L-Ewwel Messaġġ mis-Salvatur Tagħna Sidna Ġesù Kristu

It-Tlieta, 9 ta’ Novembru 2010 @ 03:00

L-Ewwel Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ lil Marija Ħniena Divina, tad-9 ta’ Novembru, 2010, fit-3 am.


Ara binti, wasal iż-żmien għalik biex tgħid lid-dinja li l-Ġustizzja sejra tinżel fuq dawk kollha li jiċħduni. Il-Ħniena tiegħi ma tafx limiti għal dawk kollha li jsegwu l-Verità tat-tbatija tiegħi fuq is-Salib. Hemm ferħ għal dawk is-segwaċi tiegħi li jiċħdu t-tentazzjonijiet li jiffaċċjaw kuljum. Oħrajn li taw daharhom lit-Tagħlim tiegħi, huma għomja għall-wegħdiet li Għamilt meta Mitt għad-dnubiet tagħhom fuq is-Salib. Jien għandi Uġigħ kbir u Nħossni Waħdi fl-Abbandun li qiegħed nsofri mill-midinbin maħbubin tiegħi, li għalihom tajt Ħajti fuq din l-art. Id-dinja tinsab fid-dlam f’dan iż-żmien. Huma, is-segwaċi tiegħi, isofru ħafna miegħi meta jaraw dinja tal-midinbin, li mhux biss taw daharhom lil Alla l-Missier Etern tiegħi, iżda wkoll Lili, li sofrejt Sagrifiċċju kbir, sabiex Insalvahom mir-Renji tal-Kundanna Eterna.

Jien Imnikket u Nibki Dmugħ doloruż ta’ diżappunt u niket, bil-mod kif ġejt miċħud għat-tieni darba. Inħeġġeġ lis-segwaċi tiegħi, sabiex jinġabru flimkien f’dan iż-żmien ta’ niket fid-dinja. Huma jridu jħallu fil-ġenb l-indifferenza tagħhom biex jitolbu u jingħaqdu Miegħi, sabiex ngħinu lil dawk l-erwieħ li ruħhom insterqet mix-Xitan (Satana). Għad baqa’ xi żmien għall-midinbin biex jindmu. M’hemm l-ebda triq faċli. Trid issir mill-qalb. Intom li temmnu, tibżgħux tgħollu leħinkom flimkien, biex tiddikjaraw l-Imħabba li Jiena għandi għal kulħadd. L-Insara, l-Musulmani, l-Hindus, il-Lhud u dawk ir-reliġjonijiet kollha li ħarġu mill-moħħ fallibbli tal-umanità, nistedinkom ilkoll, għall-aħħar darba, biex tiftħu għajnejkom għall-Kelma Vera ta’ Alla, l-Alla li bagħatilkom il-Kelma permezz tal-Profeti. Il-Verità nkitbet u ġiet dokumentata fil-Kelma Mqaddsa tal-Iskrittura, li l-ebda bniedem ma jista’ jemenda, jibdel jew jipprova jdawwar għall-interpretazzjoni tiegħu stess. Hemm Alla wieħed biss. Mela warrbu l-armi tagħkom, iftħu għajnejkom u segwuni għall-Ħajja ta’ Dejjem.

Jiena tant Inħobbkom ilkoll, li tajt Ħajti għalikom. Jaqaw insejtuh dan? Permezz tal-Ħniena Divina tiegħi, nitlobkom ilkoll, sabiex terġgħu lura Għandi, għal din l-aħħar darba. Permezz tal-Ħniena tiegħi, Jien sejjer Nerġa’ Niġi lura fid-dinja, sabiex Nipprova Ngħinkom tfittxu l-Verità f’qalbkom. Tħallux lill-Qarrieqi jeqridkom. Fittxu l-Verità. L-Imħabba, l-Imħabba Safja: din hija t-triq għas-Saltna ta’ Missieri. Jekk jogħġobkom, ftakru fil-Ħniena Divina tiegħi. Jien Inħobb lil kull wieħed u waħda minnkom. Araw li titolbu għall-maħfra issa. Newwluli jdejkom u ħalluni Niggwidakom lejn is-Saltna ta’ Missieri. Jiena sejjer Nirritorna fid-dinja kif kien imbassar. Dak iż-żmien issa jinsab fuqna, u daqshekk malajr, li ħafna mhux sejrin ikunu ppreparati. Ħafna, tant se jkunu xxukkjati u misjuba fuq sieq waħda, li mhux sejrin jemmnu dak li jkun qiegħed jiġri. Ma baqax ħafna żmien issa għall-Profeti tiegħi, sabiex jgħinu jippreparaw lill-umanità għal dan l-Avveniment il-Kbir.

Intom li temmnu Fija, qiegħed Insejjaħ lilkom ilkoll. sabiex tagħtu kas it-Twissija l-Kbira tiegħi. Qisu li xxerrdu l-Verità. Ħeġġu lin-nies biex jitolbu l-Ħniena tiegħi. Jien sejjer Nistinka sabiex Insalva lil kull ruħ li tindem sal-aħħar nifs tiegħu jew tagħha. Ma Nistax, u mhux se Nindaħal fir-rieda ħielsa tagħhom. Nitlobkom biex tisimgħu u tagħtu kas il-Kelma tiegħi. Jien Inħobbkom ilkoll. Nitlobkom titolbu għall-konverżjoni qabel l-Aħħar taż-Żminijiet, li kważi wasal. Jiena ma Nixtieqx inbeżża’ lis-segwaċi tiegħi, imma nitlobkom ilkoll, issa sabiex issalvaw l-erwieħ. Tridu tfakkru lil kulħadd fl-urġenza li jneħħu minn moħħhom il-ġiri wara l-pjaċiri tad-dinja. Minflok, sabiex ifittxu l-virtujiet tal-umiltà sempliċi, ħielsa mill-egoiżmu u l-idolatrija.  In-nies ordinarji, sejjer jkollhom imexxu huma lil oħrajn, fit-tixrid tal-Verità dwar it-Tieni Miġja tiegħi. Minħabba li d-dlam spiritwali bħalissa qed jinxtered malajr, mifrux mill-ateiżmu u ż-żieda fil-qima Satanika, f’dinja mdejqa u ingrata tal-lum, huma l-erwieħ sempliċi, dawk li jemmnu tassew Fija, li se jkollhom jieħdu ħsieb dan il-kompitu. Mela itolbu issa għas-salvazzjoni tal-umanità, hekk kif id-dinja issa dieħla fit-Tribulazzjoni l-Kbira, kif imbassra fl-Iskrittura Mqaddsa. Issa sejjer jiddependi mir-rieda ħielsa tal-umanità stess, jekk in-nies humiex lesti jew le, li jfittxu l-maħfra għal dnubiethom. Qatt m’għandhom jibżgħu. L-Imħabba tiegħi hija dejjem Ħanina.

Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM