1. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (1) Għas-Salvazzjoni:

O Mulej tiegħi, mexxini lejn is-Saltna tiegħek u pproteġini mid-dlamijiet li ħakmu lil ruħi. Ismagħni issa, o Qalb Imqaddsa, u bit-Tjubija tiegħek, ħalli d-Dawl tal-Imħabba u l-Protezzjoni tiegħek jiddu fija.
Ammen. 

2. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (2) “Iftaħ Għajnejk u Kellimni”:

O Alla, jekk Int il-Verità, urini s-sinjal tal-Imħabba tiegħek. Iftaħli qalbi biex nirċievi l-Gwida tiegħek. Jekk Inti teżisti, ħallini nħoss Imħabbtek, sabiex inkun nista’ nara l-Verità. Itlob għalija issa.
Ammen. 

3. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (3) Għal Dawk li Ma Jemmnux, u fil-Miftuħ, Jidħku, Jitmejlu u Jċanfru lil Dawk li Jitolbu:

Mulej, Għażiż tiegħi, dirgħajja miftuħin għalik, biex nitolbok tieħu lill-maħbubin ħuti f’Dirgħajk mimlija Tenerezza. Berikom bid-Demm Imqaddes tiegħek u agħtihom il-Grazzja meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-Ispirtu tal-Imħabba tiegħek, biex twassalhom għas-Salvazzjoni Eterna.
Ammen. 

4. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (4) Sabiex Ġesù Jurini l-Preżenza Tiegħu:

Ġesù, inħossni mitluf. Iftaħli qalbi biex naċċetta Mħabbtek w urini l-Verità, sabiex inkun Salvat.
Ammen. 

5. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (5) Għall-Maħfra Immedjata Waqt it-Twissija l-Kbira:

Ġesù: “Ħafna ser jindmu matul din l-Esperjenza Mistika (It-Twissija l-Kbira). Dur Lejja u għid:”

Ġesù, jekk jogħġbok iggwidani lejn id-Dawl u t-Tjubija tal-Ħniena l-Kbira tiegħek u aħfirli ta’ dnubieti.

6. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (6) Sabiex Nikkonvertu lil Ħaddieħor:

Inħeġġek Ġesù, fil-Ħniena Divina tiegħek, biex tiksi lil dawk l-erwieħ fietla, b’Demmek il-Prezzjuż, sabiex jikkonvertu.
Ammen. 

7. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (7) Għall-Inkuraġġiment:

(Sabiex tingħad fi tmiem il-Kurunella tal-Ħniena Divina)

Imlieni issa, o Mulej, bid-Don tal-Ispirtu s-Santu biex inwassal il-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek lill-midinbin, li rrid ngħin biex insalva f’Ismek. Bit-talb tiegħi, għinni niksihom, b’Demmek il-Prezzjuż, sabiex jinġibdu lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħek. Agħtini d-Don tal-Ispirtu s-Santu, sabiex dawn l-erwieħ imsejkna, jkunu jistgħu igawdu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen. 

8. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (8) lil Ġesù:

Ġesù: “Meta titlob Lili kuljum, għid din it-talba”.
O Ġesù Prezzjuż tiegħi, ħaddanni f’Dirajk, u ħalli ’l rasi tistrieħ fuq Spallejk, sabiex tkun tista’ tqajjimni għas-Saltna Glorjuża tiegħek, meta jkun il-waqt. Ħalli d-Demm Prezzjuż tiegħek jinżel fuq qalbi, sabiex insiru magħqudin ħaġa waħda.
Ammen. 

9. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (9) Sabiex Tiftaħ Qalbek Ħalli Tirċievi l-Kelma ta’ Ġesù:

Ġesù, jekk dan huwa tassew Int, jekk jogħġbok fawwarli ’l ruħi bis-sinjal tal-Imħabba tiegħek, sabiex inkun nista’ nagħarfek għal Dak li Int. Tħallinix niġi mqarraq mill-gideb. Urini minflok, il-Ħniena tiegħek, billi tiftaħli għajnejja għall-Verità u t-Triq għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen. 

10. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (10) Sabiex Issolvi l-Inkwiet Tiegħek:

Ġesù, nagħtik it-tħassib kollu tiegħi fuq din il-kwistjoni, b’fiduċja, sabiex il-problema issa hija tiegħek biex issolviha Int, skont ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Ammen. 

11. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (11) Tar-Ruħ Fqira u Mistħija:

Ġesù: “Ersqu Lejja u itolbuni biex ngħin. Ejjew, baxxu raskom. Warrbu l-mistħija tagħkom fil-ġenb u itolbuni biex naħfrilkom issa.”

Ġesù, jekk jogħġbok aħfirli dnubieti u l-offiżi kontrik.
Ammen. 

12. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (12) Sabiex Nippersistu fit-Triq tal-Mulej Meta Ħaddieħor Jipprova Jwaqqafna:

Jiena qatt mhu se niċħad it-triq tal-Mulej. U lanqas niċħad l-Eżistenza ta’ Ġesù Kristu, li l-umanità ppruvat teqred, mhux biss waqt it-Tbatija tiegħu fuq is-Salib, iżda wkoll wara. Jiena ħaġa waħda ma’ Ġesù Kristu. Jiena nitkellem f’Ismu. Jien nimxi miegħu. Hu jgħollini biex jien ukoll, bil-mod umli tiegħi, ngħinek biex tiftaħ qalbek għall-Imħabba safja li Hu jżomm f’Qalbu għalik u għalik biss.

13. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (13) Għall-Erwieħ Għomja u li Huma Mitlufa:

Alla l-Għoli, jien niġi quddiem it-Tron tiegħek din il-ġimgħa biex nitlob għall-erwieħ ta’ ħuti li jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-Eżistenza tiegħek. Inħeġġek biex timlihom bil-Grazzji tiegħek sabiex jiftħu qalbhom, ħalli jisimgħu l-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Ammen.

14. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (14) Sabiex Inkun Niflaħ Għall-Istmerrija li Ġejja:

O Ġesù Maħbub tiegħi, jiena ninvoka l-Protezzjoni tiegħek u nitlob il-Ħniena tiegħek biex issalva lil ħuti fi ħdan il-Knisja tiegħek milli jaqgħu vittmi tal-Antikrist. Agħtini l-Grazzji u ipproteġini bl-Armatura ta-Qawwa tiegħek biex nieqaf għall-atti ħżiena li jistgħu jsiru fl-Isem Imqaddes tiegħek. Nitlob il-Ħniena tiegħek u nwiegħed il-lealtà tiegħi lejn l-Imqaddes Ismek il-ħin kollu. Ammen. 

15. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (15) Għall-Illuminazzjoni f'Dan iż-Żmien:

O Ġesù, għattini bid-Demm Prezzjuż tiegħek u imlieni bl-Ispirtu s-Santu sabiex inkun nista’ niddixxerni jekk dawn il-kliem humiex ġejjin minnek. Umiljani fl-ispirtu. Ilqa’ l-krib tiegħi bil-ħniena u iftaħli qalbi għall-Verità.
Ammen. 

16. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (16) Il-Karba ta’ Alla l-Missier – Magħqudin fit-Talb:

O Alla l-Aktar Għoli, f’Isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, li Int Issagrifikajt biex Teħlisna min-nirien tal-Infern, aħna uliedek imsejkna, isma’ t-talba tagħna. Jalla noffru s-sagrifiċċji ċkekkna tagħna, u naċċettaw il-provi u l-kwistjonijiet, bħala mezz biex niksbu s-Salvazzjoni tal-erwieħ kollha waqt it-Twissija l-Kbira. Aħna nokorbulek, biex taħfer lill-midinbin li qed isibuha diffiċli biex iduru lura u jaċċettaw it-Tjubija Ħanina tiegħek, sabiex kif inhu xieraq, jagħmlu dawk is-sagrifiċċji meħtieġa, biex Tifdihom, fl-Għajnejn Imqaddsa tiegħek. Ammen. 

17. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (17) Sabiex Jittaffew iċ-Ċirkostanzi tal-Persekuzzjoni, li Qed Jitwettqu Wara l-Bibien Magħluqa:

Alla l-Missier, f’Isem Ibnek il-Maħbub, Ġesù Kristu, nitolbok bil-ħniena biex twaqqaf din l-istmerrija sabiex tikkontrolla lil uliedek. Jekk jogħġbok, ipproteġi lil uliedek kollha, f’dawn iż-żminijiet terribbli, sabiex inkunu nistgħu nsibu l-paċi u d-dinjità u b'hekk ngħixu ħajjitna ħielsa mid-Demonju.
Ammen. 

18. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (18) Għaż-Żgħażagħ – Iftaħli Għajnejja:

Ġesù, jekk qed tismagħni, isma’ s-sejħa tiegħi għall-għajnuna. Jekk jogħġbok urini kif għandi nittratta ma’ dawk li qed jikkawżawli dan l-uġigħ. Għinni nwaqqaf l-għira li qed tikkontollali ħajti, u biex nieqaf nixtieq affarijiet li ma jistax ikolli. Minflok, iftaħli qalbi għalik, Ġesù Għażiż. Għinni nħoss l-imħabba vera – Imħabbtek u li nħoss il-paċi sħiħa f’qalbi.
Ammen.

19. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (19) Sabiex Insir Ċkejken:

Missieri fis-Smewwiet, għinni nsir ċkejken, bħal tifel żgħir f’għajnejk. Nitolbok biex il-Grazzji tiegħek jinżlu fuqi, sabiex inkun nista’ nirrispondi għas-sejħa tiegħek, biex insalva lil uliedek kollha. Ammen. 

20. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (20) Għall-Grazzji tal-Għerf, il-Kalma u d-Dixxerniment:

O Ġesù, għinni nilmaħ il-Verità ta’ Kelmtek Imqaddsa f’kull ħin u li nibqa’ leali lejn it-Tagħlim tiegħek, inkun kemm inkun imġiegħel biex nirrifjutak.
Ammen.

21. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (21) Għall-Atei Waqt it-Twissija l-Kbira:

Ġesù: “Lil dawk minnkom li tgħidu li intom atei, isimgħu issa l-Wegħda tiegħi. Jiena nħobbkom u qatt ma hu sa nċedi l-ġlieda tiegħi biex neħliskom mid-dwiefer ta’ dak il-Qarrieqi, ix-Xitan, li jagħamikom mill-Verità. Meta jasal iż-żmien, u meta taraw dnubietkom quddiem għajnejkom, waqt it-Twissija l-Kbira, jekk jogħġobkom għidu dawn il-kelmiet.”

Ġesù, urini l-Verità u eħlisni mid-deni. Jisgħobbija ħafna għal dnubieti u nitolbok teħodni issa u turini d-Dawl tal-Ħniena tiegħek.
Ammen. 

22. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (22) Għaż-żmien ta’ meta tissaporti d-diffikultajiet fit-Triq tal-Mulej:

Ġesù ħudli l-uġigħ, fejjaqni u ħudli s-salib tiegħi. 

23. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (23) “Meta Tara l-Qoxra li Darba Kienet il-Knisja Tiegħi Fuq l-Art, Sejjaħli u Għidli”:

Ġesù, eħlisni mill-gideb tax-Xitan, sabiex inkun nista’ nagħraf il-Verità tal-Knisja tal-Fdal tiegħek. 

24. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (24) Nitolbu lil Ġesù Jbierek l-Għedewwa Tagħna:

Jiena naqsam dan l-uġigħ miegħek, Għażiż Ġesù, u nitolbok tbierek lill-għedewwa tiegħi, u lil dawk li jsawwtuk, bid-Don tal-Ispirtu s-Santu.
Ammen.

25. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (25) Għaċ-Ċavetta tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida:

Missier Għażiż, jien it-tifel mitluf (tifla mitlufa) tiegħek, tant konfuż u għami, li mingħajr l-Għajnuna u l-Imħabba tiegħek, jien ma jien xejn. Salvani bl-Imħabba ta’ Ibnek, Ġesù Kristu, u agħtini Ċavetta tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek.
Ammen. 

26. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (26) Għal Dawk li Qed Ibatu u Bla Tama:

Ġesù: “Jien se nneħħi l-inkwiet tiegħek. Kemm issejjaħli u tgħidli”:

Ġesù, ħu l-uġigħ u t-tbatija terribbli tiegħi u ħallini nħoss l-Imħabba tiegħek. 

27. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata tal-Bidu (27) Tal-Qaddej Ċkejken:

Ġesù: “Biex tikkomunika miegħi kif suppost, trid dejjem tiġi quddiemi, l-ewwel bħala qaddej ċkejken (qaddejja ċkejkna). Meta tinżel fuq irkopptejk quddiemi jew sempliċement biex tikkomunika miegħi f’qalbek, dejjem ibda billi tgħid”:

Ġesù aħfirli, għax dnibt.
Ammen.

28. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (28) Sabiex Tesprimi l-Imħabba Sinċiera Lejn Ġesù:

Ġesù, ir-Rieda tiegħek hu dak li jimporta. Ir-rieda ħielsa tiegħi, hija tiegħek. Agħmel minni kif tixtieq. 

29. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (29) Sabiex Nagħraf l-Involviment Tiegħi fit-Tixrid tal-Messaġġi:

Ġesù dan huwa Int? Jien tassew fil-bżonn tal-Għajnuna tiegħek?

30. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (30) Sabiex Inkunu Nistgħu Nimxu fit-Triq tas-Salvazzjoni:

Ġesù aħfirli, irrid insegwik.

31. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (31) Quddiem Ġesù f’Dak il-Jum:

Ġesù: “Ftakar dak li ngħidlek issa. F’dak il-Jum (tal-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza), irridek tistaqsini”:

Ġesù, nitolbok ħafna Ħniena għal dawk kollha li jirrifjutawk u li huma l-aktar fil-bżonn tal-Għajnuna tiegħek.
Ammen. 

32. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (32) Sabiex Tħalli lil Alla l-Aktar Għoli Jiftaħlek Qalbek:

Alla l-Missier: “Ħalluni niftħilkom qalbkom ħalli mberikkom b’Idejja”:

Missier Wisq Għażiż, newwel Idejk u missli l-ġismi u l-ruħi bil-Ħniena tiegħek.
Ammen. 

33. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (33) Sabiex Ġesù Kristu Jintervjeni f’Ismek:

Ġesù, ħudni taħt ir-Rifuġju tiegħek għand Missieri, u ġibli s-Salvazzjoni Eterna.

34. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (34) Sabiex Tingħad Fil-Ġimgħa l-Kbira:

Ġesù: “Fil-Ġimgħa l-Kbira, nitolbok issejjaħli u tgħidli hekk”:

Ġesù, jisgħobbija għall-uġiegħ li kkaġunajt lil Ġismek, lil Kelmtek u lid-Divinità tiegħek.
Ammen. 

35. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (35) Għall-Erwieħ Magħżula li Għaddejin minn Tbatija Insopportabbli:

Ġesù ħu t-tbatija tiegħi u agħmel biha kif tixtieq. 

36. 13.06.2014. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (36) Lil Ġesù Biex Isalvak fit-Tieni Miġja Tiegħu:

Ġesù, għinni. Ġesù, aħfirli ta' dnubieti kollha.

37. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (37) Għal Dawk li Jiddefendu l-Kelma ta’ Alla:

Ġesù: “Dawk li jqumu u jiddefendu r-Rieda t'Alla jimtlew bi Grazzji kbar u, bil-fidi tagħhom, ipattu għad-dnubiet ta’ dawk ta’ rashom iebsa wisq jew beżgħana żżejjed, biex jirreżistu dak kollu li jikkontradixxi l-Kelma ta’ Alla. Meta l-atroċitajiet ħżiena kollha jiżdiedu u meta l-bniedem jinduna li m’għandux il-ħila li jiġġieled jew jikkontrolla ħażen bħal dan, għandu jdur lejja u jgħidli:”

Ġesù, eħlisna, aħna midinbin bla saħħa, mill-għedewwa tiegħek.
Ammen.

38. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (38) Sabiex Tabbanduna Lilek Innifsek għar-Rieda Mqaddsa ta’ Alla:

Ġesù “Meta xi ħadd jgħid li jħobbni, huwa jagħmel kollox skont ir-Rieda Mqaddsa Tiegħi. Huwa se jħalli kollox fl-Idejn Imqaddsa tiegħi, u jinsa l-bżonnijiet u x-xewqat tiegħu stess”:

Ġesù dak kollu li ngħid u nagħmel hu skont ir-Rieda Mqaddsa tiegħek – agħmel minni skont ir-Rieda ta’ Alla. 

39. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (39) Għall-Imħabba, Umiltà u Biex Timxi Fuq ir-Rieda t’Alla:

Ġesù, m’iniex denju li nieqaf Quddiemek, imma agħmel minni dak li trid Int, għax jien se nagħmel kif tixtieq Int.
Ammen.

40. It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (40) Sabiex Tirċievi d-Doni tal-Għarfien, Perseveranza, Paċenzja u Mħabba

Ġesù, agħtini d-Doni li għandi bżonn sabiex nibqa’ leali Lejk.
Ammen. 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM