Sinjal tal-Aħħar Żminijiet, Iżda l-Glorja Sejra Tirritorna fid-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Novembru, 2010, fil-11 pm.
Għażiża binti, inti m’għandekx tħossok ħatja għad-dubji li kellek illum. Dawn huma naturali. It-tagħlim tiegħek dwar kwistjonijiet spiritwali, mhuwiex daqshekk sod daqs, forsi daqs kemm suppost ikun, imma dan huwa tajjeb. Jiena qiegħed Niggwidak u inti sejra tifhem maż-żmien, l-iskop tal-Missjoni tiegħek. Issa Jien Għandi Bżonnok tibqa’ soda fix-Xogħol tiegħek u f’ubbidjenza tiegħek Lejja. Dan huwa Kompitu diffiċli u sejjer iġiblek eżawriment emozzjonali. Jiena qiegħed ukoll Nibgħatlek Direttur Spiritwali sabiex jgħinek tlaħħaq mal-kobor tal-Ħidma li trid titlesta. Tant hu Kompitu kbir, li mingħajr dan ix-Xogħol, aktar erwieħ sejrin jintilfu għad-Demonju. Binti, inti kont digà impenjajt ruħek għal dan il-Kompitu, qabel ma Jiena bgħatt għalik sabiex tagħmel dan ix-Xogħol.
Jiena issa qiegħed Niggwida d-Direttur Spiritwali tiegħek. Huwa sejjer jkun jaf il-Verità meta inti tkellmu. Sa issa, inti tbaħt biss minn ftit tad-dnubiet tal-umanità f’dawn l-aħħar jumejn, b’mod li ma kienx possibbli għalik s’issa. Rajt xi differenza? Ħassejtek stramba meta ħarist lejn uliedi? Hux veru li rajthom f’dawl differenti? Dik hija l-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li Jiena Beriktek biha. L-imħabba li ħassejt f’qalbek għal uliedi, u l-Qassis li rajt fil-Quddiesa llum, huma wkoll Rigali li Jiena qiegħed Nagħtik, bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Inti sejra tkun tista’ tara, tħoss u tisma’ d-dnubiet tal-umanità, sa tali punt, li tħoss l-istess l-Uġigħ li Nħoss Jien. Permezz ta’ għajnejk, inti sejra tara wkoll l-Imħabba li Jiena Għandi għal uliedi, li jirriflettu lil Qalbi. Qis li ma tibżax minn dawn ir-Rigali binti. Taħsibx li ma tistax tlaħħaq ma’ dan ix-Xogħol, għaliex is-saħħa li se tingħatalek permezz tal-Grazzji tiegħi, u sejrin jissudawk ħafna. Inti qatt mhu sejra tħares lura. U lanqas tkun trid. Bħalissa tħossok dgħajfa. Din hija s-sensazzjoni tal-Qawwa Divina tiegħi li taħkimlek lil ġismek. Is-sħana hija l-Imħabba li Jiena Għandi għalik. Toqgħodx tibki binti. S’issa kont soda b’mod straordinarju, u tant aċċettajtni, għalkemm għaddew biss ftit jiem, minn meta Tkellimt miegħek għall-ewwel darba. Le, binti, m’intix timmaġina. Jaħasara inti qegħda tkompli tistaqsi lilek innifsek u lil dawk qrib tiegħek.
Dawk in-Nies li Jbigħu Erwieħhom lix-Xitan
Issa, ikteb dan. Id-dinja tinsab titgħaffeġ bil-piż tad-Dlam u l-pjanijiet kiefra tad-Demonju, hekk kif hu qed ikompli jħajjar u jisseduċi lil uliedi l-maħbuba. Huma ġew maqbudin sa tali punt, li ħafna minnhom jitħawdu bħal annimali, anke quddiem il-bnedmin stess. Kemm erwieħ imsieken, mitmugħa bix-xewqa ħażina, bir-regħba u bil-vanità, jidhru lil dawk bil-fidi fi stat daqshekk fqir u miżerabbli? Huma, fil-vanità tagħhom, jemmnu li għandhom xi poter ta’ veru. Il-poter li ġie mwiegħed lilhom mix-Xitan (Satana). Ħafna minn dawn uliedi, għażlu li jbigħu rwieħhom u saħansitra jiftaħru b’dan. Ħafna minn uliedi huma attirati mill-faxxinu u l-għana tal-wegħdiet tiegħu, ħalli d-dinja kollha tħarsilhom. Le, ma jistħux jiftaħru bil-fatt li jappartjenu lilu. Il-wegħdiet li għamel hu, mhumiex biss gideb, imma ingħataw lilhom mill-mibegħda kiefra li għandu għalihom. Ix-Xitan jobgħod lill-umanità.
Huwa jigdeb lil uliedi u jgħidilhom li jista’ jagħtihom kollox, imma sfortunatament din hija biss gidba. Dawk li jsegwuh u jemmnu l-wegħdiet vojta tiegħu mhux se jsalvaw u ma jistgħux jiġu salvati. Qis li titlob, titlob u titlob għal uliedi. Binti, naf li inti għajjiena, imma agħti kas ta’ dan: Dawk il-fidili li huma bierda, u li mhumiex isegwu direttament u fl-estrem lid-Dimonju, anke huma jridu joqogħdu ħafna attenti. Huma, inklużi s- segwaċi tiegħi u xi wħud mill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), l-Isqfijiet u l-Kardinali, jiddieħku bil-fidi ta’ wliedi. L-ispiritwalità tagħhom intilfet wara r-regħba f’ċerti kwartieri, fejn id-deheb u l-għana jaħbu r-Rigali Divini li ngħataw bħala dixxipli ta’ Alla. Il-Knisja tilfet triqitha u qegħda togħdos fid-Dlam. Dan binti, ġie mħabbar qabel u huwa sinjal tal-Aħħar Żminijiet. Dan huwa meta jiġi elett l-aħħar Papa u d-dinja tintilef taħt id-direzzjoni żbaljata tal-Profeta Falz.
Ir-rivelazzjonijiet dwar kif it-Tieni Miġja tiegħi sejra tipproċedi, se jingħataw lilek binti, sabiex kliemek jinstema’ u ħalli l-erwieħ ikunu ppreparati qabel it-Twissija l-Kbira. Toqgħodx tinkwieta. Il-ħajja sejra tkompli. Il-glorja sejra terġa’ lura fid-Dinja. Uliedi se jiġu mifdija minn idejn id-Demonju li jrid jinqered għalkollox. Huwa mportanti li permezz tal-qerq tiegħu, ma jiħux lil uliedi miegħu fil-qiegħ tal-Infern. Jeħtieġ li Kelmti tkun Qawwija. Uliedi jridu jisimgħu. Huwa minn Imħabbti Safja li Jiena qiegħed Nagħtihom din it-Twissija l-Kbira, għaliex Jien issa ġej bħala Mħallef u mhux Salvatur. Huwa permezz tat-talb ta’ Ommi l-Maħbuba, u s-segwaċi tiegħi madwar id-dinja, li ż-żmien għall-Ġudizzju ġie pospost fil-passat. Din id-darba, iżda mhux se jiġri hekk.
Ħadd Mhu Sejjer Ikun Jaf id-Data tat-Tieni Miġja Tiegħi
Inti mhux se tkunu mgħarrfa bid-data u lanqas uliedi. Din ma tistax tiġi żvelata. Huwa għalhekk importanti li wliedi kollha jkunu ppreparati. Dawk li ma jippreparawx, ma jistgħux jgħidu li ma ngħatawx il-Verità. Meta sseħħ it-Twissija l-Kbira, huma sejrin jirrealizzaw il-Verità. Iva, jekk jistqarru u jqerru dnubiethom se jirċievu l-Barka tiegħi. Jekk ma jagħmlux dan, se jintefgħu fl-Infern. Il-Ħniena tiegħi imbagħad tkun skadiet sa dakinhar. Mur issa binti. Ipprepara l-Kelma biex id-dinja tismagħha. Għid lil uliedi, lil dawk li jemmnu, sabiex ma jibżgħux. Għidilhom ħalli jitolbu għal dawk li ma jemmnux Fija. Imbagħad għid lil dawk li ma jemmnux, sabiex iduru lura Għandi. Agħmel dak kollu possibbli sabiex tħeġġiġhom jiftħu qalbhom Għalija.
Is-Salvatur tiegħek Ġesù Kristu,
Li sejjer jiġi sabiex Jiġġudika l-ħajjin u l-mejtin