L-Umanità Qed Tiffaċċja l-Purifikazzjoni Finali

Il-Ħamis, 11 ta’ Novembru 2010 @ 00:20

L-Umanità Qed Tiffaċċja l-Purifikazzjoni Finali.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta' Novembru, 2010, fil-12.20 am.


Iva, maħbuba binti, huwa Jien. Jiena u int sejrin naħdmu spalla ma’ spalla fit-tħejjija tad-dinja għaż-żminijiet li qed tiffaċċja l-umanità, hekk kif id-dinja waslet għall-purifikazzjoni finali. Huwa importanti li dan it-tindif iseħħ, għax mingħajru ma jistax ikun hemm ħajja eterna għal uliedi. Se jkun hemm diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw uliedi kollha, speċjalment, is-segwaċi tiegħi, għaliex din hija parti mill-battalja li trid tiġi miġġielda, ħalli jintrebħu l-erwieħ. Irrilassa ruħek. Ħalli lil qalbek tħoss l-Imħabba tiegħi, binti. Aċċetta li dan huwa Rigal Mingħandi. Tista’ tkun sorpriża, imma Hu Jiena l-familja tiegħek. Inti qegħda fid-Dar Miegħi, fis-Saltna tiegħi. Issa għandek Ħidma x’tagħmel. Żommli Jdejja u Jiena Niggwidalek moħħok sabiex iġġib lil uliedi lura lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi. Strieħ issa binti.


Il-Maħbub Ġesù Kristu tiegħek,
Il-Maħbub Salvatur tiegħek


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM