħaq kull fidi, twemmin u n-nazzjonalità, kull fejn immur.
Għinni nitkellem b’Ilsienek, intaffi l-foqra f’ruħhom b’Xufftejk u nħobb l-erwieħ kollha bl-Imħabba Divina speċjali, li titferra’ minn Qalbek Imqaddsa.
Għinni nsalva l-erwieħ tant viċin Qalbek u ħallini nikkonslak, Ġesù Għażiż, meta l-erwieħ mitlufa jkomplu jirrifjutaw lil Ħnientek. Ġesù jien ma jien xejn mingħajrek, imma bl-għajnuna ġeneruża tiegħek, niġġieled f’Ismek, biex ngħin insalva l-umanità kollha.
Ammen.
40. It-Talba tal-Kruċjata (40). It-Talba għall-Kleru biex Iħejju l-Erwieħ għat-Tieni Miġja:
O Ġesù tiegħi, jien sempliċi qaddej ċkejken, u għandi bżonnok biex tiggwidani kif nipprepara l-erwieħ għat-Tieni Miġja Glorjuża tiegħek.
Għinni nikkonverti l-erwieħ, u nħejjihom tajjeb skont ir-Rieda Mqaddsa tiegħek, ħalli jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida, li Int wegħdt lill-umanità kollha, b’Mewtek fuq is-Salib.
Tini l-Grazzji meħtieġa biex inxandar kelmtek lill-erwieħ għatxana, u biex qatt ma nwarrab dmiri u l-wegħda ta’ lealtà Lejk Għażiż Ġesù, bil-voti sagri tiegħi.
Ammen.
41. It-Talba tal-Kruċjata (41). It-Talba għal Dawk li ma Jemmnux:
O Ġesù, għin lil uliedek imsejkna li huma għomja għall-Wegħda tiegħek tas-Salvazzjoni.
Inħabbrek, biex bit-talb u t-tbatija tiegħi, tiftaħ għajnejn dawk li ma jemmnux, sabiex jilmħu l-Imħabba Tenera tiegħek u jiġru għall-protezzjoni f’Dirgħajk Imqaddsa.
Għinhom jaraw il-Verità u jfittxu l-maħfra għal dnubiethom kollha, biex isalvaw u jkunu l-ewwel li jidħlu mil-bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Nitolbok għal dawn l-imsejkna erwiegħ, inklużi rġiel, nisa u tfal u nħeġġek, biex teħlishom minn dnubiethom.
Ammen.
42. It-Talba tal-Kruċjata (42). It-Talba (u s-Sawm) Kontra l-Munita Waħda Dinjija:
O Alla l-Aktar Għoli, noffrilek ir-rigal tiegħi ta’ sawm, sabiex Int twaqqaf il-ħakma tal-Demonju fid-dinja, u l-pjan biex iseħħ il-ġuħ f’pajjiżi, inkluż il-ġuħ tal-Ħobż tal-Ħajja.
Aċċetta l-offerta tiegħi u isma’ l-krib tiegħi għan-nazzjonijiet oħra, biex ma tħallihomx jgħaddu minn din it-tbatija ppjanata mill-Antikrist.
Eħlisna Mulej Għażiż, minn dan il-Ħażen, u jipproteġilna l-fidi, ħalli nonorawk bil-libertà li għandna bżonn, biex inħobbuk u nadurawk għal dejjem ta’dejjem.
Ammen.
43. It-Talba tal-Kruċjata (43). It-Talba biex Isalvaw l-Erwieħ Matul it-Twissija l-Kbira:
O Alla Missier li Tista’ Kollox, f’isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, u b’tifkira tal-Mewt tiegħu fuq is-Salib, biex Jeħlisna minn dnubietna, nitolbok bil-ħniena, biex Issalva dawk l-erwieħ, li ma jistgħux isalvaw lilhom infushom, u li se jmutu fid-dnub il-mejjet, waqt it-Twissija l-Kbira.
Bi tpattija għat-tbatijiet ta’ Ibnek il-Maħbub, inħeġġek biex taħfer lil dawk li ma jistgħux ifittxu l-maħfra, għax mhux se jkollhom żmien biżżejjed biex jitolbu lil Ġesù Ibnek, il-Ħniena, biex jeħlishom minn dnubiethom.
Ammen.
44. It-Talba tal-Kruċjata (44). It-Talba għall-Qawwa biex Niddefendi l-Fidi Tiegħi Kontra l-Profeta Falz:
Ġesù Għażiż, tini l-qawwa niffoka fuq it-tagħlim tiegħek, u nxandar il-Kelma Mqaddsa tiegħek, f’kull ħin.
Tħallini qatt inkun ittantat li nonora l-Profeta Falz, li se jipprova jippreżenta ruħu bħala Inti stess.
Żommli mħabbti għalik qawwija. Tini l-Grazzji tad-Dixxerniment, biex qatt ma niċħad il-Verità li tinsab fil-Bibbja Mqaddsa, irrispettivament minn kemm gideb jiġi ppreżentat lili, biex iħeġġiġni nagħti dahri lil Kelma Vera tiegħek.
Ammen.
45. It-Talba tal-Kruċjata (45). It-Talba biex Tirbaħ il-Ħsibijiet Negattivi:
O Ġesù, jien ftit li xejn naf fuqek. Imma jekk jogħġbok, għinni niftaħ qalbi ħa nħallik tidħol f’ruħi, sabiex tkun tista’ tfejjaqni, tfarraġni u timlini bil-Paċi tiegħek.
Għinni nħoss il-ferħ, li nirbaħ il-ħsibijiet negattivi kollha, u li nitgħallem u nifhem kif nogħġbok, biex inkun nista’ nidħol fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek, fejn inkun nista’ ngħix ħajja ta’ mħabba, ferħ u meravilja miegħek, għal dejjem.
Ammen.
46. It-Talba tal-Kruċjata (46). It-Talba biex Teħlisni mill-Ktajjen tax-Xitan:
O Ġesù, jien mitluf.
Jien konfuż, u nħossni bħal priġunier maqbud f’għanqbuta li ma nistax naħrab minnha.
Ġesù nafda Fik biex tiġi tgħinni, u teħlisni mill-ktajjen tax-Xitan, u d-demonji tiegħu.
Għinni għax inlift.
Għandi bżonn Imħabbtek, biex tagħtini l-qawwa li nemmen u nafda Fik, neħles mill-inkwiet, u nara d-dawl, sabiex fl-aħħar inkun nista’ nsib il-paċi, l-imħabba u l-kuntentizza.
Ammen.
47. It-Talba tal-Kruċjata (47). It-Talba biex Tgħinni Nġedded Imħabbti għal Ġesù:
O Omm Imbierka, Omm is-Salvazzjoni għad-dinja kollha, itlob li mħabbti għal Ġesù terġa’ tinxtgħel.
Għinni nħoss il-Fjamma ta’ Mħabbtu, biex timlili l-ruħi.
Għinni inħobb aktar lil Ġesù.
Itlob li l-fidi, l-imħabba u d-devozzjoni tiegħi Lejħ, isiru aktar qawwija.
Neħħili kull dubju li jitturmentani, u għinni nara b’mod ċar, id-Dawl Divin tal-Verità, li joħroġ minn Ibnek il-Maħbub, is-Salvatur tal-Umanità kollha.
Ammen.
48. It-Talba tal-Kruċjata (48). It-Talba għall-Grazzja biex Inxandru t-Tieni Miġja ta’ Kristu:
O Ġesù tiegħi, tini l-Grazzja li nħabbar Kelmtek Imqaddsa, lill-umanità kollha, biex l-erwieħ jiġu meħlusa.
Ferra’ l-Ispirtu Mqaddes tiegħek fuqi, il-qaddej ċkejken tiegħek, ħalli Kelmtek Imqaddsa tinstema’, u tiġi aċċettata, speċjalment minn dawk l-erwieħ, l-aktar fil-bżonn tal-Ħniena tiegħek.
Għinni nonora, r-Rieda Mqaddsa tiegħek il-ħin kollu, u qatt ma ninsulta jew nikkundanna, lil dawk li jirrifjutaw Idek tal-Ħniena.
Ammen.
49. It-Talba tal-Kruċjata (49). It-Talba tal-Wegħda Solenni ta’ Lealtà mill-Kleru Nisrani:
O Ġesù, jien il-qaddej ċkejken tiegħek, inwiegħdek imħabbti u l-lealtà Lejk. Nitolbok bil-ħniena ttini sinjal tas-sejħa tiegħek. Għinni niftaħ għajnejja biex nara l-Wegħda tiegħek.
Berikni bil-Grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ħalli ma niġix imqarraq minn dawk li jiddikjaraw li jitkellmu f’Ismek, imma li ma jgħidux il-verità.
Urini l-Verità.
Ħallini nħoss Imħabbtek, sabiex inkun nista’ nwettaq ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Nitolbok, b’qalb umli, biex turini kif nista’ ngħinek issalva l-erwieħ tal-umanità.
Ammen.
50. It-Talba tal-Kruċjata (50). It-Talba “Ġesù Għinni sabiex Inkun Naf Min Int”:
O Ġesù Għażiż, għinni biex insir naf min Int.
Jisgħobbija talli ma kellimtekx qabel. Għinni nsib il-paċi f’din il-ħajja, u wrini l-Verità tal-Ħajja ta’ Dejjem.
Serraħli qalbi. Taffi l-inkwiet tiegħi. Agħtini l-paċi. Iftaħli qalbi issa, sabiex Int tkun tista’ timla lil ruħi b’Imħabbtek.
Ammen.
51. It-Talba tal-Kruċjata (51). It-Talba għad-Don tal-Ispirtu s-Santu:
O ejja Spirtu s-Santu. Ferra’ d-Doni ta’ Mħabbtek, tal-Għerf u t-Tagħrif, fuq ruħi ċkejkna.
Imlieni bid-Dawl tal-Verità, sabiex inkun nista’ nagħraf il-Verità ta’ Alla, mill-gideb imxerrda mix-Xitan, u l-anġli l-ħżiena tiegħu.
Għinni naħtaf it-torċa u nxerred il-fjamma tal-fehma, ma’ dawk kollha li niltaqa’ magħhom, bi Kristu Sidna.
Ammen.
52. It-Talba tal-Kruċjata (52). It-Talba lill-Missier:
Missieri Wisq Għażiż, f’Isem il-Prezzjuż Ibnek, u b’tifkira tal-Passjoni tiegħu fuq is-Salib, insejjaħlek.
Int, Alla l-Aktar Għoli, u Ħallieq tad-Dinja, u dak kollu li hu, żomm is-Salvazzjoni tagħna f’Idejk Imqaddsa.
Ħaddan lil uliedek kollha, inklużi dawk li ma jafukx, u lil dawk li jafuk, imma jħarsu n-naħa l-oħra.
Aħfrilna d-dnub tagħna, u eħlisna mill-persekuzzjoni tax-Xitan u l-armata tiegħu.
Ħudna f’Idejk, u imlina bit-Tama li għandna bżonn, biex naraw it-triq tal-Verità.
Ammen.
53. It-Talba tal-Kruċjata (53). It-Talba għall-Knisja Kattolika:
O Alla Missier, f’Isem Ibnek il-Maħbub, nitolbok bil-ħniena, sabiex tagħti s-saħħa u l-Grazzji meħtieġa, biex tgħin lis-Saċerdoti jkunu jistgħu jifilħu jissaportu l-persekuzzjoni.
Għinhom jimxu mal-Verità tat-Tagħlim ta’ Ibnek, Ġesù Kristu, u biex qatt ma jċedu, jiddgħajfu jew jemmnu l-gideb dwar l-eżistenza tal-Ewkaristija Mqaddsa.
Ammen.
54. It-Talba tal-Kruċjata (54). It-Talba lill-Missier sabiex Inaqqas l-Impatt tat-Tielet Gwerra Dinjija:
O Missierna fis-Smewwiet, f’isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, li sofra ħafna għad-dnubiet tal-umanità, jekk jogħġbok għinna f’dawn iż-żminijiet diffiċli, li qed niffaċċjaw.
Għinna nirbħu fuq il-persekuzzjoni li qed tiġi ppjanata minn mexxejja rgħiba, u dawk li jridu jeqirdu l-Knejjes tiegħek, u lil uliedek.
Aħna nħeġġuk, Missier Għażiż, biex tgħina nitimgħu il-familji tagħna, u nsalvaw ħajjet dawk li se jiġu sfurzati għal gwerra kontra r-rieda tagħhom.
Aħna nħobbuk Għażiż Missier.
Nitolbuk bil-ħniena, biex tgħinna f’dan iż-żmien ta’ bżonn.
Eħlisna mill-ħakma tal-Antikrist.
Għinna nirbħu fuq il-Marka tal-Bhima, billi nirrifjutaw li naċċettawha.
Għin lil dawk li jħobbuk, biex jibqgħu leali lejn Kelmtek Imqaddsa, il-ħin kollu, biex tagħtina l-Grazzji li nsalvaw fil-ġisem u fir-ruħ.
Ammen.
55. It-Talba tal-Kruċjata (55). It-Talba biex Tipprepara għat-Twissija l-Kbira:
O Ġesù Għażiż tiegħi, jekk jogħġbok iftaħ il-qlub kollha ta’ wlied Alla għad-Don tal-Ħniena l-kbira tiegħek.
Għinhom jaċċettaw il-Ħniena Divina tiegħek b’imħabba u gratitudni.
Għinhom isiru ċkejknin quddiemek, u biex jitolbuk bil-ħniena l-maħfra ta’ dnubiethom, sabiex isiru parti mis-Saltna Glorjuża tiegħek.
Ammen.
56. It-Talba tal-Kruċjata (56). It-Talba tas-Saċerdoti li Qed Ifittxu l-Protezzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa:
O Missier Għażiż, f’isem il-Prezzjuż Ibnek, li Ssagrifika lilu nnifsu, fuq is-Salib għall-umanità kollha, għinni biex nibqa’ leali lejn il-Verità.
Iksini bid-Demm Prezzjuż ta’ Ibnek, u agħtini l-Grazzji li nkompli naqdik bil-fidi, bil-fiduċja u bl-unur, għall-bqija tal-ministeru tiegħi.
Tħallini qatt nitbiegħed mit-tifsira sħiħa tas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa Mqaddsa, jew li noffri l-Ewkaristija Mqaddsa lil uliedek.
Agħtini l-qawwa li nirrappreżentak, u nitma’ lill-merħla tiegħek bil-mod, ta’ kif għandhom jiġu mitmugħa, bil-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ibnek, Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-Umanità.
Ammen.
57. It-Talba tal-Kruċjata (57). It-Talba tas-Saċerdoti “Ġesù Ħallini Nisma’ s-Sejħa Tiegħek”:
O Ġesù Għażiż, iftaħli widnejja ħa nisma’ l-Vuċi tiegħek.
Iftaħli qalbi għas-sejħa tiegħek kollha Mħabba.
Imla lir-ruħi bl-Ispirtu s-Santu, biex issa nkun nista’ nagħrfek.
Noffrilek il-lealtà ċkejkna tiegħi, għal dak kollu li titlob minni.
Għinni niddixxerni l-Verità, inqum, nirrispondi u nimxi wara Leħnek sabiex ngħinek issalva l-erwieħ tal-umanità kollha.
Ir-Rieda tiegħek hija għalija kmand.
Tini l-kuraġġ biex inħallik tiggwidani, ħalli nieħu l-armatura biex nigwida l-Knisja tiegħek lejn is-Saltna l-Ġdida tiegħek.
Ammen.
58. It-Talba tal-Kruċjata (58). It-Talba għall-Konverżjoni:
(Aħna mħeġġa biex insumu)
O Ġesù Għażiż, ħaddan lil ulied kollha ta’ Alla u iksihom b’Demmek il-Prezzjuż. Ħalli kull qatra ta’ Demmek tiksi kull ruħ, biex tipproteġihom mid-Demonju.
Iftaħ il-qlub ta’ kulħadd, speċjalment l-erwieħ imwebbsa u dawk li jafuk, imma li huma mtebbgħin bid-dnub tal-kburija, biex jinżlu mal-art, u bil-ħerqa jitolbuk, sabiex id-Dawl ta’ Mħabbtek, ifawwrilhom ruħhom.
Iftħilhomħ għajnejhom ħa jilmħu l-Verità, u biex jgħattuhom s-sebħ u r-raġġi ta’ Ħnientek Divina.
Bil-Grazzji li qed nitolbok, Ġesù Għażiż, ikkonverti l-erwieħ kollha:
(semmi hawn l-intenzjoni personali)
Nitolbok Ħniena, u noffrilek dan ir-rigal ta’ ġurnata sawm fil-ġimgħa, (f'dan ix-xahar ta’ Ġunju), bi tpattija għad-dnubiet kollha.
Ammen.
59. It-Talba tal-Kruċjata (59). It-Talba tal-Weghda ta’ Lealtà lejn ir-Rieda Divina:
Ġesù: “Wisq ġħażiża binti, bħalma Missieri Etern irregala lill-umanità d-Don kbir tas-Siġill tiegħu, hekk ukoll, uliedu jridu jwiegħdu l-lealtà tagħhom għar-Rieda Divina tiegħu. Nitlob lil ulied kollha ta' Alla , li se jimxu 'l quddiem fl-Armata tiegħu, biex jgħinu jsalvaw l-erwieħ tal-ulied kollha ta' Alla , inklużi l-midinbin imwebbsa, biex jagħmlu din il-wegħda”.
O Alla l-Aktar Għoli, Missierna fis-Smewwiet, inwiegħedek il-lealtà sħiħa tiegħi, biex f’kollox nonorak u nobdik, magħqud mar-Rieda Divina tiegħek fuq l-art.
Jien, bid-Demm Imqaddes ta’ Ibnek il-Waħdieni u l-Maħbub, il-Messija Veru, noffrilek moħħi, ġismi u ruħi, f’isem l-erwieħ kollha, sabiex ningħaqdu ħaġa waħda, f’Saltnatek tas-Sema li ser tiġi, ħalli ir-Rieda Divina tiegħek isseħ, hawn fuq l-art kif ukoll fil-Ġenna.
Ammen.
60. It-Talba tal-Kruċjata (60). It-Talba għall-Konverżjoni tal-Familji Matul it-Twissija l-Kbira:
Ġesù: “Ulied ta' Alla, ħejju kuljum għat-Twissija l-Kbira, għax din tista’ tiġri fi kwalunkwe ħin”.
O Ġesù Għażiż u Ħelu, nitolbok bil-ħerqa għal Ħniena, fuq l-erwieħ tal-familja tiegħi (semmihom hawn).
Noffrilek it-tbatijiet, l-isfidi u t-talb tiegħi, biex isalvaw ruħhom mill-ispirtu tad-dlamijiet.
Tħalli l-ħadd minn dawn uliedek jirrinunzja jew jirrifjuta Jdejk tal-Ħniena.
Iftħilhom qlubhom biex jingħaqdu mal-Qalb Imqaddsa tiegħek, u jfittxu l-maħfra meħtieġa, u eħlishom min-nirien tal-Infern.
Agħtihom iċ-ċans ipattu, ħalli jikkonvertu bir-Raġġi tal-Ħniena Divina tiegħek.
Ammen.
61. It-Talba tal-Kruċjata (61). It-Talba sabiex Tevita l-Kontroll tad-Dinja Kollha:
O Għażiż Missier fis-Smewwiet, b’tifkira tal-Kruċifissjoni ta’ Ibnek, il-Maħbub, Ġesù Kristu, nitolbok bil-ħniena, biex tipproteġina, lilna wliedek, mill-kruċifissjoni ppjanata mill-Antikrist u s-segwaċi tiegħu, biex jeqirduna.
Agħtina l-Grazzji, biex nirrifjutaw il-Marka tal-Bhima, u tina l-għajnuna biex niġġieldu l-ħażen fid-dinja, mxerred minn dawk fit-triq tax-Xitan.
Inħeġġuk, Missier Għażiż, biex tipproteġi lil uliedek kollha, f’dawn iż-żminijiet terribbli, u biex tqawwina biżżejjed, ħalli nqumu u nxandru l-Kelma Mqaddsa tiegħek f’kull ħin.
Ammen.
62. It-Talba tal-Kruċjata (62). It-Talba għal Midinbin Mitlufa u Bla Għajnuna:
O Ġesù, għinni għax jien midneb u mitluf, mingħajr għajnuna u fid-dlam.
Jien dgħajjef u ma għandix kuraġġ infittxek.
Agħtini l-qawwa li nsejjaħlek issa, sabiex inkun nista’ neħles mid-dlam ta’ ruħi.
Daħħalni fid-Dawl tiegħek, Ġesù Għażiż, u aħfirli.
Għinni biex nerġa’ nissaħaħ, u wassalni għall-Imħabba, il-Paċi u l-Ħajja ta’ Dejjem tiegħek.
Jiena nafdak kompletament u nitolbok tieħu l-moħħi, l-ġismi u l-ruħi, waqt li nintelaq fil-Ħniena Divina tiegħek.
Ammen.
63. It-Talba tal-Kruċjata (63). It-Talba “Ippreservani f’Dan il-Vjaġġ”:
Maħbuba tiegħi, Omm is-Salvazzjoni, itlob għalija biex ningħata l-Ikel tal-Ħajja, ħalli jippreservani f’dan il-vjaġġ u ngħin insalva lil ulied kollha ta’ Alla.
Jekk jogħġbok, għin lil dawk li qed jiġu mqarrqa mill-idoli u allat foloz, biex jiftħu għajnejhom għall-Verità tal-Mewt ta’ Ibnek fuq is-Salib, biex dawn l-ulied ta’ Alla jsalvaw, u jkollhom il-Ħajja ta’ Dejjem.
Ammen.
64. It-Talba tal-Kruċjata (64). It-Talba biex Insalva l-Ħuti:
O Salvatur Wisq Għażiż tiegħi, Ġesù Kristu, aċċetta r-rigali tiegħi ta’ talb u sagrifiċċji, biex jgħinu jsalvaw lil ħuti mill-ħabs tad-dlamijiet li jinsabu fih.
Ħallini ngħin insalva lil ruħhom.
Nitolbok bil-ħniena, biex taħfrilhom dnubiethom u nitlob, li Int tfawwar lir-ruħhom bl-Ispirtu s-Santu, sabiex jiġu jiġru għall-Kenn ta’ Dirgħajk li tant għandhom bżonn, qabel ma jintilfu għal dejjem.
Noffrilek ir-rigal tiegħi ta’ ċediment għal erwieħ bħal dawn, f’servitù ċkejken u ta’ radd il-ħajr.
Ammen.
65. It-Talba tal-Kruċjata (65). It-Talba għal Dawk fid-Dnub il-Mejjet:
O Ġesù Għażiż, Salvatur tal-Umanità, bil-Ħniena Divina tiegħek, nitlob bil-ħerqa, il-maħfra għal dawk l-erwieħ kollha li qed jgħixu fid-dnub, u li forsi jmutu waqt it-Twissija l-Kbira.
Aħfrilhom dnubiethom, u b’tifkira tal-Passjoni tiegħek, nitolbok bil-ħniena dan il-favur speċjali, bi tpattija għal dnubiethom.
Noffrilek lili nnifsi, moħħi, ġismi u ruħi, bħala penitenza biex Isalvaw ruħhom, u jaslu għal Ħajja ta’ Dejjem.
Ammen.
66. It-Talba tal-Kruċjata għall-Kleru (66). It-Talba “Għinni sabiex Nibqa’ Leali Lejn il-Kelma Mqaddsa Tiegħek”:
O Ġesù Għażiż, għinni nibqa’ leali lejn il-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek, il-ħin kollu. Agħtini l-qawwa li nħares il-Verità tal-Knisja tiegħek, quddiem l-avversità.
Imlieni bil-Grazzja li namministra s-Sagramenti Mqaddsa kif għallimtna Int.
Għinni nitma’ lill-Knisja tiegħek bil-Ħobż tal-Ħajja, u li nibqa’ leali Lejk, anke meta nkun ipprojbit milli nagħmel dan.
Eħlisni mill-katina ta’ ingann li se niffaċċja, sabiex inxandar il-Kelma Vera t’Alla.
Iksi l-Qaddejja Sagri kollha tiegħek, b’Demmek il-Prezzjuż issa, sabiex aħna nibqgħu kuraġġużi, leali u sodi, fil-fedeltà tagħna Lejk, il-Maħbub Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.
Ammen.
67. It-Talba tal-Kruċjata (67). It-Talba sabiex Inżomm lil Uliedi l-Bogħod mis-Sultan tal-Gideb:
Jekk jogħġob, Ġesù Għażiż, nitolbok, żomm lil uliedi l-bogħod mis-Sultan tal-Gideb.
Nikkonsagra lil uliedi (semmihom hawn) lill-Qalb Imqaddsa tiegħek, biex bil-Mantell tad-Demm Prezzjuż tiegħek, ddawwal lir-ruħhom, u mingħajr periklu, tilqagħhom f’Dirgħajk kollha Mħabba, sabiex ikunu protetti minn kull deni.
Nitolbok biex tiftħilhom qalbhom, u tfawwar lir-ruħhom bl-Ispirtu Mqaddes tiegħek waqt l-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza, ħalli jitnaddfu minn kull ħażen.
Ammen.
68. It-Talba tal-Kruċjata (68). It-Talba sabiex Tipproteġini mill-Influwenza tax-Xitan:
O Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, għattini bil-Mant l-Aktar Imqaddes tiegħek, u pproteġi lill-familti mill-influwenza tax-Xitan u l-anġli l-ħżiena tiegħu.
Għinni nafda f’kull ħin, fil-Ħniena Divina t’Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu.
Żomm imħabbti Lejħ soda, u qatt tħallini nitbiegħed mill-Verità tat-Tagħlim tiegħu, irrispettivament minn kemm tentazzjonijiet jitqiegħdu quddiemi.
Ammen.
69. It-Talba tal-Kruċjata (69). It-Talba lill-Missier Alla sabiex Naċċetta r-Rieda Divina Tiegħu:
Alla Missier li Tista’ Kollox, jien naċċetta r-Rieda Divina tiegħek.
Għin lil uliedek jaċċettawha.
Waqqaf lix-Xitan milli jċaħħad id-dritt ta’ wliedek għal Wirt ta’ Missierhom.
Tħallina qatt nċedu l-ġlieda għall-Wirt tagħna fil-Ġenna.
Isma’ l-karba tagħna, u keċċi lix-Xitan u l-anġli l-ħżiena tiegħu.
Nitolbok, Missier Għażiż, biex tnaddaf lid-dinja bil-Ħniena tiegħek, u biex tgħattina bl-Ispirtu Mqaddes tiegħek.
Mexxina ħalli niffurmaw l-Armata l-Aktar Imqaddsa tiegħek, mimlijin qawwa li nkeċċu l-Bhima għal dejjem.
Ammen.
70. It-Talba tal-Kruċjata għall-Kleru (70). It-Talba sabiex Nibqa’ Sod u Leali, Lejn il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla:
O Ġesù Għażiż, għin lill-Qaddejja Sagri tiegħek jindunaw bil-qasma li qed tiżvolġi fil-Knisja tiegħek.
Għin lill-Qaddejja Sagri tiegħek, jibqgħu sodi u leali lejn il-Kelma Mqaddsa tiegħek. Tħalli qatt l-ambizzjonijiet tad-dinja, jċajpru l-imħabba safja tagħhom għalik.
Agħtihom il-Grazzji biex jibqgħu safja u ċkejken quddiemek, u biex jonoraw, l-Akbar Preżenza Mqaddsa tiegħek fl-Ewkaristija.
Għin u iggwida lil dawk il-Qaddejja Sagri kollha, li saru fietla f’imħabbithom għalik, u erġa’ kebbes in-Nar tal-Ispirtu s-Santu f’ruħhom.
Għinhom jindunaw bit-tentazzjoni biex jaljenawhom. Iftħilhom għajnejhom, biex dejjem jaraw il-Verità.
Berikhom Għażiż Ġesù f’daż-żmien, u iksihom b’Demmek il-Prezzjuż, biex iżżommhom il-bogħod mid-deni.
Agħtihom is-saħħa li jirreżistu l-ħażen tax-Xitan, jekk jiġu mħajra jiċħdu l-eżistenza tad-dnub.
Ammen.
71. It-Talba tal-Kruċjata (71). It-Talba sabiex Teħlisna mill-Persekuzzjoni:
O Ġesù, eħles lil ulied Alla mill-Antikrist. Ipproteġina mill-pjanijiet biex jikkontrollaw d-dinja.
Mulej, salvana mill-persekuzzjoni.
Ipproteġi l-erwieħ sewdinija mill-Antikrist, sabiex jinfdew f’għajnejk.
Għinna fid-djufija tagħna. Qawwina fl-ispirtu, biex inqumu u mmexxu lil xulxin, hekk kif qed nimxu fl-Armata tiegħek lejn il-Bibien tal-Ġenna.
Jien għandi bżonnok Ġesù Għażiż. Inħobbok Ġesù Għażiż. Nigglorifika l-Preżenza tiegħek fuq l-art.
Inkeċċi d-dlam.
Nadurak u nċedi lili nnifsi, fil-ġisem u fl-ispirtu, biex turini, l-Verità tal-Preżenza tiegħek, ħalli nafda fil-Ħniena tiegħek, il-ħin kollu.
Ammen.
72. It-Talba tal-Kruċjata (72). It-Talba tad-Dixxiplu:
Ġesù Għażiż, jien lest inxerred il-Kelma Mqaddsa tiegħek. Tini l-kuraġġ, il-qawwa u l-għarfien, li nxerred il-Verità, sabiex jinġiebulek ħafna erwieħ.
Ħudni fil-Qalb Imqaddsa tiegħek, u iksini b’Demmek il-Prezzjuż, biex nimtela bil-Grazzji, u nxerred il-konverżjoni, għas-Salvazzjoni tal-ulied kollha ta’ Alla, f’kull parti tad-dinja, irrispettivament mill-kredu tagħhom. Jien nafda Fik dejjem. Id-dixxiplu maħbub tiegħek.
Ammen.
73. It-Talba tal-Kruċjata (73). It-Talba għal Ulied iż-Żgħar:
O Ġesù, għinni nsalva l-erwieħ taż-żgħażagħ mad-dinja kollha. Bil-Grazzja tiegħek, għinhom jilmħu il-Verità tal-Eżistenza tiegħek.
Ressaqhom lejn Qalbek Imqaddsa, u iftħilhom għajnejhom għal Imħabbtek u Ħnientek. Eħlishom min-nirien tal-Infern, u b’talbi, jkollok Ħniena minn ruħhom.
Ammen.
74. It-Talba tal-Kruċjata (74). It-Talba għad-Don tad-Dixxerniment:
O Omm Alla, għinni biex inħejji ruħi għad-Don tal-Ispirtu s-Santu.
Ħudni bħala tifel (tifla) f’idejk, u mexxini fit-triq lejn id-Don tad-Dixxerniment, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Iftaħli qalbi u għallimni nċedi ġismi, moħħi u ruħi.
Eqred minni d-dnub tal-kburija, w itlob li jinħafruli dnubieti kollha tal-passat, sabiex ruħi tiġi ppurifikata, nsir sħiħ, u nkun nista’ nirċievi d-Don tal-Ispirtu s-Santu.
Niżżik ħajr, Omm is-Salvazzjoni, għall-Interċessjoni tiegħek, u b’ferħ u mħabba f’qalbi, qed nistenna dan id-Don tant mixtieq.
Ammen.
75. It-Talba tal-Kruċjata (75). It-Talba “Nassenja l-Uġigħ Tiegħi Lilek Ġesù Għażiż”:
Ġesù, inpoġġilek l-uġigħ u t-tbatija tiegħi, għal dak li Int sofrejt, waqt l-Agunija tiegħek fuq il-Kalvarju.
Għal kull insult li naqla, noffrih Lilek.
Għal kull abbuż u attakk verbali li nbati, noffrih f’ġieħ il-Kuruna tax-Xewk tiegħek.
Għal kull kritika nġusta lili, noffriha f’ġieħ l-umiljazzjoni tiegħek quddiem Pilatu.
Għal kull tbatija li nirċievi f’ġismi, minn idejn l-oħrajn, noffriha f’ġieħ il-flaġelazzjoni tiegħek mal-kolonna.
Għal kull insult li naqla, noffrih f’ġieħ it-torturi terribbli li ġarrabt f’Gismek, meta inkurawk bix-xewk, fejn qalgħulek waħda minn Għajnejk barra.
Għal kull darba li nimitak, agħtini t-tagħlim tiegħek, u meta jgħajjruni f’Ismek, ħallini ngħinek fit-triq lejn il-Kalvarju.
Għinni neħles mill-kburija u li qatt ma nibża’ nammetti li nħobbok Ġesù Għażiż.
Imbagħad, meta kollox ikun juri, li ma baqax tama f’ħajti, Ġesù Għażiż, għinni inkun kuraġġuż billi niftakar kif Int, minn jeddek, ħallejt Lilek Innifsek tiġi Msallab, b’mod tant vili u krudili.
Għinni inqum bil-wieqfa, biex niġi magħdud bħala Nisrani sinċier, u suldat ta’ veru fl-Armata tiegħek, ċkejken u sogħbien f’qalbi, b’tifkira tas-Sagrifiċċju li Int għamilt għalija.
Żommli jdejja Ġesù Għażiż, u wrini kif it-tbatija tiegħi, tista’ tħajjar lil ħaddieħor bħali, biex jingħaqad mal-Armata tiegħek, u jiġu erwieħ oħra li jħobbuk.
Għinni naċċetta t-tbatija u noffriha Lilek bħala rigal, biex Issalva l-erwieħ, fl-aħħar battalja kontra t-tirannija tad-Demonju.
Ammen.
76. It-Talba tal-Kruċjata (76). It-Talba sabiex Tingħad mill-Atei:
Ġesù, għinni naċċetta l-Imħabba ta’ Alla kif qed tintwera lili. Iftaħli għajnejja, moħħi, qalbi u ruħi sabiex inkun nista’ nsalva.
Għinni nemmen, billi timlili l-qalbi b’Imħabbtek. Imbagħad, żommni u eħlisni mit-tbatija tad-dubju.
Ammen.
77. It-Talba tal-Kruċjata (77). It-Talba għall-Gran Brittanja:
O Missier l-Aktar Għoli fis-Smewwiet, Alla Ħallieq tal-Bniedem, jekk jogħġbok isma’ talbi.
Nitolbok bil-ħniena biex teħles lill-Gran Brittanja mill-ħakma tad-Demonju u mid-dittatorjat.
Nitolbok biex tgħaqqadna, aħna li ġejjin minn kull reliġjon, twemmin u kulur, bħala familja waħda, f’għajnejk.
Qawwina ħalli ningħaqdu biex nisfidaw kwalunkwe liġi introdotta li tipprojbixxi t-tagħlim tiegħek.
Bit-talb tagħna, tina l-qawwa u l-kuraġġ li qatt ma niċħduk, biex insalvaw lill-uliedek.
Għaqqad lil ħuti kollha flimkien, biex nagħtu ġieħ lill-Wegħda tiegħek tal-Ħajja ta’ Dejjem u d-dħul fil-Ġenna.
Ammen.
78. It-Talba tal-Kruċjata (78). It-Talba sabiex Teħlisni mid-Deni:
O Ġesù, pproteġini mill-qawwa tax-Xitan.
Daħħalni f’Qalbek, hekk kif qed naqta kull rabta tiegħi lejh u lejn it-toroq ħżiena tiegħu.
Inċedi r-rieda tiegħi u niġi quddiemek fuq irkopptejja, b’qalb ċkejkna u sobgħiena.
Nerħi ħajti f’Dirgħajk l-Imqaddsa.
Eħlisni mid-deni.
Eħlisni u ħudni fil-Post Sigur tiegħek ta’ Protezzjoni, issa u għal dejjem.
Ammen.
79. It-Talba tal-Kruċjata (79). It-Talba għal Elfejn Miljun Ruħ Mitlufa:
O Ġesù Għażiż, nitolbok bil-ħniena, biex tferra’ l-Ħniena tiegħek fuq l-erwieħ mitlufa.
Aħfrilhom talli jiċħduk, u uża t-talb u t-tbatija tiegħi, ħalli bil-Ħniena tiegħek, tkun tista’ tferra’ fuqhom, il-Grazzji li għandhom bżonn, biex iqaddsu ruħhom.
Nitolbok għad-Don tal-Maħfra għal ruħhom.
Nitolbok biex tiftħilhom qalbhom, ħalli jiġu għandek u jitolbuk timlihom bl-Ispirtu s-Santu, sabiex ikunu jistgħu jaċċettaw il-Verità ta’ Mħabbtek u jgħixu miegħek u l-familja kollha ta’ Alla, għal dejjem.
Ammen.
80. It-Talba tal-Kruċjata (80). It-Talba għal Dawk li Jwettqu Delitt:
O Ġesù Għażiż, nitolbok bil-ħerqa Ħniena għal dawk li joqtlu.
Inħeġġek taħfer lil dawk li qegħdin jgħixu fid-dnub il-mejjet.
Noffrilek is-sofferenzi u d-diffikultajiet tiegħi, biex tiftaħ Qalbek, u taħfirilhom dnubiethom.
Nitolbok tiksi b’Demmek il-Prezzjuż, lil dawk li għandhom intenzjoni krudili f’ruħhom, sabiex jitnadfu mill-ħażen tagħhom.
Ammen.
81. It-Talba tal-Kruċjata (81). It-Talba għad-Don tat-Tqarbina Mqaddsa:
O Ostja tas-Smewwiet, imla l-ġismi bin-nutriment li għandu bżonn. Imla l-ruħi bil-Preżenza Divina ta’ Ġesù Kristu.
Agħtini l-Grazzji biex inwettaq ir-Rieda Mqaddsa ta’ Alla. Imlieni bil-Paċi u l-Kalma, li ġejjin mill-Preżenza Mqaddsa tiegħek.
Tħallini qatt niddubita l-Preżenza tiegħek.
Għinni naċċettak fil-Ġisem u r-Ruħ, u li bl-Ewkaristija Mqaddsa, il-Grazzji mogħtija lili, jgħinuni nxandar il-Glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Ippurifika lil qalbi.
Iftaħli ruħi, u qaddisni meta nirċievi dan id-Don kbir tal-Ewkaristija Mqaddsa.
Agħtini l-Grazzji u l-favuri li tagħti lil ulied kollha ta’ Alla, u tini l-immunità min-nirien tal-Purgatorju.
Ammen.
82. It-Talba tal-Kruċjata (82). It-Talba għar-Rebħa tal-Knisja li se Tifdal:
Ġesù, Sultan u Salvatur tad-dinja, aħna nwiegħduk l-unur, il-lealtà u l-għemejjel tagħna, biex inxandru l-Glorja tiegħek lil kulħadd.
Għinna niksbu s-saħħa, u l-fiduċja, nqumu bilwieqfa, u niddikjaraw il-Verità f’kull ħin.
Tħallina qatt naqaw lura, jew indumu biex nimxu lejn ir-rebħa, u lejn il-pjan tagħna, li nsalvaw l-erwieħ.
Aħna nwiegħduk li nċedu qalbna, u dak kollu li għandna, sabiex inkunu ħielsa mill-ostakli, hekk kif mixjin fit-triq kollha xewk, lejn il-bibien tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Aħna nħobbuk, Ġesù Wisq Għażiż, is-Salvatur u l-Feddej Maħbub tagħna.
Aħna ningħaqqdu mal-Qalb Imqaddsa tiegħek, bil-ġisem, il-moħħ u l-ispirtu.
Għattina bil-Grazzja tal-Protezzjon tiegħek.
Iksina b’Demmek il-Prezzjuż, biex inkunu mimlijin kuraġġ u mħabba, inqumu bil-wieqfa u niddikjaraw il-Verità tas-Saltna l-Ġdida tiegħek.
Ammen.
83. It-Talba tal-Kruċjata (83). It-Talba biex Jittaffew il-Kastigi:
O Missier Għażiż, Alla l-Aktar Għoli, aħna uliedek imsejkna, ninxteħtu quddiem it-tron glorjuż tiegħek fil-Ġenna.
Nitolbuk bil-ħerqa biex teħles lid-dinja mill-Ħażen.
Nitolbu l-Ħniena tiegħek, fuq dawk l-erwieħ li jikkawżaw tbatijiet terribbli, fuq uliedek fid-dinja.
Jekk jogħġbok aħfrilhom, u warrab mill-ewwel l-Antikrist, hekk kif jagħmel lilu nnifsu magħruf.
Nitolbuk, Mulej Għażiż, taffi l-kastigi ta’ Jdejk.
Minflok, nitolbuk taċċetta talbna u tbatijietna, u issa, taffi t-tbatija ta’ wliedek. Aħna nafdawk. Aħna nonorawk.
Niżżu ħajr tas-Sagrifiċċju kbir li għamilt meta bgħatt lil Ibnek il-Waħdieni, Ġesù Kristu, biex Jeħlisna mid-dnub.
Għal darb’ oħra, nilqgħu lil Ibnek, bħala s-Salvatur tal-Umanità. Jekk jogħġbok ipproteġina. Żommna l-bogħod mill-ħsara. Għin lill-familji tagħna.
Ikollok Ħniena minna.
Ammen.
84. It-Talba tal-Kruċjata (84). It-Talba biex Iddawwal l-Erwieħ tal-Kbarat li Jmexxu d-Dinja:
O Ġesù Għażiż, nitolbok bil-ħniena biex idawwal l-erwieħ tal-kbarat li jmexxu d-dinja. Urihom biċ-ċar il-Ħniena tiegħek.
Għinhom jiftħu qalbhom, u f’ġieħ is-Sagrifiċċju kbir tal-Mewt tiegħek fuq is-Salib, meta Int Mitt għal dnubiethom, sabiex juru umiltà sinċiera.
Għinhom jagħrfu minn verament ħalaqhom, min hu l-Ħallieq tagħhom, u imlihom bil-Grazzji sabiex jilmħu l-Verità.
Jekk jogħġbok, waqqaf il-pjanijiet tagħhom biex jweġġgħu miljuni sħaħ ta’ nies, permeżż tat-tilqim, nuqqas ta’ ikel, adozzjonijiet sfurzati ta’ tfal innoċenti, u anke jifirdu l-familji.
Fejjaqhom. Għattihom bid-Dawl tiegħek u daħħalhom fil-fond ta’ Qalbek sabiex teħlishom min-nases tad-Demonju.
Ammen.
85. It-Talba tal-Kruċjata (85). It-Talba biex Issalva l-Istati Uniti tal-Amerika minn Id il-Qarrieqi:
O Ġesù Għażiż, għatti lil pajjiżna bl-Akbar Protezzjoni u Prezzjuża tiegħek.
Aħfrilna dnubietna kontra l-Kmandamenti ta’ Alla.
Għin lill-poplu Amerikan idur lura lejn Alla.
Iftaħ moħħ l-Amerikani għat-triq vera tal-Mulej.
Iftħilhom il-qalb iebsa, biex jaċċettaw l-Idejn tal-Ħniena tiegħek.
Għin lil dan in-nazzjon iqum kontra d-dagħa, li jiġi sfurzat fuqna, biex iġegħluna niċħdu l-Preżenza tiegħek.
Ġesù, inħeġġuk biex issalvana, tipproteġina minn kull ħsara, u tħaddan lill-poplu tagħna fil-Qalb Imqaddsa tiegħek.
Ammen.
86. It-Talba tal-Kruċjata (86). It-Talba biex Teħlisni mit-Turment tad-Dubju:
Ġesù Għażiż, jiena niġi hawn quddiemek konfuż, m’inix ċert u frustrat, għaliex ninsab inkwetat dwar il-Verità mħabbra fil-messaġġi tiegħek.
Aħfirli jekk inqastek. Jisgħobbija jekk ma nistax nisimgħek. Iftaħli għajnejja, sabiex inkun nista’ nifhem, dak li tridni nifhem.
Inħeġġek, biex ittini l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ħalli jurini l-Verità. Ġesù Għażiż, inħobbok, u nitolbok bil-ħniena teħlisni mid-dubji li qed jitturmentawni.
Għinni naċċetta s-sejħa tiegħek. Aħfirli jekk offendejtek, u ressaqni aktar lejn Qalbek.
Mexxini lejn is-Saltna l-Ġdida tiegħek, u għamilli dan il-favur, biex bit-talb u t-tbatija tiegħi, inkun nista’ ngħinek Issalva l-erwieħ, tant prezzjużi għall-Qalb Imqaddsa tiegħek.
Ammen.
87. It-Talba tal-Kruċjata (87). It-Talba biex Nipproteġu n-Nazzjon Tagħna mill-Ħażen:
O Missier, f’isem Ibnek, eħlisna mill-komuniżmu.
Salvana mid-dittatorjat.
Ipproteġi n-nazzjon tagħna mill-paganiżmu.
Salva lil uliedna mill-ħsara.
Għinna nilmħu d-Dawl ta’ Alla.
Iftħilna qalbna għat-tagħlim ta’ Ibnek.
Għin lill-Knejjes kollha jibqgħu leali lejn il-Kelma ta’ Alla.
Ninsistu biex iżżomm lill-popli tagħna, l-bogħod mill-persekuzzjoni.
Mulej Wisq Għażiż, ħares lejna bil-Ħniena, irrispettivament minn kemm noffenduk.
Ġesù, Bin il-Bniedem, iksina b’Demmek il-Prezzjuż.
Eħlisna minn nases tad-Demonju.
Alla l-Għażiż, nħeġġuk, biex tintervjeni u twaqqaf dan is-saram li qed jaħkem id-dinja bħalissa.
Ammen.
88. It-Talba tal-Kruċjata (88). It-Talba għall-Erwieħ Wara t-Twissija l-Kbira:
O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, uri Ħniena magħna lkoll, imsejkna midinbin.
Dawwal dawk il-qlub tal-ġebel, iddisprati, u li qed fittxu biex jiġu iggwidati.
Aħfrilhom dnubiethom.
B’Imħabbtek u Ħnientek, għinhom biex minn qalbhom, jigranfaw mad-Don kbir tal-Fidwa tiegħek.
Inħeġġek taħfer lill-erwieħ kollha li jirrifjutaw il-Verità ta’ Alla.
Ġesù Għażiż, għattihom bid-Dawl tiegħek, sabiex jirrifjutaw il-ħażen u n-nases tax-Xitan, li qed jipprova jaħtafhomlok, għall-eternità.
Ninsisti biex tagħti lil ulied kollha ta’ Alla, l-qawwa biex ikunu grati lejn il-Ħniena l-kbira tiegħek.
Nitolbok biex tiftaħ il-Bieb ta’ Saltnatek għal dawk l-erwieħ kollha li huma mitlufa, u li qed iduru fid-dinja bla tama, u mingħajr ħadd ma jista’ jgħinnhom.
Ammen.
89. It-Talba tal-Kruċjata (89). It-Talba għall-Imsejkna Midinbin:
Ġesù Għażiż, għinni għax jien midneb imsejken u miżeru, biex niġi għandek iddispjaċut f’ruħi. Naddafni minn dnubieti li qerduli ħajti.
Agħtini d-Don ta’ Ħajja Ġdida, ħielsa mill-irbit tad-dnub, u tini l-libertà, li dnubieti jċaħduni.
Ġeddidni fid-Dawl ta’ Ħnientek. Ħaddanni ma’ Qalbek. Ħallini nħoss Imħabbtek, sabiex inkun nista’ nersaq Lejk, u biex imħabbti għalik tkun mixgħula.
Ġesù, jkollok Ħniena minni, u żommni meħlus mid-dnub. Agħmilni denju li nidħol fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen.
90. It-Talba tal-Kruċjata (90). It-Talba ta’ Radd il-Ħajr għall-Miġja l-Aktar Glorjuża Tiegħek:
O Ġesù tiegħi, noffrilek it-tifħir u r-radd il-ħajr għat-Tieni Miġja Glorjuża tiegħek.
Int is-Salvatur tiegħi, Int twelidt biex tagħtini l-Ħajja ta’ Dejjem u teħlisni mid-dnub. Noffrilek imħabbti, radd il-ħajr u adorazzjoni, hekk kif qed inħejji ruħi għal kbira Miġja tiegħek.
Ammen.
91. It-Talba tal-Kruċjata (91). It-Talba biex Iżżommni Sħiħ fil-Fidi Tiegħi:
(Waqt il-persekuzzjoni)
O Mbierka Omm is-Salvazzjoni, pproteġini fis-siegħa tal-bżonn, meta nkun ikkonfrontat mil-ħażen.
Għinni niddefendi l-Kelma ta’ Alla bil-qawwa, bil-kuraġġ, u mingħajr ebda biża’ f’ruħi.
Itlob għalija sabiex nibqa’ leali lejn it-tagħlim ta’ Kristu, u biex inkun nista’ nċedi totalment, il-biżgħat tiegħi, l-inkwiet tiegħi u d-dwejjaq tiegħi.
Għinni, biex inkun nista’ nimxi bla biża’ ’l quddiem, f’din it-triq waħdi, sabiex inxandar il-Verità tal-Kelma Mqaddsa ta’ Alla, anke meta l-għedewwa ta’ Alla, jagħmluli dan ix-xogħol kważi mpossibbli.
O Omm Imbierka, nitolbok li, bl-Interċessjoni tiegħek, il-fidi tal-Insara kollha, tibqa’ qawwija f’kull ħin, waqt il-persekuzzjoni.
Ammen.
92. It-Talba tal-Kruċjata (92). It-Talba għall-Grazzja tal-Perseveranza:
O Ġesù Għażiż, nitolbok għad-Don tal-Perseveranza.
Nitolbok bil-ħniena, biex tagħtini l-Grazzji li għandi bżonn, biex inħares il-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Eħlisni minn kwalunkwe dubju li jibqa’ jdur ġo moħħi.
Imla ’l ruħi bit-tjubija, bis-sabar u bil-perseveranza.
Għinni nibqa’ dinjituż, meta nkun insulentat, fl-Isem Imqaddes tiegħek.
Qawwini u għattini bil-Grazzja li nibqa’ għaddej, anke meta nkun għajjien, bla saħħa u quddiem ħafna problemi, hekk kif qed naħdem bla heda, biex ngħinek Issalva l-umanità.
Ammen.
93. It-Talba tal-Kruċjata (93). It-Talba għad-Dmugħ tal-Konverżjoni:
O Ġesù Maħbub tiegħi, Int qrib qalbi.
Jien ħaġa waħda miegħek.
Jien inħobbok.
Jiena ngħożżok.
Ħallini nħoss Imħabbtek. Ħallini nħoss l-Uġigħ tiegħek.
Ħallini nħoss il-Preżenza tiegħek.
Agħtini l-Grazzja tal-Umiltà, sabiex insir denju tas-Saltna tiegħek fuq l-art, kif inhi fis-Sema.
Agħtini d-dmugħ tal-konverżjoni, sabiex inkun nista’ verament noffri lili nnifsi Lilek, bħala dixxiplu sinċier, biex ngħinek fil-Missjoni tiegħek li Ssalva kull ruħ fid-dinja, qabel ma terġa’ tiġi biex tiġġudika l-ħajjin u l-mejtin.
Ammen.
94. It-Talba tal-Kruċjata (94). It-Talba biex Tfejjaq il-Moħħ, il-Ġisem u r-Ruħ:
O Ġesù Għażiż, qed nintelaq hawn quddiemek, għajjien, marid, miġugħ u bix-xenqa li nisma’ Leħnek.
Missni bil-Preżenza Divina tiegħek, sabiex inkun mgħaddas fid-Dawl Divin tiegħek b’moħħi, ġismi u ruħi.
Jiena nafda fil-Ħniena tiegħek.
Inċedi kompletament, l-uġigħ u t-tbatija tiegħi quddiemek u nitolbok tagħtini l-Grazzja li nafda fik, sabiex tkun tista’ tfejjaqni minn dan l-uġigħ u d-dlam, biex nerġa’ nsir sħiħ, u b’hekk inkun nista’ nsegwi t-Triq tal-Verità, u nħallik twassalni għall-Ħajja fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Ammen.
95. It-Talba tal-Kruċjata (95). It-Talba biex Tgħin Issib Ħin għat-Talb:
O Omm is-Salvazzjoni, ejja għinni, hekk kif qed nissielet biex insib il-ħin għat-talb.
Għinni nagħti, lil Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, il-ħin li huwa jistħoqqlu, sabiex nuriħ kemm inħobbu.
Nitolbok, Imbierka Ommi is-Salvazzjoni, biex titlob għal Grazzji li għandi bżonn, u lil Ibnek l-Għażiż, tistaqsiħ għal kull Grazzja u favur, sabiex jaħbini fil-Qiegħ tal-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Ammen.
96. It-Talba tal-Kruċjata (96). Talba biex Tbierek u Tipproteġi l-Grupp Tagħna tat-Talb tal-Kruċjata:
(Tingħad qabel u wara t-Talbiet tal-Kruċjata u l-Litaniji)
O Ġesù, Wisq Għażiż tiegħi, jekk jogħġbok, berikna u pproteġina, l-Grupp tiegħek tat-Talb tal-Kruċjata, biex insiru immuni għall-attakki vili tax-Xitan, u kwalunkwe spiriti mniġġsa, li jitturmentawna f’din il-Missjoni Sagra, biex insalvaw l-erwieħ.
J’alla nibqgħu leali u qawwija, hekk kif qed nipperseveraw li nxandru l-Isem Imqaddes tiegħek, quddiem id-dinja, u qatt ma nċedu l-ġlieda, li nxerrdu l-Verità tal-Kelma Mqaddsa tiegħek.
Ammen.
97. It-Talba tal-Kruċjata (97). It-Talba biex Tgħaqqad il-Gruppi tat-Talb tal-Kruċjata:
O Maħbuba Omm is-Salvazzjoni, inħeġġek, biex bit-talb tiegħek, tgħaqqad l-Armata tal-Fdal kollha ta’ Alla, madwar id-dinja.
Għatti l-Gruppi kollha tat-Talb tal-Kruċjata bil-Grazzja tas-Salvazzjoni, imferra’ fuqna, bil-Ħniena ta’ Ibnek, Ġesù Kristu.
Ibgħat l-Anġli tiegħek, biex jgħattu lil kull wieħed u waħda minna, u speċjalment, dawk is-Saċerdoti li jmexxu l-Gruppi tat-Talb tal-Kruċjata.
Għinna nwarbu dak li jtellifna, li jġib il-firda fostna, u pproteġina bid-Don tal-Armatura tiegħek, sabiex insiru immuni għall-attakki, li se jkollna nissaportu, minħabba imħabbitna lejn Ġesù Kristu, f’din il-Missjoni Imqaddsa, biex Isalvaw l-erwieħ.
Ammen.
98. It-Talba tal-Kruċjata (98). It-Talba biex il-Grazzja ta’ Alla Tgħatti l-Mexxejja tad-Dinja:
O Mbierka Ommi tas-Salvazzjoni, jekk jogħġbok itlob lil Ibnek biex iferra l-Grazzji, u l-Imħabba tiegħu, fuq dawk il-mexxejja li jikkontrollaw id-dinja.
Itlob li d-Dawl ta’ Alla, jfejjaqhom mill-għama, u jiftħilhom qalbhom tal-ġebel.
Żommhom milli jippersegwitaw nies innoċenti.
Jekk jogħġbok, itlob li Ġesù jiggwidahom, u jwaqqafhom milli jostakulaw, il-Verità tat-Tagħlim tiegħu, milli tinfirex fost il-ġnus, u madwar id-dinja.
Ammen.
99. It-Talba tal-Kruċjata (99). It-Talba għas-Salvazzjoni tal-Awstralja u New Zealand:
O Alla, Missier li Tista’ Kollox, f’Isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, ikollok Ħniena minn uliedek kollha fl-Awstralja u New Zealand.
Aħfer iċ-ċaħda tagħna tal-Kelma Mqaddsa tiegħek.
Aħfrilna d-dnub tal-indifferenza.
Eħlisna mill-kultura pagana tagħna u għattina bil-Grazzji li għandna bżonn, biex nispiraw it-tama, il-fidi u l-karità fost ħutna.
Nitolbuk bil-ħniena, għad-Don tad-Dixxerniment, u nitolbuk ittina lkoll, il-Barkiet li għandna bżonn, biex niżguraw li l-Verità tal-Kelma Mqaddsa tiegħek biss, tinstema’ u li l-erwieħ kollha jingħataw l-imfietaħ tal-Ħajja ta’ Dejjem.
Ammen.
100. It-Talba tal-Kruċjata (100). It-Talba għas-Sopravivenza tal-Kristjaneżmu:
O Ġesù Għażiż, nitolbuk bil-ħniena, l-ħiliet biex nirbħu l-provi li għandna quddiemna, hekk kif l-aħħar Papa veru, qed itemm il-Missjoni tiegħu għalik.
Għinna nirbħu l-abbuż terribbli, li se jkollna niffaċċjaw, minħabba l-kollass tal-Knisja, kif darba konna nafuha.
Tħallina qatt nitbiegħdu mill-Verità tal-Kelma Divina tiegħek. Għinna nibqgħu siekta, meta dawn l-attakki fuq spallejnna, jħeġġuna nagħtuk daharna, u wkoll lejn is-Sagramenti li Int tajt lid-dinja.
Għatti l-Armata tiegħek, bit-tarka ta’ Mħabbtek Qawwija, li tant għandna bżonn, biex tipproteġina kontra l-Profeta Falz u l-Antikrist.
Għin lill-Knisja tiegħek fid-dinja, biex tinfirex u timmultiplika, sabiex inħaddnu l-Verità, ngħinuk tmexxi lil ħutna fit-triq tal-Verità, u biex nippreparaw lilna nfusna, b’mod adegwat, għat-Tieni Miġja tiegħek.
Ammen.
101. It-Talba tal-Kruċjata (101). It-Talba Mirakuluża biex Tħoss il-Preżenza ta’ Ġesù:
O Missier Għażiż u li Tista’ Kollox, Ħallieq ta’ dak kollu li hu u li se jkun, għinna lkoll, sabiex nagħrfu l-Preżenza ta’ Ibnek il-Maħbub fil-Knisja llum, biex nissaħħu sew.
Għinni negħleb il-biża’, is-solitudni u l-mibegħda li qed inbati mill-maħbubin tiegħi, hekk kif miexi wara Ibnek, Ġesù Kristu, is-Salvatur tiegħi.
Jekk jogħġbok, ipproteġi lill-maħbubin tiegħi, milli janqabdu fin-nasba, u jemmnu l-gideb, imfassla mix-Xitan, biex jeqirdu, jifirdu u jħarbtu lil ulied kollha ta’ Alla.
Jekk jogħġbok, għin lil dawk kollha li jsegwu l-istmerrija fil-Knisja tiegħek, biex jiġu meħlusa min-nirien eterni tal-Infern.
Ammen.
102. It-Talba tal-Kruċjata (102). It-Talba biex Issostni l-Fidi u t-Twemmin fil-Messaġġ ta’ Alla għad-Dinja:
Wisq Għażiż Ġesù, meta nkun fil-qiegħ, erfagħni l-fuq. Meta niddubita, dawwalni.
Meta nkun imnikket, urini mħabbtek. Meta nikkritika, għinni nibqa’ sieket.
Meta niġġudika lil ħaddieħor fil-pubbliku, issiġillali xofftejja. Meta nidgħaj f’Ismek, Ifdini u ġibni lura taħt il-protezzjoni tiegħek.
Meta jonqosni l-kuraġġ, agħtini x-xabla li għandi bżonn, biex nagħmel battalja, u nsalva l-erwieħ li tixtieq.
Meta nirreżisti Mħabbatek, għinni nċedi u nintelaq kompletament taħt il-Kura ta’ Mħabbtek.
Meta nitbiegħed minnek, għinni nsib it-Triq tal-Verità. Meta nistaqsi dwar il-Kelma tiegħek, agħtini t-tweġibiet li nkun qed infittex.
Għinni nkun paċenzjuż, inħobb u qalbi tajba, anke ma’ dawk li jisħtuk.
Għinni naħfer lil dawk li joffenduni u agħtini l-Grazzja li għandi bżonn biex nimxi warajk sat-truf tad-dinja.
Ammen.
103. It-Talba tal-Kruċjata (103). It-Talba biex Naqsmu l-Kalċi tat-Tbatija ma’ Kristu:
(Aħna mħeġġa biex insumu)
Ġesù: “Din hija t-Talba tal-Kruċjata għalik jekk tixtieq tipparteċipa mal-Kalċi Tiegħi tat-Tbatija. Irreċita din it-Talba, tliet darbiet, meta tista', imma preferibbilment waqt u kwalunkwe ħin ta' sawm.”
Ninxteħed quddiemek, Ġesù Għażiż, u f’Riġlejk, biex tagħmel minni dak li trid, għall-ġid ta’ kulħadd.
Ħallini nieħu mil-Kalċi tat-Tbatija tiegħek.
Ħu dan ir-rigal mingħandi, biex Issalva lil dawk l-erwieħ imsejkna, mitlufa u bla tama.
Ħudni, fil-ġisem, ħalli nkun nista’ naqsam l-Uġigħ tiegħek.
Żomm qalbi f’Idejk Imqaddsa, u għaqqad ruħi miegħek.
Bir-rigal tiegħi tat-tbatija, inħalli l-Preżenza Divina tiegħek tħaddan lir-ruħi, biex Int Tifdi lill-midinbin u tgħaqqad lil ulied Alla kollha għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
104. It-Talba tal-Kruċjata (104). It-Talba biex Teħles lil dir-Ruħ mill-Iskjavitù tal-Bhima:
Ġesù: “Sabiex insalvahom [dawk li abbandunaw lilhom infushom f’idejn ix-Xitan], intom, l-għeżież segwaċi tiegħi, tridu tagħtuni l-lealtà tagħkom billi tikkommettu lir-ruħhom lejja waqt it-talb tagħkom u meta tirċievu l-Ewkaristija Mqaddsa. Tridu toffruhomli kuljum u għal kull ruħ li tiddedika lill-Ħniena tiegħi, jiena Nsalva mija oħra.
Agħmlu dan kuljum. Fl-aħħar ta’ kull xahar tkunu mimlija ferħ, biex tkunu tafu kemm minn dawn erwieħ ingħataw din il-Ħniena Kbira.”
Wisq Għażiż Ġesù, qed inġib quddiemek, lir-ruħ ta’ ħija u oħti (semi l-isem hawn), li telqu ruħhom lix-Xitan.
Ħu din ir-ruħ u Fdieha f’Għajnejk Imqaddsa. Eħles lil din ir-ruħ mill-iskjavitù tal-Bhima u ġibha għas-Salvazzjoni Eterna.
Ammen.
105. It-Talba tal-Kruċjata (105). It-Talba għad-Don tal-Konverżjoni tal-Oħrajn:
O Ġesù Wisq Għażiż tiegħi, f’ġieħ imħabbti għalik, jekk jogħġbok, aċċetta li ruħi tkun magħquda miegħek.
Ħu lir-ruħi, għattiha bl-Ispirtu Mqaddes tiegħek, u b’din it-talba, għinni nsalva lil dawk kollha li niġi f’kuntatt magħhom.
Iksi bil-Ħniena Mqaddsa tiegħek, kull ruħ li niltaqa’ magħha, u offrilhom is-Salvazzjoni meħtieġa, biex jidħlu f’Saltnatek.
Isma’ talbi. Isma l-krib tiegħi, u bil-Ħniena tiegħek, Salva l-erwieħ tal-umanità kollha.
Ammen.
106. It-Talba tal-Kruċjata (106). It-Talba għall-Ħniena għaż-Żgħażagħ li ma Jagħrfux lil Alla:
Ġesù Għażiż, ħu taħt il-protezzjoni tiegħek dawn l-erwieħ, ulied Alla, li ma jafux min Int, li ma jammettux Imħabbtek, u li ma jaċċettawx il-Wegħda tiegħek.
Ferra’ fuqhom il-Grazzja tiegħek tal-Konverżjoni, u agħtihom il-Ħajja Eterna.
Kun Ħanin ma’ dawk kollha li ma jemmnux fil-Preżenza tiegħek, u li ma jfittxux indiema għal dnubiethom.
Ammen.
107. It-Talba tal-Kruċjata (107). It-Talba biex Teħlisni minn Nirien tal-Infern:
Ġesù, jien midneb terribli.
Bl-azzjonijiet tiegħi, ikkawżajt tbatija insapportabbli fuq ħaddieħor.
B’riżultat ta’ dan, issa ġejt mwarrab u mhux ittollerat aktar fid-dinja.
Eħlisni minn dan id-deżert u Salvani mill-ħakma tad-Demonju.
Ħallini nindem.
Aċċetta l-indiema tiegħi.
Imlini bil-Qawwa tiegħek u għinni nitla’ mill-qiegħ ta’ dan id-disprament.
Nagħtik, Għażiż Ġesù, ir-rieda ħielsa tiegħi, biex tagħmel minni kif tixtieq, sabiex inkun nista’ neħles min-nirien tal-Infern.
Ammen.
108. It-Talba tal-Kruċjata (108). It-Talba biex Nitla’ l-Għolja tal-Kalvarju:
Ġesù, sibli l-kuraġġ, il-qlubija u l-qawwa, biex inqum bilwieqfa u ningħadd, sabiex inkun nista’ ningħaqad mal-Armata tal-Fdal tiegħek, u hekk nitla’ l-istess Għolja tal-Kalvarju, li batejt għal dnubieti.
Tini l-qawwa li nġorr is-Salib u t-Tagħbija tiegħek, ħalli ngħinek Issalva l-erwieħ.
Eħlisni mid-dgħajjef fija.
Neħħili l-biżgħat tiegħi.
Eqredli d-dubji kollha.
Iftaħli għajnejja għall-Verità.
Għinni, u lil dawk kollha li jirrispondu għal għajta, biex inġorru s-Salib tiegħek, biex nimxu warajk b’qalb profonda u umli u li bl-eżempju tiegħi, ħaddieħor isib il-kuraġġ li jagħmel l-istess.
Ammen.
109. It-Talba tal-Kruċjata (109). It-Talba għad-Don tal-Fiduċja:
O Ġesù Wisq Għażiż tiegħi, għinni nafda Fik.
Li nafda fil-Wegħda tiegħek li ser terġa’ tiġi.
Li naċċetta l-Verità tat-Tieni Miġja tiegħek.
Li nafda fil-Wegħda ta’ Alla l-Missier, meta qal li se jagħtik Saltnatek.
Għinni nafda fit-Tagħlim u fil-Pjan tiegħek biex Issalva lid-dinja.
Għinni naċċetta, bil-Grazzja, d-Doni tiegħek.
Għinni nafda Fik biex ma nibqax nibża’, u hekk inkun nista’ nħalli Imħabbtek tfawwar lil qalbi u lil ruħi.
Ammen.
110. It-Talba tal-Kruċjata (110). It-Talba tas-Saċerdoti biex Jibqgħu Leali Lejn il-Kelma Mqaddsa Tiegħek:
O Ġesù Wisq Għażiż tiegħi, nitolbok bil-ħniena biex iżżomni qawwi u kuraġġuż, sabiex inkun nista’ niddefendi l-Verità, f’Ismek l-Aktar Imqaddes.
Tini l-Grazzja li għandi bżonn – inħeġġek – ħa nagħti xhieda ta’ Kelmtek Imqaddsa, il-ħin kollu.
Għinni nirreżisti li nxandar il-gideb, meta f’qalbi naf, li dawn joffenduk.
Għinni nibqa’ leali lejn Kelmtek Imqaddsa, sal-aħħar jum ta’ ħajti.
Ammen.
111. It-Talba tal-Kruċjata (111). It-Talba biex Tikkonsagra lil Uliedek lil Ġesù Kristu:
O Għażiża Omm is-Salvazzjoni, jiena nikkonsagra lil uliedi (semmihom hawn) quddiem Ibnek, sabiex Hu jkun jista’ jġibilhom il-Paċi tal-Ispirtu, u l-Imħabba tal-Qalb.
Jekk jogħġbok, itlob li wliedi jiġu aċċettati, f’dawk l-Idejn Ħanina ta’ Ibnek, biex jipproteġihom mid-deni. Għinhom jibqgħu leali lejn il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla, speċjalment fi żminijiet, meta jkunu t-tentati biex jitbiegħdu minnu.
Ammen.
112. It-Talba tal-Kruċjata (112). It-Talba għall-Grazzja tas-Salvazzjoni:
Ġesù Wisq Għażiż, nitolbok tgħatti bil-Grazzja Speċjali tas-Salvazzjoni tiegħek, lil dawk l-erwieħ li ġew infestati mix-Xitan.
Ħoll l-irbit ta’ dawn l-erwieħ imsejkna, u maqfulin ġewwa, minnfejn ma jistgħux jaħarbu.
Ammen.
113. It-Talba tal-Kruċjata (113). It-Talba biex Jingħeleb il-Ħażen f’Pajjiżna:
O Omm is-Salvazzjoni, ejja f’nofsna u għatti lil din l-art, bil-protezzjoni tiegħek.
Għaffeġ ras il-Bhima, u eqred l-influwenza ħażina tiegħu fostna.
Għinna, uliedek imsejkna u mitlufa, biex inqumu bil-wieqfa, u nitkellmu l-Verità, meta nkunu mdawrin mill-gideb.
Jekk jogħġbok, o Omm Alla, pproteġi lil pajjiżna, u żommna qawwija, biex inkunu nistgħu nibqgħu leali lejn Ibnek, fi żmien il-persekuzzjoni tagħna.
Ammen.
114. It-Talba al-Kruċjata (114). It-Talba Tas-Saċerdoti biex Jirċievu d-Don tal-Verità:
Mulej tiegħi, iftaħli għajnejja.
Ħallini nilmaħ lill-Għadu u tħallix l-ingann jidħol f’qalbi. Inċedi kollox Lilek, Għażiż Ġesù.
Nafda fil-Ħniena tiegħek.
Ammen.
115. It-Talba tal-Kruċjata (115). It-Talba għad-Don tal-Konverżjoni:
O Omm is-Salvazzjoni, iksi lir-ruħi bid-Dmugħ tas-Salvazzjoni tiegħek. Eħlisni mid-dubji.
Erfagħli qalbi l-fuq, biex inħoss il-Preżenza ta’ Ibnek.
Ġibli l-Paċi u s-Serħan.
Itlob għalija biex nkun verament ikkonvertit.
Għinni naċċetta l-Verità, u niftaħ qalbi, ħalli nirċievi l-Ħniena ta’ Ibnek, Ġesù Kristu.
Ammen.
116. It-Talba tal-Kruċjata (116). It-Talba biex Teħlisni mill-Ħażen tal-Gideb:
Ġesù Għażiż, għinni.
Qed negħreq fid-dmugħ tan-niket.
Qalbi konfuża.
Ma nafx lil min nista’ nafda.
Jekk jogħġbok imlini bl-Ispirtu Mqaddes tiegħek, biex inkun nista’ nagħżel it-triq it-tajba, lejn is-Saltna tiegħek.
Għinni Ġesù Għażiż, biex nibqa’ dejjem leali lejn Kelmtek, mogħtija lid-dinja minn San Pietru, u biex qatt ma niċċaqlaq minn dak li Int għallimtna, jew niċħad Mewtek fuq is-Salib.
Ġesù, Int it-Triq.
Urini t-Triq.
Aqbadni u erfagħni f’dan il-vjaġġ tal-Ħniena l-kbira tiegħek.
Ammen.
117. It-Talba tal-Kruċjata (117). It-Talba għal Dawk li Biegħu Ruħhom:
Ġesù Wisq Għażiż, jiena nikkonsagra l-erwieħ ta’ (semmihom hawn) u ta’ dawk kollha, li partu l-ruħhom mal-fama.
Eħlishom mill-infestazzjoni tagħhom. Dawwarhom il-bogħod mit-theddida tal-Illuminati, li jibilgħuhom. Agħtihom il-kuraġġ, biex mingħajr biża’ jitbiegħdu minn dan il-jasar kiefer.
Ħudhom f’Idejk tal-Ħniena u rawwemhom lura fi stat ta’ Grazzja, sabiex ikunu tajba ħa jidhru quddiemek. Bid-Divinità tiegħek, u b’din it-talba, għinni naħtaf mill-Mażunerija, lil dawn l-erwieħ adottati mix-Xitan.
Eħlishom mil-menetti u mir-rabta, li se twassalhom għat-tortura terribbli fil-ċellel tal-Infern.
Bit-tbatija tal-erwieħ magħżula, bit-talb tiegħi, u bil-Ħniena tiegħek, għinhom ikunu fuq quddiem net, lesti biex jidħlu mill-Bibien tal-Era l-Ġdida tal-Paċi: il-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Nitolbok bil-ħniena biex teħlishom minn fejn jinsabu maqfulin.
Ammen.
118. It-Talba tal-Kruċjata (118). It-Talba għall-Ġenerazzjoni tal-Erwieħ Żgħażagħ Mitlufa:
Ġesù Għażiż, insejjaħ il-Ħniena tiegħek fuq il-ġenerazzjoni mitlufa tal-erwieħ żgħażagħ.
Għal dawk li ma jafukx... għattihom bid-Don li Jaraw.
Għal dawk li jafuk, imma jinjorawk... iġbidhom lura lejn il-Ħniena tiegħek.
Jekk jogħġbok, urihom malajr il-prova tal-Eżistenza tiegħek, u mexxihom lejn dawk li jistgħu jgħinuhom, u ggwidhom lejn il-Verità.
Imla lil moħħhom u lil ruħhom bix-xenqa għalik.
Għinhom jagħrfu l-vojt li jeżisti fihom, għaliex ma jħossux il-Preżenza tiegħek. Mulej Għażiż, nitolbok bil-Ħniena, biex ma titlaqhomx u li bil-Ħniena tiegħek, tagħtihom Il-Ħajja ta’ Dejjem.
Ammen.
119. It-Talba tal-Kruċjata (119). It-Talba biex Tħoss l-Imħabba ta’ Ġesù:
Ġesù għinni għax jien konfuż ħafna.
Qalbi ma tistax tinfetaħ għalik.
Għajnejja ma jistgħux jilmħuk.
Moħħi jimblokkak.
Fommi ma jsibx kliem biex ifarrġek.
Ruħi mċajpra bid-dlam.
Jekk jogħġbok, ikollok ħasra minni, msejken u midneb.
Ma nistax ngħin lili nnifsi mingħajr il-Preżenza tiegħek.
Imlieni bil-Grazzji tiegħek, ħa nsib il-kuraġġ u nitolbok l-għajnuna, u nokroblok il-Ħniena.
Għinni, jien id-dixxiplu l-mitluf tiegħek, li jħobbok, imma li ma għadux iħoss l-imħabba tħeġġeġ f’qalbi, biex nerġa’ nara u naċċetta l-Verità.
Ammen.
120. It-Talba tal-Kruċjata (120). It-Talba biex Twaqqaf il-Gwerra Milli Tkompli Tinfirex:
O Ġesù Ħelu tiegħi, neħħi l-gwerer, li jeqirdu l-umanità.
Ipproteġi l-innoċenti mit-tbatija.
Ipproteġi l-erwieħ li jippruvaw iġibu l-paċi vera.
Iftaħ il-qlub ta’ dawk milquta mill-uġigħ tal-gwerra.
Ipproteġi liż-żgħażagħ u lil vulnerabbli.
Salva l-erwieħ kollha li ħajjithom qed tinqered bil-gwerra.
Saħħaħna lkoll, Ġesù Għażiż, ahna li qed nitolbu għall-erwieħ kollha ta’ wlied Alla, u għatina l-Grazzja, li nkunu nifilħu għat-tbatija, li forsi tingħatalna fi żmien il-ġlied.
Nitolbuk bil-ħniena biex twaqqaf it-tixrid tal-gwerra u ġġib l-erwieħ fir-Rifuġju Sagru ta’ Qalbek.
Ammen.
121. It-Talba tal-Kruċjata (121). It-Talba ta’ Lealtà Lejn l-Armata ta’ Ġesù Kristu:
Aħna magħqudin ma’ Qalbek Imqaddsa, Ġesù Għażiż.
Aħna nxandru b’awtorità, il-Kelma Vera ta’ Alla. Aħna nimxu sat-truf tad-dinja biex inxerrdu l-Verità.
Qatt mhu se naċċettaw, l-ebda duttrina ġdida u falza f’Ismek, għajr dik li għallimtna Int. Se nibqgħu sinċieri, leali u sodi fil-fidi tagħna.
Nittrattaw lil dawk kollha li jittraduk, b’imħabba u b’kompassjoni, bit-tama li jiġu lura għandek.
Aħna nibqgħu sodi, imma paċenzjużi, ma’ dawk li jippersegwitawna f’Ismek. Se nimxu rebbieħa matul it-triq kollha, lejn il-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Inwiegħduk, li bl-uġigħ u t-tbatija tagħna, nwasslulek lil dawk l-erwieħ kollha mitlufa, u bil-ġuħ għal Imħabbatek.
Jekk jogħġbok, ilqa’ talbna għall-midinbin kollha fid-dinja, sabiex insiru familja waħda, magħquda fl-imħabba għalik, fl-Era l-Ġdida tal-Paċi.
Ammen.
122. It-Talba tal-Kruċjata (122). It-Talba għall-Konsagrazzjoni lid-Demm Prezzjuż ta’ Ġesù Kristu:
Ġesù Għażiż, nitolbok biex tikkonsagra lili, lil familti, lil ħbiebi u lil pajjiżi, bil-Protezzjoni ta’ Demmek il-Prezzjuż.
Int mitt għalija, u l-Feriti tiegħek huma l-feriti tiegħi, bil-Grazzja tiegħek jien naċċetta t-tbatija, li se nissaporti sat-Tieni Miġja tiegħek.
Jiena nbati miegħek, Ġesù Għażiż, hekk kif Int qed tipprova tiġbor, lil ulied kollha ta’ Alla f’Qalbek, biex ikollna l-Ħajja ta’ Dejjem.
Iksi lili, u lil dawk kollha li għandhom bżonn il-Protezzjoni tiegħek, b’Demmek il-Prezzjuż.
Ammen.
123. It-Talba tal-Kruċjata (123). Id-Don tar-Rieda Ħielsa Tiegħi lil Alla:
Ġesù Wisq Għażiż, isma’ talbi, ruħ li ma niswa għal xejn, u għinni nħobbok aktar.
Bir-rieda ħielsa tiegħi, qed noffrilek dan id-Don lura, Ġesù Għażiż, sabiex insir il-qaddej ċkejken tiegħek, u nibqa’ ubbidjenti għar-Rieda ta’ Alla.
Ir-rieda tiegħi hija r-Rieda tiegħek.
Il-Kmand tiegħek, għalija jfisser, li nobbdi kull Xewqa tiegħek.
Ir-rieda ħielsa tiegħi, hija tiegħek, biex tagħmel minnha dak li hu meħtieġ, biex Issalva lil dawk li huma separati minnek fid-dinja.
Noffrilek dan id-Don, li ngħatali mat-twelid, għas-Servizz l-Aktar Mqaddes tiegħek.
Ammen.
124. It-Talba tal-Kruċjata (124). It-Talba tal-Karba Tiegħi għal-Libertà:
O Alla tiegħi, Missier Ħanin, Ħallieq ta’ dak kollu li hu, isma’ talbi għal-libertà. Eħlisni mill-ktajjen tal-iskjavitù u pproteġini mill-persekuzzjoni qalila.
Għinni niddixxerni l-Verità u għinni, anke jekk jien konfuż u forsi niddubita l-Kelma tiegħek. Jisgħobbija jekk noffendik u ħudni fil-kenn tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen.
125. It-Talba tal-Kruċjata (125). It-Talba biex Niddefendi l-Kelma l-Aktar Imqaddsa ta’ Alla:
O Omm is-Salvazzjoni, għinni, jien qaddej ċkejken ta’ Alla, biex niddefendi l-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħu fi żminijiet ta’ sofferenza.
Ikkonsagrani, Ommi l-Għażiża, lil Ibnek, sabiex ikun jista’ jiksini b’Demmu l-Prezzjuż.
Agħtini, bl-Interċessjoni ta’ Ibnek, Ġesù Kristu, il-Grazzja, il-Qawwa u r-Rieda li nibqa’ leali lejn it-tagħlim ta’ Kristu fi żmien l-inkwiet, li se jibla’ l-Knisja l-Aktar Imqaddsa tiegħu fid-dinja.
Ammen.
126. It-Talba tal-Kruċjata (126). It-Talba biex Inkun Niflaħ għal Persekuzzjoni Reliġjuża:
Ġesù Għażiż, għinni niflaħ nirreżisti, għal kull xorta ta’ persekuzzjoni fl-Isem Imqaddes tiegħek.
Għin lil dawk li jaqgħu fl-iżball, ta’ meta jemmnu, li jkunu qed jagħtu xhieda lill-Ħidma tiegħek.
Iftaħ għajnejn dawk kollha li jistgħu jiġu ittenati jeqirdu lil ħaddieħor, b’atti jew ġesti ħżiena.
Ipproteġini mill-għedewwa ta’ Alla, li se jqumu biex jippruvaw isikktu l-Kelma tiegħek, u jwarbuk.
Għinni naħfer lil dawk li jittradixxuk u agħtini l-Grazzja biex nibqa sod f’imħabbti Lejk.
Għinni ngħix il-Verità li għallimna Int, u li nibqa’ taħt il-Protezzjoni tiegħek, għal dejjem.
Ammen.
127. It-Talba tal-Kruċjata (127). It-Talba biex Insalva lil Ruħi u lir-Ruħ tal-Maħbubin Tiegħi:
O Ġesù, ippreparani niġi quddiemek mingħajr mistħija.
Għin lili u lill-maħbubin tiegħi (semmihom hawn) inħejju ruħna biex nistqarru l-għemil ħażin kollu tagħna.
Ħa nammettu n-nuqqasijiet tagħna, ħa nitolbu maħfra ta’ dnubietna kollha, ħa nuru mħabba lil dawk li weġġajna, ħa nitolbu Ħniena għas-Salvazzjoni.
Ħa niċċekknu quddiemek, biex fil-Jum tal-Illuminazzjoni l-kbira, il-kuxjenza tiegħi u ta’ dawn (semmihom hawn) isiru ndaf u Int tfawwar lir-ruħi bil-Ħniena Divina tiegħek.
Ammen.
128. It-Talba tal-Kruċjata (128). It-Talba biex Niġbor u Ngħaqqad l-Erwieħ Kollha:
Ġesù Wisq Għażiż, għinna, d-dixxipli maħbubin tiegħek, biex niġbru d-dinja f’Idejk u nippreżentawlek l-erwieħ l-aktar fil-bżonn tal-Ħniena l-kbira tiegħek.
Agħtina s-setgħa, bid-Don tal-Ispirtu s-Santu, biex niżguraw li l-Fjamma tal-Verità iddawwal lil dawk kollha li spiċċaw separati minnek.
Għaqqad lill-midinbin kollha biex kull wieħed jingħata kull ċans ta’ rikonċiljazzjoni.
Agħtina l-qawwa li nibqgħu sodi għall-Kelma Mqaddsa tiegħek meta nkunu mġiegħla nirrifjutaw il-Verità, li ġiet ipproklamata lid-dinja bl-Evanġelji l-Aktar Imqaddsa.
Aħna nibqgħu fik, miegħek u għalik, kull pass li nagħmlu, matul il-vjaġġ tagħna lejn is-Salvazzjoni.
Ammen.
129. It-Talba tal-Kruċjata (129). It-Talba għad-Don tal-Imħabba:
O Alla, jekk jogħġbok, imlini b’Imħabbtek.
Għinni naqsam id-Don tal-Imħabba ma’ dawk fil-bżonn ta’ Ħnientek.
Għinni nħobbok aktar.
Għinni nħobb lil dawk li għandhom bżonn Imħabbtek.
Għinni nħobb lill-għedewwa tiegħek.
Ħalli din l-imħabba li tberekni biha, taħtaf il-qlub ta’ dawk kollha li niġi f’kuntatt magħhom.
Bl-Imħabba, li Int qed titfa’ f’ruħi, għinni nirbaħ il-ħażen kollu, nikkonverti l-erwieħ u negħleb lix-Xitan u l-aġenti mniġġsa kollha tiegħu, li qed jippruvaw jeqirdu l-Verità tal-Kelma Mqaddsa tiegħek.
Ammen.
130. It-Talba tal-Kruċjata (130). It-Talba tan-Novena tas-Salvazzjoni:
(Aħna msejħin biex insumu)
Omm is-Salvazzjoni: “Int trid tirreċita din it-Talba għal sebat ijiem sħaħ konsekuttivi matul xahar kalendarju wieħed, li jibda mit-Tnejn filgħodu. Trid tirreċitha tliet darbiet kuljum tul is-sebat ijiem u f’waħda minn dawn il-ġranet issum. Fis-sawm inti mitlub tiekol ikla prinċipali waħda biss matul il-ġurnata u mbagħad ħobż u ilma biss fiż-żewġ ħinijiet l-oħra tal-ikel. Din hija t-talb li trid tgħid ma’ tul is-sebat ijiem.”
Maħbuba Omm is-Salvazzjoni, jekk jogħġbok, ikseb għall-erwieħ kollha, id-Don tas-Salvazzjoni Eterna, permeżż tal-Ħniena ta’ Ibnek, Ġesù Kristu.
Bl-Interċessjoni tiegħek, inħeġġek titlob, biex teħles l-erwieħ kollha mill-jasar tax-Xitan.
Jekk jogħġbok, itlob lil Ibnek biex juri Ħniena u Maħfra, mal-erwieħ, li jirrifjutawh, iweġġgħuh bl-indifferenza tagħhom, u li jaduraw duttrina u allat foloz.
Ninsistu miegħek Għażiża Ommna, biex titlob il-Grazzji, u tiftaħ il-qlub tal-erwieħ l-aktar fil-bżonn, tal-għajnuna tiegħek.
Ammen.
131. It-Talba tal-Kruċjata (131). It-Talba tal-Ħniena:
O Għażiża Ommi tas-Salvazzjoni, jekk jogħġbok itlob lil Ibnek, Ġesù Kristu, biex ikollu Ħniena minn (semmihom hawn) waqt it-Twissija l-Kbira, kif wkoll fl-aħħar jum, qabel ma jidhru quddiem Ibnek.
Itlob li kull wieħed u waħda minnhom jiġu Salvati u li jgawdu l-frott tal-Ħajja Eterna.
Ipproteġihom kuljum, u ħudhom għand Ibnek, sabiex il-Preżenza tiegħu tintwera lilhom, jingħataw paċi tal-ispirtu u jiksbu Grazzji kbar.
Ammen.
132. It-Talba tal-Kruċjata (132). It-Talba biex Niċħad lix-Xitan u biex Tipproteġi din il-Missjoni:
Omm is-Salvazzjoni: “Meta tirreċita din it-Talba tal-Kruċjata, mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa, tgħin biex tipproteġi din il-Missjoni tas-Salvazzjoni u ġġib aktar erwieħ fir Renju tas-Saltna t’Alla.”
O Għażiża Omm is-Salvazzjoni, ejja għin lil din il-Missjoni.
Għinna, aħna l-Armata tal-Fdal ta’ Alla, biex niċħdu lix-Xitan.
Nitolbuk bil-ħniena, sabiex tgħaffeġ ras il-Bhima b’Għarqubek u tneħħi l-ostakli kollha fil-Missjoni tagħna biex Isalvaw l-erwieħ.
Ammen.
133. It-Talba tal-Kruċjata (133). It-Talba “Is-Sejħa biex Nerġgħu Lura Għand Alla”:
Ġesù Għażiż, jisgħobbija, ruħ imbiegħda minnek, li ċħadtek, għax kont għami.
Aħfirli talli bdilt Imħabbtek ma’ affarijiet inutli, li ma jfissru xejn.
Għinni nsib il-kuraġġ biex nimxi maġenbek, sabiex naċċetta bi gratitudni, l-Imħabba u l-Ħniena tiegħek.
Għinni biex nibqa’ qrib il-Qalb Imqaddsa tiegħek u biex qatt ma nerġa’ nitbiegħed minnek.
Ammen.
134. It-Talba tal-Kruċjata (134). It-Talba biex Nemmen fl-Eżistenza ta’ Alla:
O Alla l-Aktar Għoli, għinni nemmen fl-Eżistenza tiegħek.
Warrab minn-nofs id-dubji kollha tiegħi.
Iftaħli għajnejja għall-Verità tal-Ħajja ta’ wara din, u mexxini lejn it-triq tal-Ħajja Eterna.
Jekk jogħġbok, ħallini nħoss il-Preżenza tiegħek u agħtini d-Don tal-Fidi sħiħa, qabel immut.
Ammen.
135. It-Talba tal-Kruċjata (135) It-Talba għas-Saċerdoti biex Jiddefendu l-Verità:
O Maħbuba Omm is-Salvazzjoni, għinni fil-mument tal-bżonn tiegħi.
Itlob għalija, li għalkemm ma hinix denju li nitbierek mid-Doni mferrgħa fuq ruħi, bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, niddefendi l-Verità, f’kull ħin.
Sostnini f’kull inċident, fejn inkun mitlub niċħad il-Verità, il-Kelma ta’ Alla, is-Sagramenti Mqaddsa u l-Ewkaristija l-Aktar Imqaddsa.
Għinni nuża l-Grazzji li nirċievi, biex nibqa’ sod kontra l-ħażen tax-Xitan, u dawk l-erwieħ imsejkna, li juża biex ikasbar lil Ibnek, Ġesù Kristu.
Għinni fis-siegħa tal-bżonn tiegħi.
F’ġieħ l-erwieħ, tini l-kuraġġ li nipprovdi s-Sagramenti lil kull iben u bint Alla, meta nkun ipprojbit mill-għedewwa ta’ Alla li nagħmel dan.
Ammen.
136. It-Talba tal-Kruċjata (136). It-Talba biex Iżżomm Kelmtek:
Ġesù Wisq Għażiż, għinni nisma’ l-Kelmtek.
Ngħix Kelmtek.
Insemmi Kelmtek.
Inwassal Kelmtek.
Agħtini l-qawwa li nħares il-Verità, anke meta nkun ippersegwitat, talli nagħmel dan.
Għinni nżomm Kelmtek ħajja, meta tkun fgata mill-għedewwa tiegħek.
Ħallini nħoss il-Kuraġġ tiegħek meta naqta’ qalbi.
Imlini bil-Qawwa tiegħek meta nkun dgħajjef.
Tini l-Grazzja biex nibqa’ dinjituż, meta l-bibien tal-Infern iqumu kontrija, talli nibqa’ leali lejn ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Ammen.
137. It-Talba tal-Kruċjata (137). It-Talba tar-Restawrazzjoni:
O Alla li Tista’ Kollox, o Alla l-Aktar Għoli, ħares lejja, il-qaddej ċkejken tiegħek, b’Imħabba u Ħniena f’Qalbek.
Ġibni lura għad-Dawl tiegħek.
Tellagħni lura għal Favur tiegħek.
Imlieni bil-Grazzja, biex noffri lili nnifsi Lilek, u b’umiltà nservik, skont ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Eħlisni mid-dnub tal-kburija, u dak kollu li jinsulentak, u għinni nħobbok, b’xewqa profonda, li naqdik matul il-ġranet kollha tiegħi, għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
138. It-Talba tal-Kruċjata (138). It-Talba għall-Protezzjoni mill- Mibegħda:
O Omm is-Salvazzjoni, pproteġini minn kull tip ta’ mibegħda.
Għinni nibqa’ sieket, meta niffaċċja l-mibegħda.
Żommni qawwi fil-lealtà tiegħi lejn Ġesù Kristu, meta nkun l-aktar dgħajjef.
Issiġillali xufftejja.
Għinni, biex nagħti dahri, lil dawk li joħduha miegħi, li bi kliemhom, jiċħdu t-tagħlim ta’ Ibnek, jew lil dawk li jgħajruni, minħabba l-fidi tiegħi.
Itlob għal dawn l-erwieħ, Għażiża Ommi, sabiex jiċħdu lix-Xitan u jħossu l-Paċi tal-Imħabba tiegħek f’ruħhom kif ukoll minn dak tar-Renju tal-Ispirtu s-Santu.
Ammen.
139. It-Talba għall-Qawwa biex Tegħleb il-Ħażen
Ġesù Għażiż, ipproteġini mill-ħażen tax-Xitan.
Għatti lili, u lil dawk kollha, li huma dgħajfa u mingħajr difiża, fil-preżenza tiegħu bid-Demm Prezzjuż Tiegħek.
Agħtini l-Kuraġġ niċħdu u għinni kuljum, nevita kwalunkwe tentattiv minnu, biex jinvolvini miegħu.
Ammen.
140. It-Talba tal-Kruċjata (140). It-Talba għall Protezzjoni tal-Ġerarkija tal-Anġli:
Missier Wisq Għażiż, Alla tal-Ħolqien kollu, Alla l-Aktar Għoli, agħtini l-Grazzja u l-Protezzjoni tal-Ġerarkija tal-Anġli tiegħek.
Għini niffoka fuq Imħabbtek, għal kull wieħed u waħda minn uliedek, irrispettivament minn kif joffenduk.
Għinni nxerred l-aħbar tal-Patt Finali, sabiex inħejji d-dinja għat-Tieni Miġja ta’ Ġesù Kristu, mingħajr biża’ f’qalbi.
Tini l-Grazzji u l-Barkiet speċjali tiegħek, biex ninjora l-persekuzzjoni mix-Xitan, id-demonji tiegħu u l-aġenti tiegħu fid-dinja.
Tħallini qatt nibża’ mill-għedewwa tiegħek.
Agħtini l-qawwa li nħobb lill-għedewwa tiegħi, u lil dawk li jippersegwitawni fl-Isem ta’ Alla.
Ammen.
141. It-Talba tal-Kruċjata (141). It-Talba għall-Protezzjoni mill-Persekuzzjoni:
Ġesù Għażiż, iddefendini fil-battalja tiegħi, biex nibqa’ leali lejn Kelmtek, akkost ta’ kollox.
Iproteġini mill-għedewwa tiegħek u minn dawk li jippersegwitawni minħabba Fik.
Aqsam miegħi l-uġigħ tiegħi.
Naqqassli t-tbatija.
Tellagħni għad-Dawl ta’ Wiċċek, sal-jum li terġa’ tiġi, biex iġġib fid-dinja s-Salvazzjoni ta’ Dejjem.
Aħfer lil dawk li jippersegwitawni.
Uża t-tbatija tiegħi biex tpatti għal dnubiethom, sabiex isibu l-paċi f’qalbhom u jilqgħuk b’indiema f’ruħhom, fl-aħħar Jum.
Ammen.
142. It-Talba tal-Kruċjata (142). It-Talba biex Tipprepara għall-Mewt:
Ġesù: “Meta tiġi biex tiffaċċja l-mewt, jew jekk xi ħadd maħbub ikollu jiffaċċja l-mewt, dejjem duru lejja, Ġesù tagħkom, għall-għajnuna. Meta tagħmlu hekk u tirreċitaw din it-talba, Jiena nerfagħkom fl-ispirtu, nixxuttalkom id-dmugħ u nkeċċi kull biża’ minn qalbkom. Jiena nilqa’ l-erwieħ kollha li jirreċitaw din it-talba, mingħajr eċċezzjoni. Il-Ħniena tiegħi hija estiża, speċjalment għal dawk l-erwieħ li qed jiffaċċjaw il-mewt, imma ma jemmnux Fija, dlament li jgħidu din it-talba tliet darbiet kuljum, fl-aħħar jiem ta’ ħajjithom.”
Ġesù Wisq Għażiż tiegħi, aħfirli dnubieti.
Naddaf lil ruħi u ppreparani biex nidħol fis-Saltna tiegħek.
Agħtini l-Grazzji li nħejji, sabiex ningħaqad miegħek.
Għinni negħleb kwalunkwe biża’.
Tini l-kuraġġ li nipprepara moħħi u ruħi, biex inkun sew meta nidher Quddiemek.
Inħobbok. Nafda Fik.
Nagħtik lili nnifsi f’ġismi, f’moħħi u f’ruħi għall-eternità.
Ħalli r-Rieda tiegħek tkun tiegħi, u eħlisni mill-uġigħ, dubji jew konfużjoni.
Ammen.
143. It-Talba tal-Kruċjata (143). It-Talba biex Tipproteġi l-Missjoni tas-Salvazzjoni:
O Omm is-Salvazzjoni, pproteġi din il-Missjoni, Don mingħand Alla, biex twassal il-Ħajja ta’ Dejjem lil uliedu kollha, u kullimkien.
Jekk jogħġbok idħol għalina, permeżż ta’ Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, biex jagħtina l-Kuraġġ inwettqu dmirijietna, u naqdu lil Alla f’kull ħin, speċjalment meta nbatu minħabba dan.
Għin lil din il-Missjoni, biex tikkonverti eluf ta’ miljuni ta’ erwieħ, skont ir-Rieda Divina ta’ Alla, u biex tibdel dawk il-qlub tal-ġebel, f’qaddejja mimlijin imħabba għal Ibnek.
Agħtina lkoll, li qed naqdu lil Ġesù f’din il-Missjoni, biex negħlbu l-mibegħda u l-persekuzzjoni tas-Salib, u biex nilqgħu t-tbatija tagħha, b’ġenerożità tal-qalb, u b’aċċettazzjoni sħiħa ta’ dak li jista’ jiġri 'il quddiem.
Ammen.
144. It-Talba tal-Kruċjata (144). It-Talba biex Tipproteġi l-Fidi Nisranija:
O Omm is-Salvazzjoni, jekk jogħġbok, interċedi f’isem l-erwieħ tal-Insara, mad-dinja kollha.
Jekk jogħġbok, għinhom iżommu l-fidi tagħhom, u jibqgħu leali lejn it-Tagħlim ta’ Ġesù Kristu.
Itlob li jkollhom il-qawwa tal-moħħ u tal-ispirtu, biex isostnu l-fidi tagħhom, il-ħin kollu.
Interċedi f’isimhom, Omm Għażiża, biex tiftħilhom għajnejhom għall-Verità, u biex tagħtihom il-Grazzja, jagħrfu kwalunkwe duttrina falza, ippreżentata lilhom f’Isem Ibnek.
Għinhom jibqgħu qaddejja sinċieri u leali ta’ Alla, u biex jiċħdu l-ħażen u l-gideb, anke jekk ikollhom isofru tbatija u żeblieħ minħabba dan.
O Omm is-Salvazzjoni, pproteġi lil uliedek kollha, u itlob li kull Nisrani, jimxi fit-triq tal-Mulej, sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.
Ammen.
145. It-Talba tal-Kruċjata (145). It-Talba biex Timlini bid-Don ta’ Mħabbtek:
Ġesù Wisq Għażiż, imlieni, jien reċipjent vojt, bid-Don ta’ Mħabbtek.
Fawwar lir-ruħi bil-Preżenza tiegħek.
Għinni nħobb lill-oħrajn kif tħobbni Int.
Għinni nwassal il-Paċi tiegħek, il-Kalma tiegħek u l-Ħniena tiegħek.
Dejjem iftaħli qalbi għall-qagħda mwiegħra tal-oħrajn, u agħtini l-Grazzja li naħfer lil dawk li jirrifjutawk, u li lili jonqsuni bid-deni.
Għinni nħabbar l-Imħabba tiegħek bl-eżempju, kif kieku kont tagħmel Int minnfloki.
Ammen.
146. It-Talba tal-Kruċjata (146). It-Talba għall-Protezzjoni mill-Qerq:
Għażiża Omm is-Salvazzjoni, pproteġini bil-Grazzja tal-Protezzjoni kontra l-qerq, maħluq mix-Xitan, biex jeqred il-fidi tal-Insara.
Ipproteġina kontra l-għedewwa ta’ Alla.
Żommna l-bogħod mill-gideb u l-ereżija, intenzjonati biex niddgħajfu f’imħabbitna għal Ibnek.
Iftħilna għajnejna għal gideb, il-qerq u kull tentattiv li nistgħu niltaqgħu miegħu, biex iħeġġuna niċħdu l-Verità.
Ammen.
147. It-Talba tal-Kruċjata (147). It-Talba “Alla Missier, Uri Ħniena minn Dawk li Jiċħdu lil Ibnek”:
O Alla, Missieri Etern, nitolbok turi Ħniena ma’ dawk li jiċħdu lil Ibnek.
Ninsisti u nitlob għall-erwieħ ta’ dawk li jippruvaw jeqirdu l-Profeti tiegħek.
Nitlob hafna għall-konverżjoni tal-erwieħ, li għalik huma mitlufin, u biex tgħin lil uliedek kollha, ħalli jippreparaw ruħhom u jibdlu ħajjithom, skont ir-Rieda Divina tiegħek, fl-istennija għat-Tieni Miġja ta’ Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu.
Ammen.
148. It-Talba tal-Kruċjata (148). It-Talba biex Tiġi u Tgħini:
O Ġesù tiegħi, għinni, f’dan żmieni ta’ dwejjaq kbar.
Żommni f’Idejk u ħudni fil-Kenn ta’ Qalbek.
Imsaħli id-dmugħ. Ikkalmani fid-determinazzjoni tiegħi.
Għolli l-ispirtu tiegħi 'l fuq, u imlini bil-Paċi tiegħek.
Jekk jogħġbok, isma’ din it-talba speċjali (semmiha hawn). Ejja u għinni, sabiex din it-talba tiġi mwieġba, u ħajti timtela bil-paċi u ssir magħquda miegħek, Mulej Għażiż.
Imma, jekk din it-talba tiegħi ma tistax tintlaqa’, imlieni bil-Grazzja li naċċetta, li r-Rieda Mqaddsa tiegħek hija għall-ġid ta’ ruħi, u li nibqa’ fidil lejn il-Kelma tiegħek, għal dejjem, b’qalb ġeneruża u ħelwa.
Ammen.
149. It-Talba tal-Kruċjata (149). It-Talba biex Tfittex l-Imħabba ta’ Alla:
O Ġesù, imlini bl-Imħabba ta’ Alla.
Imlini bid-Dawl Divin tiegħek, u fawwarni bl-Imħabba li għandi bżonn, biex inxerred iż-żerriegħa tal-Ħniena ta’ Alla fost il-ġnus.
Ħallini nxerred l-Imħabba Divina tiegħek fost dawk li niġi f’kuntatt magħhom.
Xerred l-Imħabba tiegħek, sabiex iddawwal l-erwieħ kollha, ir-reliġjonijiet kollha, it-twemmin kollu, u l-ġnus kollha – bħal ċpar, biex iħaddan lil ulied Alla f’għaqda waħda.
Għinna nxerrdu l-Imħabba ta’ Alla, biex tkun tista’ tirbaħ il-ħażen kollu fid-dinja.
Ammen.
150. It-Talba tal-Kruċjata (150). It-Talba biex Issalva l-Erwieħ li ma Jemmnux:
Ġesù Għażiż, nitolbok sabiex Issalva lil dawk kollha li, mingħajr tort tagħhom, qed jirrifjutaw li jirrikonoxxuk.
Noffrilek it-tbatija tiegħi, biex inwassallek l-erwieħ ta’ dawk li jirrifjutawk, u għall-Ħniena li Int tferra’ mad-dinja kollha.
Ikollok Ħniena fuq ruħhom.
Ħudhom fir-Rifuġju tiegħek tas-Sema u aħfrilhom dnubiethom.
Ammen.
151. It-Talba tal-Kruċjata (151). It-Talba biex Tiddefendi l-Fidi:
O Omm Alla, Qalb Immakulata ta’ Marija, Omm is-Salvazzjoni, itlob li nibqgħu leali lejn il-Kelma Vera ta’ Alla, f’kull ħin.
Ippreparana biex niddefendu l-Fidi, biex inħarsu l-Verità, u nirrifjutaw l-ereżija.
Ipproteġi lil uliedek kollha, fi żminijiet ta’ tbatija, u agħti lil kull wieħed u waħda minna, l-Grazzji li nkunu kuraġġużi meta niġu sfidati biex nirrifjutaw il-Verità u niċħdu lil Ibnek.
Itlob, Omm Imqaddsa ta’ Alla, li aħna ningħataw l-Intervent Divin, biex nibqgħu Insara, skond il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla.
Ammen.
153. It-Talba tal-Kruċjata (153). It-Talba għad-Don tal-Protezzjoni tal-Ulied:
Omm is-Salvazzjoni: “Int mitlub tirreċita din it-Talba darba fil-ġimgħa, quddiem xbieha tiegħi, l-Omm il-Maħbuba tiegħek, u tbierek lilek innifsek bl-Ilma Mbierek qabel ma tirreċitha.”
O Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni,
Nitolbok tikkonsagra l-erwieħ ta’ dawn uliedi (semmihom hawn) u tippreżentahom lil Ibnek il-Maħbub.
Itlob li Ġesù, bil-Qawwa ta’ Demmu l-Prezzjuż, jiksi u jipproteġi dawn l-erwieħ żgħar b’kull tip ta’ protezzjoni mid-deni.
Qed nitlob, Għażiża Ommi, biex tipproteġi lill-familti fi żminijiet ta’ diffikultajiet kbar, u li Ibnek iħares b’mod favorevoli lejn it-talba tiegħi, u jgħaqqad lill-familti ħaġa waħda ma’ Kristu, u jagħtina s-Salvazzjoni Eterna.
Ammen.
154. It-Talba tal-Kruċjata (154). It-Talba f’Jum il-Festa tal-Omm is-Salvazzjoni:
Omm is-Salvazzjoni: “Niddikjara dan il-jum, l-4 ta’ Ġunju 2014, bħala l-Festa tal-Omm is-Salvazzjoni. F’dan il-jum, meta tirreċitaw din it-talba, jiena ninterċedi f’isem l-erwieħ kollha għad-Don tas-Salvazzjoni, speċjalment għal dawk li jinsabu fid-dlam spiritwali kbir tar-ruħ.”
O Omm is-Salvazzjoni, inqiegħed quddiemek illum, 4 ta’ Ġunju, il-Festa tal-Omm is-Salvazzjoni, l-erwieħ ta’ dawn:
(semmihom hawn)
Jekk jogħġbok agħtini, u lil dawk kollha li jonorawk, Għażiża Omm, u li jqassmu l-Midalja tas-Salvazzjoni, kull protezzjoni mid-Demonju, u lil dawk kollha li jirrifjutaw il-Ħniena ta’ Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, u d-Doni Tiegħu, li Hu jqassam lill-umanità.
Itlob, Għażiża Omm, biex l-erwieħ kollha jingħataw id-Don tas-Salvazzjoni Eterna.
Ammen.
155. It-Talba tal-Kruċjata (155). It-Talba għall-Ħarsien tal-Missjoni tas-Salvazzjoni:
O Wisq Għażiża Omm is-Salvazzjoni, isma’ s-sejħa tagħna, għall-protezzjoni tal-Missjoni tas-Salvazzjoni, u l-protezzjoni ta’ wlied Alla.
Nitolbu għal dawk li jisfidaw ir-Rieda ta’ Alla, f’dan il-mument kbir fl-istorja.
Nitolbuk tipproteġi, lil dawk li jirrispondu għas-Sejħa tiegħek u tal-Kelma ta’ Alla, u biex teħles lil kulħadd mill-għedewwa ta’ Alla.
Jekk jogħġbok, għin u eħles lil dawk l-erwieħ, li jsiru priża tal-ingann tax-Xitan, biex jiftħu għajnejhom għall-Verità.
O Omm is-Salvazzjoni, għinna, midinbin imsejkna, biex insiru denji, li nirċievu l-Grazzja tal-Perseveranza meta nsofru fl-Isem ta’ Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu.
Ipproteġi din il-Missjoni mill-ħsara. Ipproteġi lil uliedek mill-persekuzzjoni.
Għattina lkoll bil-Mant l-Aktar Imqaddes tiegħek, u ffavorina bid-Don, li nżommu l-fidi, meta nkunu sfidati waqt li nxandru l-Verità, biex inwasslu l-Kelma Mqaddsa ta’ Alla, għall-bqija ta’ ħajjitna, issa u għal dejjem.
Ammen.
156. It-Talba Tal-Kruċjata (156). It-Talba għall-Protezzjoni mill- Mibegħda:
Ġesù Għażiż, agħtini Mħabbtek u iftaħli qalbi, biex naċċetta Mħabbtek bi gratitudni.
Bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, ħalli Mħabbtek tiddi fuqi, sabiex insir xempju tal-Ħniena tiegħek.
Dawwarni b’Imħabbtek, u ħalli mħabbti għalik, iġġib fix-xejn kull tip ta’ mibegħda, li niltaqa’ magħha meta nxerred l-aħbar tal-Kelma tiegħek.
Ferra’ l-Ħniena tiegħek fuqna u aħfer lil dawk li jirrifjutawk, jinsulentawk u li huma indifferenti għad-Divinità tiegħek, u agħtihom id-Don tal-Imħabba.
Ħalli Mħabbtek tiddi fi żminijiet ta’ inċertezza, fidi dgħajfa, fi żminijiet ta’ provi u tbatija, biex bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, tgħinni naqsam il-Verità ma’ dawk li l-aktar għandhom bżonn l-Għajnuna tiegħek.
Ammen.
157. It-Talba tal-Kruċjata (157). It-Talba għall-Erwieħ Maqfulin Ġewwa:
O Ġesù Għażiż, eħles lil dawk l-erwieħ li huma skjavi tal-allat foloz u tax-Xitan.
Bit-talb tagħna, għinna nġibulhom serħan mill-uġigħ tal-pussess Sataniku.
Iftħilhom il-bibien tal-ħabs u urihom it-triq lejn is-Saltna ta’ Alla, qabel ma jittieħdu ostaġġi mix-Xitan, fl-abbissi tal-Infern.
Nitolbuk bil-ħerqa, Ġesù, biex tgħatti dawn l-erwieħ, bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, sabiex ifittxu l-Verità, tgħinhom isibu l-kuraġġ u jagħtu daharhom lejn is-nases u l-ħażen tax-Xitan.
Ammen.
158. It-Talba tal-Kruċjata (158). It-Talba biex Tipproteġini mir-Reliġjon Dinjija u Waħda:
Omm is-Salvazzjoni: “Għal ħafna minnkom li ssibuha diffiċli biex taċċettaw li dawn l-affarijiet għandhom jiġru, għad jasal jum, meta intom tirreċitaw din it-Talba tal-Kruċjata 158 tliet darbiet kuljum, minħabba l-pressjonijiet li se jagħfsu fuqkom biex tiċħdu lil Ibni.”
Ġesù Għażiż, ipproteġini mill-qerq tar-reliġjon il-ġdida, dinjija u waħda, li ma hix ġejja Minnek. Qawwini fil-vjaġġ tiegħi lejn il-libertà, tul it-triq lejn is-Saltna Mqaddsa tiegħek.
Żommni f’għaqda miegħek, kull meta nkun itturmentat u mġiegħel nibla’ l-gideb, imxerda mill-għedewwa tiegħek biex jeqirdu l-erwieħ.
Għinni nirreżisti l-persekuzzjoni, biex nibqa’ sod għall-Kelma Vera ta’ Alla, u kontra d-duttrini foloz, u sagrileġġi oħra, li nkun imġiegħel naċċetta.
Bid-Don tar-rieda ħielsa tiegħi, ħudni fid-dominju ta’ Saltnatek, sabiex inkun kapaċi inqum bil-wieqfa u nħabbar il-Verità, meta din tiġi ddikjarata li hija gidba.
Qatt tħallini nogħtor, noqgħod lura jew naħrab bil-biża’, quddiem il-persekuzzjoni. Għinni nibqa’ sod għall-Verità sakemm indum ħaj.
Ammen.
159. It-Talba tal-Kruċjata (159). It-Talba “Il-Karba għall-Imħabba ta’ Alla”:
O Omm is-Salvazzjoni, nitolbok tinterċedi f’ismi, waqt li nitlob għall-Imħabba ta’ Alla.
Imla lir-ruħi, reċipjent vojt, bl-Imħabba ta’ Alla, sabiex meta jfur, jinfirex fuq dawk l-erwieħ, li għalihom qed nissielet biex nuri kompassjoni.
Bil-Qawwa ta’ Alla, nitlob li ninħeles minn kwalunkwe sentiment ta’ mibegħda, li forsi nżomm fija, għal dawk li jittradixxu lil Ibnek.
Ċekkinni fl-ispirtu, u imlini b’ġenerożità f’ruhi, ħalli nsegwi it-tagħlim ta’ Kristu u nifrex l-Imħabba tiegħu, f’kull parti ta’ ħajti.
Ammen.
160. It-Talba tal-Kruċjata (160). It-Talba “Għinni biex Inħobbok Aktar”:
O Ġesù tiegħi, Salvatur tad-Dinja, għinni nħobbok aktar.
Għinni nkabbar imħabbti Lejk.
Imla l-qalbi bl-Imħabba, u l-Kompassjoni tiegħek, sabiex nikseb il-Grazzji, li nħobbok bil-mod kif Tħobbni Int.
Imla r-ruħ ingrata tiegħi, b’imħabba profonda, li nirrispetta Lilek u dak kollu li Int.
Bil-Qawwa tal-Grazzji tiegħek, għinni nħobb lill-proxxmu tiegħi, kif Int Tħobb lil kull iben u bint Alla, u biex nuri kompassjoni, ma’ dawk li għandhom bżonn Imħabbtek u li ma għandhomx fidi.
Ġibni f’għaqda sħiħa miegħek, biex ngħix il-ħajja Nisranija, li għallimtna Int, u li tajtna bl-Eżempju tiegħek, matul iż-żmien tiegħek fid-dinja.
Ammen.
161. It-Talba tal-Kruċjata (161). It-Talba għal Fiduċja u għal Paċi:
Ġesù, jiena nafda fik. Għinni nħobbok aktar.
Imlieni bil-fiduċja, biex inċedi lili nnifsi, f’unjoni sħiħa u finali miegħek.
Għinni nkabbar il-fiduċja tiegħi fik, fi żminijiet diffiċli.
Imlini bil-Paċi tiegħek.
Jien niġi għandek, Ġesù Għażiż, bħal tifel, ħieles minn kull rabta mad-dinja; ħieles minn kull kundizzjoni, u jiena ntik ir-rieda tiegħi biex tużani kif tixtieq, għal ġid tiegħi u tal-erwieħ l-oħra.
Ammen.
162. It-Talba tal-Kruċjata (162). It-Talba għall-Protezzjoni tad-Dgħajjef u l-Innoċenti:
O Alla, Missier li Tista’ Kollox, jekk jogħġbok, ipproteġi lid-dgħajfa u lill-innoċenti, li qed jsofru minn idejn dawk li jobogħduhom.
Taffi t-tbatija ta’ dawn uliedek imsejkna, li ma għandhomx minn jgħinhom.
Agħtihom il-Grazzji meħtieġa, biex jipproteġu ruħhom mill-għedewwa tiegħek.
Imliehom bil-Kuraġġ, bit-Tama u l-Karità, sabiex jaħfru minn qalbhom lil dawk li jitturmentawhom.
Nitolbok, Għażiż Mulej, Missieri Etern, aħfer lil dawk li jisfidaw il-Liġi tal-Ħajja u għinhom jaraw kemm l-azzjonijiet tagħhom joffenduk, sabiex ikunu jistgħu jemendaw l-aġir tagħhom u jfittxu s-Serħan ta’ Jdejk.
Ammen.
163. It-Talba tal-Kruċjata (163). It-Talba “Salvani Mill-Persekuzzjoni”:
O Ġesù, ippreservani mill-uġigħ tal-persekuzzjoni f’Ismek.
Iġbidni lejn Qalbek.
Eħlisni mill-kburija, r-regħba, l-malizzja, l-egoiżmu u l-mibegħda. Għinni biex tassew inċedi għall-Ħniena tiegħek.
Ħudli l-biżgħat tiegħi u għinni neħles mill-uġigħ u l-persekuzzjoni, sabiex inkun nista’ nsegwik bħal tifel żgħir, fl-għarfien li kollox huwa taħt il-Kontroll tiegħek.
Eħlisni mill-mibegħda, ta’ dawk li jipproklamaw li huma tiegħek, imma li fil-verità jiċħduk.
Tħallix ilsienhom iqattani, jew l-aġir imxajtan tagħhom joħroġni mit-Triq tal-Verità.
Għinni niffoka biss fuq is-Saltna tiegħek, biex nibqa’ miexi u nippersisti b’dinjità, kontra kwalunkwe insulti, li jkolli nissaporti f’Ismek.
Agħtini s-serħan tal-moħħ, il-paċi tal-qalb u l-paċi tar-ruħ.
Ammen
164. It-Talba tal-Kruċjata (164). It-Talba tal-Paċi għall-Ġnus:
O Ġesù ġibli l-paċi.
Ġib il-paċi lil pajjiżi u lil dawk il-pajjiżi imċarta f’biċċiet minħabba l-gwerra u l-firda.
Xerred iż-żerriegħa tal-paċi fost dawk il-qlub imwebbsa, li qed jikkawżaw tbatija lil ħaddieħor f’isem il-ġustizzja.
Agħti lil ulied Alla, l-Grazzji li jirċievu l-Paċi tiegħek, sabiex l-imħabba u l-armonija jirnexxu; sabiex l-imħabba għal Alla tirbaħ fuq kull ħażen, u li l-erwieħ ikunu jistgħu jiġu meħlusa mill-korruzzjoni tal-qerq, il-moħqrija u l-ambizzjoni mxajtna.
Ħalli l-paċi ssaltan fuq dawk li jiddedikaw ħajjithom għall-Verità tal-Kelma Mqaddsa tiegħek u fuq dawk li ma jafuk xejn.
Ammen.
165. It-Talba tal-Kruċjata (165). It-Talba għad-Don tal-Ħajja Eterna:
Ġesù għinni nemmen fl-Eżistenza tiegħek.
Agħtini sinjal sabiex qalbi tkun tista’ twieġeb għalik.
Imla lil din ruħi vojta, bil-Grazzja li għandi bżonn biex niftaħ moħħi u qalbi għall-Imħabba tiegħek.
Ikollok Ħniena minni, u naddaf lir-ruħi minn kull għemil ħażin li wettaqt f’ħajti.
Jisgħobbija talli ċħadtek, imma jekk jogħġbok, imlini bl-Imħabba li għandi bżonn, biex inkun denju tal-Ħajja Eterna.
Għinni ħalli insir nafek, biex nilmaħ il-Preżenza tiegħek fl-oħrajn, u imlini bil-Grazzja biex nagħraf is-Sinjal ta’ Alla, f’kull Don sabiħ li Inti tajt lir-razza umana.
Għinni nifhem it-Toroq tiegħek u eħlisni mis-separazzjoni u l-uġigħ tad-dlam li qed inħoss f’ruħi.
Ammen.
166. It-Talba tal-Kruċjata (166). It-Talba biex Jittaffa l-Qtil tal-Innoċenti:
Wisq Għażiża Omm is-Salvazzjoni, jekk jogħġbok, ħu din it-talba tagħna biex jittaffa l-qtil tal-innoċenti, għand Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu.
Qed nitolbu, li fil-Ħniena tiegħu, ineħħi t-theddid tal-ġenoċidju, tal-persekuzzjoni u tat-terrur, kontra wlied Alla, f’kull forma.
Ninsistu, Għażiża Omm is-Salvazzjoni, biex tisma’ l-għajta tagħna għall-imħabba, l-għaqda u l-paċi f’din id-dinja mimlija niket.
Nitolbu li Ġesù Kristu, Bin il-Bniedem, jipproteġina f’dawn iż-żminijiet ta’ uġigħ u tbatija kbira fid-dinja.
Ammen.
167. It-Talba tal-Kruċjata (167). It-Talba biex Nipproteġi l-Familja Tiegħi:
O Alla, Missieri Etern, bil-Grazzja ta’ Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, jekk jogħġbok, ipproteġi l-familti f’kull ħin mid-deni.
Agħtina l-qawwa li nevitaw kull intenzjoni ħażina, u li nibqgħu magħqudin fl-imħabbitna Lejk, u lejn xulxin.
Ħu ħsiebna, f’kull prova u tbatija li jista’ jkollna, sabiex inżommu ħajja l-imħabba li għandna għal xulxin, u biex nibqgħu magħqudin ma’ Ġesù.
Bierek lill-familji tagħna u agħtina d-Don tal-Imħabba, anke fi żmien il-ġlied.
Saħħah imħabbitna, ħalli naqsmu l-ferħ tal-familja tagħna mal-oħrajn, u hekk Imħabbtek titqassam lid-dinja kollha.
Ammen.
168. It-Talba tal-Kruċjata (168). It-Talba Għad-Don tal-Imħabba ta’ Alla:
O Missier Wisq Għażiż, o Wieħed u Etern, Alla l-Aktar Għoli, agħmilni denju tal-Imħabba tiegħek.
Jekk jogħġbok aħfirli talli weġġajt lil ħaddieħor, u kull għemil ħażin, li biħ ġibt tbatija fuq uliedek.
Iftaħli qalbi sabiex nilqgħek f’ruħi, u naddafni minn kwalunkwe mibegħda li nista’ nħoss kontra xi ħadd ieħor.
Għinni naħfer lill-għedewwa tiegħi u li niżra ż-żrieragħ tal-Imħabba tiegħek kull fejn immur, u fost dawk li niltaqa’ magħhom kuljum.
Agħtini, Għażiż Missier, id-Doni tal-Perseveranza u l-Fiduċja, biex ngħożż il-Kelma Mqaddsa tiegħek u b’hekk inżomm ħajja, f’dinja mudlama, il-fjamma tal-Imħabba u l-Ħniena l-Kbira tiegħek.
Ammen.
169. It-Talba tal-Kruċjata (169). It-Talba għas-Salvazzjoni ta’ Dawk li Jirrifjutaw lil Kristu:
Ġesù Wisq Għażiż, bil-Kompassjoni u l-Ħniena tiegħek, nitolbok ħafna għas-Salvazzjoni ta’ dawk li jirrifjutawk; li jiċħdu l-eżistenza tiegħek; li apposta jopponu l-Kelma Mqaddsa tiegħek, għax l-imrar ta’ qalbhom avvelenalhom, ruħhom u spiċċaw kontra d-Dawl u l-Verità tad-Divinità tiegħek.
Ħa jkollok Ħniena fuq il-midinbin kollha.
Aħfer lil dawk li jidgħu kontra t-Trinità Mqaddsa u għinni, bil-mod u s-sagrifiċċji personali tiegħi, inħaddan f’Idejk mimlija Mħabba, dawk il-midinbin li l-aktar għandhom bżonn il-Ħniena tiegħek.
Inwiegħdek, li bil-ħsibijiet, bl-azzjonijiet u bil kelma tiegħi, naqdik bl-aħjar mod li nista’ fil-Missjoni tiegħek tas-Salvazzjoni.
Ammen.
170. L-Aħħar Talba tal-Kruċjata (170). It-Talba għas Saċerdoti biex Iħarsu il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla:
Ġesù: “Qed nagħtikom l-aħħar Talba tal-Kruċjata. Hija għas-saċerdoti. Nitlob li l-Qaddejja Sagri tiegħi jirreċitawha kuljum.”
O Mulej Għażiż, il-Maħbub tiegħi Ġesù Kristu, żommni.
Ipproteġini.
Ħallini fid-Dawl ta’ Wiċċek, hekk kif il-persekuzzjoni kontrija qiegħda tintensifika, meta l-uniku dnub tiegħi, huwa li nobdi l-Verità, il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla.
Għinni nsib il-kuraġġ li naqdik fedelment f’kull ħin.
Agħtini l-Kuraġġ u l-Qawwa tiegħek, kif qed niġġieled u niddefendi t-tagħlim tiegħek, kontra oppożizzjoni ħarxa.
Tabbandunani qatt Ġesù, l-aktar meta nkun fil-bżonn, u pprovdili dak kollu li neħtieġ, biex inkompli nservik, noffri s-Sagramenti Mqaddsa, u l-Ġisem u d-Demm Prezzjuż tiegħek, fis-Sagrifiċċju Mqaddes tal-Quddiesa.
Berikkni Ġesù. Imxi miegħi. Strieħ fija. Ibqa’ miegħi.
Ammen.
171. It-Talba tal-Kruċjata (171). It-Talba tal-Ħarsien tal-Omm:
Omm is-Salvazzjoni: “Hawn din it-Talba tal-Kruċjata, speċjali ħafna, li Jien ġejt ordnata mit-Trinità l-Iktar Qaddisa, biex inħalli lid-dinja. Din għandha tingħad kuljum.”
O Omm Qaddisa ta’ Alla, ejja għandi f’dan iż-żmien u fis-siegħa tal-bżonn tiegħi.
Offri l-intenzjonijiet tiegħi lil Ibnek, Ġesù Kristu meta nkun qed negħreq fin-niket.
Eħlisni mill-biża’ u mill-weġgħat li nġarrab għax nimxi fit-triq ta’ Kristu.
Ipproteġi l-erwieħ kollha mill-oppressjoni fiżika u mentali fiż-żminijiet tat-taqlib li ġejjin.
Itlob, itlob u itlob biex id-dlam fid-dinja jitneħħa u teħlisna mill-perikli tad-Demonju u ta’ dawk li jwettqu l-pjanijiet żvijati tiegħu biex jeqirdu l-umanità.
Imlieni bid-Don li nfittex l-għajnuna ta’ Alla, meta d-dubji jimlew lil ruħi dwar il-Wegħdiet tiegħu li Jifdi lill-umanità mid-dwiefer tad-Demonju.
Għattina bil-Protezzjoni u l-Paċi tiegħek. Agħtina l-faraġ u l-qawwa li neħtieġu, biex naqdu lil Ġesù sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna.
Itlob biex it-tbatija tagħna ġġib serħan lill-erwieħ li jinsabu fid-dlam u tgħinhom ifittxu s-Salvazzjoni li Alla wiegħedhom, permezz tal-Mewt ta’ Ġesù fuq is-Salib.
Ammen.
172. Talba tal-Kruċjata (172). It-Talba ta’ Tiġdid lil Alla l-Missier:
Alla l-Missier: “Itlob din it-Talba ta’ Tiġdid ta’ spiss kemm tista’.”
Ġeddidli moħħi, ġismi u ruħi.
Ġeddidli t-twemmin tiegħi fik.
Ġeddidli x-xewqa tiegħi li naqdik sal-aħħar nifs ta’ ħajti.
Ġeddidli l-fidi tiegħi.
Ġeddidli l-imħabba tiegħi għalik u għal uliedek kollha.
Ġeddidli l-kuraġġ tiegħi biex nonorak.
Ġeddidli l-qawwa tiegħi meta niffaċċja l-persekuzzjoni.
Ġeddidli l-ħila tiegħi li nkun bla biża’.
Ġeddidni bil-passjoni u l-qawwa meħtieġa biex ngħinek issalva l-erwieħ tal-umanità kollha.
Ġeddidli x-xewqa tiegħi li nħejji ruħi biex nidħol fis-Saltna tiegħek.
Ammen.