It-Tieni Messaġġ mill-Verġni Marija.
Mill-Ktieb tal-Verità. It-Tieni Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Novembru, 2010, f’12.20 pm.
Inti, binti l-qawwija ta’ Alla, inti speċjali ħafna. Jiena dejjem sejra Naħdem miegħek, għaliex inti rajt iż-żewġ naħat tal-ħajja hawn fid-dinja. Inti binti, trid tifhem x’inhu x-Xogħol t’Alla. Alla jbierkek għażiża tiegħi, u Jiena Nirringrazzjak. Iva, binti ħelwa tiegħi, ingħatajt il-Grazzji għal-Ħidma tiegħek. Fil-mument li l-Ispirtu s-Santu daħal f’ruħek, inti kont lesta biex taħdem. L-Imħabba bla kundizzjonijiet Tiegħi għalik, se tqawwik, hekk kif jibdew għaddejin il-jiem. Jekk jogħġbok tinkwetax, għax din hija emozzjoni negattiva u li żżommok biss lura. Inti ara li titlob Lili, l-Omm Eterna tiegħek, kuljum. Jiena qatt mhu sejra Nitilqek, jew Niddiżappuntak fix-xogħol tiegħek. Inti, binti ħelwa tiegħi, ingħatajt Rigal speċjali ħafna, u issa trid tużah bil-mod kif inti biss taf kif. Iva, binti, Jiena Nifhem li dan qiegħed ibeżżagħek ħafna f’dan il-mument. Imma ara li dejjem tkun ċerta, li Jiena Ninsab miegħek f’kull pass fil-vjaġġ tiegħek. Il-Paċi tkun miegħek. Jiena sejra Ngħammar dejjem f’qalbek. Alla jbierkek binti, u Nirringrazzjak talli weġibtni.
Omm il-Paċi u t-Tama