Dan il-Ktieb Sejjer Jibdel il-Ħajjiet u Jsalva n-Nies.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-12 ta’ Novembru, 2010, fit-3 pm.
Binti, kompli agħmel dak li hemm bżonn isir, sabiex in-nies jaraw u jisimgħu l-Messaġġi Divini tiegħi. Jiena Nafda fik, għażiża binti, sabiex tuża kwalunkwe mezz li tħoss int, ħalli jiżgura li n-nies jaqraw il-Messaġġi. Inti għandek bżonn tuża l-enerġija kollha li għandek, sabiex tikteb il-Ktieb. Dan il-Ktieb tal-Verità sejjer jibdel il-ħajjiet u jsalva l-erwieħ (nies ħajjin) kif kien imħabbar. Iva, il-Ktieb huwa dak li kien imbassar. Inti l-kittieba. Jiena l-Awtur. Tistagħġibx jew titħawwadx għax dan huwa Kompitu Sagru ħafna, u inti ġejt magħżula sabiex tagħmel dan ix-Xogħol miegħi. Sejjer joħodlok tliet xhur. Jien Irridek tippubblikah madwar id-dinja. Irid li jkun kbir, qawwi u mfittex minn miljuni bħal ma hi l-Bibbja Mqaddsa. Binti, tista’ tippubblika dan “f'konverżazzjoni mal-profeta sigriet”. Tajjeb li tagħmel dan. Għaliex qiegħda tibża’ daqshekk binti? Inti tinsab Iggwidata mis-Sema. Hemm bżonn li tibqa’ soda. Qis li tafda Fija. Ċedi kollox. Jiena sejjer nżommlok idejk f’kull pass tat-triq tiegħek. Iss Jiena sejjer inkompli Nitkellem miegħek aktar tard.
Il-Maħbub Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu