Is-Siġill t’Alla l-Ħaj

Din it-talba speċjali hija Rigal mingħand Alla l-Missier mogħtija lill-profeta Maria Ħniena Divina għall-protezzjoni tal-ulied kollha t`Alla. Messaġġ mogħti 20 ta’ Frar 2012.

Seal image

Dawk kollha li jaċċettaw dan is-Siġill jiġu offruti protezzjoni għal kull wieħed minnkom u għall-familji tagħkom matul iż-żmien li jwassal għat-Tieni Miġja ta’ Ġesu’ Kristu.

Qumu u aċċettaw is-Siġill Tiegħi, s-Siġill t'Alla l-Ħaj. Għidu din it-talba tal-Kruċjata Nru 33, biex tirrikonoxxu s-Siġill Tiegħi u taċċettawH b'imħabba, ferħ u gratitudni.

O Alla Tiegħi, maħbub Missieri, naċċetta b’imħabba u gratitudni s-Siġill Divin Tiegħek ta’ Protezzjoni. Id-Divinita’ Tiegħek tinkludini bir-ruħ u bil-ġisem għall-Eternita’. Insellimlek b’umilta’ u radd il-ħajr u noffrilek imħabba profonda u lealta’, Lilek maħbub Missieri. Nitolbok biex tipproteġi lili u lill-maħbubin tiegħi, b’dan is-Siġill speċjali u nagħti ħajti għas-servizz tiegħek għal dejjem ta’ dejjem. Inħobbok Għażiż Missier. Nikkunslak f’dawn iż-żminijiet Għażiż Missier. Noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita’ t’Ibnek il-Għażiż, bi tpattija għad-dnubiet tad-dinja u għas-salvazzjoni ta’ wliedek kollha. Ammen.

Morru, wliedi u la tibżgħux. Afdaw Lili Missierkom il-Għażiż, li b’imħabba ħoloq lil kull wieħed minnkom. Jiena naf lil kull ruħ, kull parti minnkom hija magħrufa Minni. L-ebda wieħed minnkom m’hu maħbub anqas mill-ieħor. Minħabba f’hekk ma rridx nitlef l-ebda ruħ. Lanqas waħda. Nitlobkom tkomplu titolbu t-talba tal-Ħniena Divina kuljum. Xi darba, intom se tifhmu għaliex din il-purifikazzjoni hija meħtieġa.

L-Missier maħbub tagħkom fis-sema
Alla l-Iżjed Għoli

It-12-il Wegħda tas-Siġill ta’ Alla l-Ħaj:

It-12-il Wegħda tas-Siġill ta’ Alla l-Ħaj:


1. Ix-Xitan (Satana) u l-anġli l-ħżiena tiegħu, m’għandhomx awtorità fuqhom.
8 ta’ Marzu, 2012.

2. Dawk kollha bis-Siġill se jingħataw post fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
23 ta’ Awwissu, 2013.

3. Dawk biss bis-Siġill ta’ Alla l-Ħaj, se jeħilsuha minn tip ta’ ġenoċidju tar-ruħ.
4 ta’ April, 2013.

4. Id-dar tagħkom mhux se tidher. Se tkun inviżibbli għall-għadu. Omm is-Salvazzjoni se tipproteġi dawn ir-Refuġji.
5 ta’ Awwissu, 2013.

5. Is-Siġill se jsostni lil kulħadd waqt il-persekuzzjoni, id-dominanza u l-gwerra, u kwalunkwe tip ta’ persekuzzjoni.
11 ta’ Ottubru, 2013.

6. Se jkun hemm ħafna setgħat Divini assoċjati mas-Siġill.
17 ta’ Mejju, 2012.

7. Mhux se jkollhom jaċċettaw il-Marka tal-Bhima. Se jkunu protetti kontra l-Marka tal-Bhima.
5 ta' Mejju, 2014.

8. Huma se jkollhom il-Grazzji biex jiddefendu l-Kelma, biex jibqgħu leali lejn Alla u biex jipproteġu l-fidi tagħhom bil-kuraġġ.
17 ta' Mejju, 2012.

9. Huma se jingħataw serħan mit-tbatija tagħhom meta kollox ikun jidher insapportabbli.
23 ta' Awwissu, 2014.

10. Is-Siġill se jippermettilhom jegħlbu l-oppożizzjoni li se jiffaċċjaw meta l-Kristjaneżmu se jiġi brutalizzat.
7 ta' Ġunju, 2014.

11. Is-Siġill ta' Alla l-Ħaj jipproteġikom mill-mewt fiżika u spiritwali waqt il-gwerer.
21 ta' Settembru, 2013.

12. Huma se jsiru immuni għat-tbatija li l-Antikrist se jikkaġuna lid-dinja.
30 ta' Awwissu, 2013.

 
“U rajt anġlu ieħor tiela’ bis-Siġill ta’ Alla l-Ħaj min-naħa tal-Lvant, u b’leħen għoli għajjat lill-erba’ anġli li lilhom kienet ingħatat is-setgħa li jagħmlu l-ħsara lill-art u lill-baħar, u qalilhom: ‘Tagħmlulhomx ħsara lill-art u lill-baħar, anqas lis-siġar, qabel ma nkunu stampajna s-Siġill fuq il-ġbin tal-qaddejja ta’ Alla tagħna.’”
Apokalissi 7v2-3:


Is-Siġill ta’ Alla l-Ħaj, it-Talba tal-Kruċjata tiegħi (33) hija r-rabta tas-salvataġġ tagħkom. Meta tirċievu s-Siġill tal-Protezzjoni tiegħi, mogħti lilkom minn Missieri Etern, mhux se jkollkom għalfejn taċċettaw il-Marka (tal-Bhima). Inthom ma tintmissux. Id-dar tagħkom mhux se tkun tidher, ma ssirilhiex tfittxija, jew tkun fil-mira, għaliex se tkun inviżibbli f’għajnejn l-armata tax-Xitan (Satana).
Ġesù, fl-1 ta’ Ġunju, 2012.


“Fl-aħħar nett, aċċettaw s-Siġill tiegħi bħala wieħed mill-akbar Rigali li tajt lill-bnedmin kollha, minn meta tajthom il-Ħajja. Jiena nagħti l-Ħajja mill-ġdid bil-Grazzji Speċjali tiegħi, meta żżommu qrib tagħkom, is-Siġill ta’ Alla l-Ħaj. Dawk kollha bis-Siġill se jingħataw post fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.”
Alla tal-Aktar Għoli, fit-23 ta’ Awwissu, 2013.


Morru uliedi, u tibżgħu xejn. Afdaw Fija, il-Maħbub Missierkom, li ħloqt lil kull wieħed u waħda minnkom b’imħabba. Jiena naf kull ruħ (persuna), kull parti minnkom hija magħrufa Minni. L-ebda wieħed jew waħda minnkom, mhu maħbub inqas mill-ieħor. Minħabba f’hekk ma rridx nitlef ruħ waħda. Lanqas waħda. Jekk jogħġobkom komplu itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kuljum. Għad jasal jum, meta tifhmu għaliex hija meħtieġa din il-purifikazzjoni.”
Alla tal-Aktar Għoli, fl-20 ta' Frar, 2012.


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM