1. L-Ewwel Talba tal-Litanija (1) tal-Kruċjata għall-Protezzjoni mill-Profeta Falz:

Wisq Għażiż Ġesù, eħlisna mill-ingann tal-Profeta Falz.
Ġesù, Ħenn għalina. Ġesù, Salvana mill-persekuzzjoni.
Ġesù, ippreservana mill-Antikrist.
Mulej Ħniena. Kristu Ħniena.
Wisq Għażiż Ġesù, iksina b’Demmek il-Prezzjuż.
Wisq Għażiż Ġesù, iftħilna għajnejna għall-gideb tal-Profeta Falz.
Wisq Għażiż Ġesù, għaqqad il-Knisja tiegħek.
Ġesù, pproteġi s-Sagramenti tagħna.
Ġesù, tħallix il-Profeta Falz jifred il-Knisja tiegħek.
Wisq Għeżież Ġesù, għinna nirrifjutaw il-gideb ippreżentat lilna bħala Verità.
Ġesù, agħtina l-Qawwa.
Ġesù, agħtina t-Tama.
Ġesù, imla l-ruħna bl-Ispirtu s-Santu.
Ġesù, pproteġina mill-Bhima.
Ġesù, agħtina d-Don tad-Dixxerniment sabiex inkunu nistgħu nimxu fit-triq tal-Knisja vera tiegħek, f’kull ħin, għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen. 

2. It-Talba tal-Litanija (2) tal-Kruċjata għall-Grazzja tal-Immunità:

O l-Aktar Għoli, Missierna fis-Smewwiet. Inħobbok.
Nonorak.
Mulej ikollok Ħniena.
Mulej aħfrilna dnubietna.
Nadurak. Infaħħrek.
Niżżik ħajr għall-Grazzji speċjali kollha tiegħek.
Nitolbok bil-ħniena għall-Grazzja tal-Immunità għall-maħbubin tiegħi (semmi hawn dawk kollha fil-lista għas-Salvazzjoni tal-erwieħ). Noffrilek il-lealtà tiegħi f’kull l-ħin.
Int o Missier l-Aktar Għoli tas-Smewwiet, Ħallieq ta’ kollox, Ħallieq tal-univers, Ħallieq tal-umanità, Int il-bidu ta’ kollox.
Int is-sors tal-Imħabba. Int Imħabba.
Inħobbok. Nonorak. Inpoġġi lili nnifsi quddiemek. Uri ħafna Ħniena fuq l-erwieħ kollha li ma jafukx, li ma jonorawkx, li qed jirrifjutaw Idejk tal-Ħniena.
Nagħti lili nnifsi Lilek b’moħħi, b’ġismi u b’ruħi sabiex tkun tista’ teħodni f’idejk, il-bogħod mill-periklu tal-Ħażen.
Nitolbok biex tiftaħ il-Kanċell tal-Ġenna tal-Art sabiex uliedek kollha, fl-aħħar jkunu jistgħu jingħaqdu, fil-wirt li ħloqt għalina lkoll.
Ammen.

3. It-Talba tal-Litanija (3) tal-Kruċjata sabiex Niddefendi l-Kelma ta’ Alla:

O Għażiż Ġesù, pproteġina mill-gideb, li joffendi lil Alla.
Ipproteġina mix-Xitan u l-armata tiegħu.
Għinna nħobbuk aktar.
Sostnina fil-battalja tagħna.
Iddefendina fil-fidi tagħna.
Wassalna fil-kenn tiegħek.
Għinna nqumu u niddefendu r-Rieda Mqaddsa tiegħek.
Saħħaħ id-determinazzjoni tagħna li nkunu dixxipli sinċieri tiegħek.
Agħtina l-Kuraġġ.
Agħtina l-Fiduċja.
Iggwidana fit-triq tal-Verità.
Iddefendina kontra l-għadu.
Ferra l-Grazzji tal-Protezzjoni tiegħek fuqna.
Għinna biex nevitaw it-tentazzjoni.
Ressaqna eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħek.
Għinna nibqgħu leali Lejk, il-ħin kollu.
Ammen. 

4. It-Talba tal-Litanija (4) tal-Kruċjata sabiex Jittaffa l-Kastig minn Alla l-Missier:

O Alla l-Aktar Għoli. Uri ħafna Ħniena għad-dnubiet ta’ wliedek. Niżżuk ħajr għad-Don tad-dinja. Niżżuk ħajr għad-Don tal-ħajja umana.
Ngħożżu d-Don tal-ħajja. Aħna rridu d-Don tal-ħajja. Niżżuk ħajr għad-Don ta’ Ibnek, Ġesù Kristu.
Niżżuk ħajr għad-Don tal-Fidwa. Infaħħru d-Divinità tiegħek.
Aħna nċedu, kompletament, quddiemek, sabiex ir-Rieda Mqaddsa tiegħek tkun tista’ titwettaq, fuq l-art, kif ukoll fis-Sema.
Niżżuk ħajr għad-Don tal-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza. Niżżuk ħajr għall-Wegħda tal-Ħajja ta’ Dejjem. Aħna nilqgħu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Nitolbuk bil-ħniena, biex Issalva l-erwieħ kollha, inklużi dawk li jitturmentawk u dawk li għalik huma mitulfin.
Niżżuk ħajr għall-Imħabba li turi lil uliedek kollha. Niżżuk ħajr għad-Don tal-Profezija.
Niżżuk ħajr għad-Don tat-Talb.
Nitolbuk tagħtina s-sliem u s-Salvazzjoni.
Ammen. 

5. It-Talba tal-Litanija (5) tal-Kruċjata għas-Salvazzjoni ta’ Dawk fid-Dnub il-Mejjet:

Ġesù, Salva lill-midinbin kollha min-nirien tal-Infern. 
Aħfer l-erwieħ sewdinija.
Għinhom jarawk.
Tellagħhom mid-dlam.
Iftħilhom għajnejhom.
Iftħilhom qalbhom.
Urihom il-Verità.
Salvahom.
Għinhom jisimgħu.
Eħleshom mill-kburija, xewqat ħżiena u għira.
Ipproteġihom mid-deni.
Isma’ l-krib tagħhom kif qed jitolbu l-għajnuna.
Aħtfilhom idejhom.
Iġbidhom Lejk.
Salvahom mill-qerq tax-Xitan.
Ammen. 

6. L-Aħħar Talba tal-Litanija (6) tal-Kruċjata għad-Don tal-Grazzji:

Ġesù: “Lil dawk l-erwieħ li jirreċitaw din fi żmien il-persekuzzjoni, jiena nimlikom b’dawn il-Grazzji. Int issir aktar kalm, aktar b'saħħtek u aktar kuraġġuż hekk kif tkun qed iġġorr is-Salib tqil tiegħi lejn il-Bibien tas-Sema l-Ġdida u tad-Dinja l-Ġdida. L-aktar importanti, l-Grazzja li ma ċċedix għall-bullying li jista’ jkollok tiffaċċja f’Ismi l-Qaddis.”

O Ġesù Wisq Għażiż, is-Salvatur Maħbub tiegħi,
Imlini b’Imħabbtek.
Imlini bil-Qawwa tiegħek.
Imlini bl-Għerf tiegħek.
Imlieni bil-Perseveranza tiegħek.
Imlieni bl-Umiltà tiegħek.
Imlini bil-Kuraġġ tiegħek.
Imlini bil-Passjoni tiegħek.
Ammen. 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM