Id-Dnubiet Qed Jaqsmu l-Qalb Imqaddsa Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-12 ta’ Novembru, 2010, fit-3 am.
Ikteb dan, binti. Is-sigħat għaddejjin ġmielhom. Qis li ma tinjorax it-talba tiegħi sabiex tippubblika t-Twissija l-Kbira tiegħi lill-umanità. Issa hemm bżonn li n-nis jindmu. Uliedi jridu jisimgħu t-Twissija l-Kbira tiegħi issa. Binti, ikkomunika l-ewwel mal-Gruppi Nsara, sabiex twassal it-talbiet tiegħi. Ara li tibqa’ soda. Jiena Għażiltek għal dan ix-Xogħol, sabiex it-Talbiet tiegħi għall-indiema jinstemgħu malajr. Ikteb il-Ktieb u kkomunika l-Messaġġi tiegħi billi tuża l-komunikazzjonijiet moderni, bħall-internet u l-midja. Filwaqt li t-Talba tiegħi hija urġenti, Jiena sejjer Inżommlok idejk sabiex tkun tista’ tifhem il-Messaġġ. Fil-fatt, inti aktar b’saħħtek milli taħseb. Itlobni aktar kuljum il-Ħniena Divina tiegħi. Ara biss li ma tibżax. Għaliex qegħda tibża’ daqshekk? Il-Ħajja Eterna, meta s-Sema u l-Art sejrin jingħaqdu bħala ħaġa waħda, għandha tiġi milqugħa. Huwa dak li l-bniedem stinka għalih, sa mill-bidu taż-żmien. Titqarraqx mill-attrazzjonijiet li toffri d-dinja. Ma jibqgħux sinifikanti meta mqabbla mal-Isplendur tas-Saltna ta’ Missieri. Lilek sejra tintbagħatlek l-Għajnuna hekk kif il-pjan tiegħek jibda jiżvolġi.
Jiena Naf, li dawn l-aħħar ftit jiem kienu tqal wisq għalik, iżda int aċċettajt b’qalbek kollha, dak li Jiena qiegħed Nitlob minnek. Huwa diffiċli, u forsi jġiblek ftit tal-biża’ li taċċetta dan kollu f’moħħok, iżda huwa importanti li tafda Fija. Żommni f’qalbek u serraħ Fuqi. Ċedi kwalunkwe dubju li għandek, u l-Ħidma tiegħek issir aktar faċli. Jeħtieġ li tfakkar lin-nies fil-Wegħda tiegħi u tirreferi għall-Kelma Miktuba tiegħi. Irreferi għall-Iskrittura biex tagħmel sens. Qatt tibża’ tfakkar lin-nies kif dnubiethom qegħdin jaqsmu l-Qalb Imqaddsa tiegħi u kif qed jinfdu r-Ruħ tal-Missier Etern tiegħi. Aħna, Ommi u l-Qaddisin kollha, sejrin Inżommulek idejk u Nqawwuk. Lilek sejra tintbagħatlek Gwida prattika u l-bibien sejrin jinfetħu sabiex jgħinuk fix-Xogħol tiegħek. Oqgħod attenta minn dawk li joħolqulek ostakli, sabiex jitfgħuk lura fil-komunikazzjonijiet tiegħek. Itlob għalihom , iżda ara li tkompli miexja ’l quddiem. Jiena Naf li int għajjiena, iżda t-Talba tiegħi trid tiġi mwieġba malajr. Wasal il-ħin għall-mistrieħ tiegħek issa binti. Tinsab tirrispondi tajjeb, u bil-fidi u l-kuraġġ. Qis li qatt ma taqta’ qalbek.
Il-Maħbub Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu