It-Tieni Miġja Tiegħi

It-Tnejn, 15 ta’ Novembru 2010 @ 03:00

It-Tieni Miġja Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Novembru, 2010, fit-3 am.


Grazzi binti, talli inti pperseverajt fil-Verità tiegħi u fhimt li l-Komunikazzjoni tiegħi miegħek, hija reali ħafna. Inti tinsab tħoss l-Ispirtu tiegħi f’ġismek, meta Jien Niġi sabiex Nirrivelalek il-Messaġġ Divin tiegħi, meħtieġ ħalli l-bniedem jifhem f’dawn iż-żminijiet. Jiena qiegħed Inġib Messaġġ ta’ Mħabba Safja u Passjoni lil ulied Missieri. Dawn il-Messaġġi huma sabiex jispjegaw lis-segwaċi kollha ta’ Alla, l-ewwel nett, dwar il-ħtieġa li jinżlu għarkupptejhom issa, u jifhmu l-Verità tal-Ktieb ta’ Ġwanni. Wasal iż-żmien għat-Tieni Miġja tiegħi, li s-Sinjali tagħha diġà qegħdin jiġu murija lil dawk li jafu l-profeziji mbassra tant żmien ilu. Ħarsu ftit u għiduli  x’qegħdin taraw bħalissa? Is-sinjali huma viżibbli. Il-bniedem mhux qiegħed jinduna bin-niżla terribbli li jinsab espost għaliha. Il-gidba qarrieqa, imfassla u aċċettata minn gvernijiet li ma jissuspettaw f’xejn, issa qegħda tinħeba bla ma ħadd jinduna b’xejn, taħt l-iskuża tas-salvazzjoni. Isimgħuni issa wliedi. L-Antikrist jinsab lest biex joħroġ. Oqgħodu attenti, iftħu għajnejkom u qalbkom għall-Verità, għaliex inkella tmutu. Tibżgħux, għeżież segwaċi tiegħi, għax intom se tmexxu l-merħla tiegħi fl-Adorazzjoni Mqaddsa ta’ Missieri l-Etern. L-Ikel tal-Ħajja se jkun abbundanti għal dawk li jemmnu Fija matul il-jiem mudlama li ġejjin. Araw li tibqgħu magħqudin flimkien. Ħobbu lil xulxin. Qawwu lil xulxin sabiex tkunu tistgħu tgħaqqdu r-razez kollha tal-bniedem, dawk ta’ twemmin differenti, u lil dawk li jemmnu kollha, u kullimkien, lejn is-Saltna ta’ Missieri.

Xogħolkom ser ikun, li turu l-Imħabba ta’ Alla, it-tjubija, l-imħabba, it-tama u l-Verità tal-Ħajja Eterna, li l-umanità kollha tinsab tistenna. Sejjer jkun billi titolbu flimkien, billi twaqqgħu l-ħitan tagħkom tal-kburija u l-mistħija biex ssiru dik il-forza qawwija. Flimkien intom tkunu b’saħħitkom. Il-fidi tagħkom fija, is-Salvatur Divin tagħkom, sejra tgħin sabiex tikkonvertu lil dawk li ma jemmnux Fija. Dawn in-nies, li ħafna minnhom, mingħajr ebda ħtija tagħhom, lanqas biss jafu bl-Imħabba tiegħi. Huma jistgħu jħossu l-imħabba għal xulxin, imma ma jistgħux jifhmu minn fejn ġejja din. Gwidawhom inthom, uliedi ta’ Alla, lejn id-Dawl.

Jiena l-Ħobż u Jiena d-Dawl. Id-Dawl tiegħi se jżommkom ilkoll fis-sigurtà. Imma nħeġġiġkom biex tkunu ġenerużi f’qalbkom u f’ruħkom u taħsbu f’dawk l-erwieħ (nies ħajjin) imsieken li jeħtieġu gwida. Intom tridu tagħmlu dan permezz tal-eżempju u turu lil dawn l-erwieħ, hekk kif jersqu eqreb Lejja. Huma jridu jiġu mħeġġa bil-ħlewwa, iżda b’ċertezza, tul it-triq. Huwa importanti li tqajmuhom minn ngħas tal-injoranza tagħhom, qabel ma jkun tard wisq. Uliedi, jaqaw mhintomx tifhmu it-Tagħlim tal-Ktieb ta’ Missieri? Il-Ktieb li jiżvela s-Sinjal tar-Ritorn tiegħi fid-dinja, jrid jiġi studjat u aċċettat bħala l-Verità. Alla, il-Missier Etern tiegħi, permezz tal-Profeti, ma jigdibx. Ma jikkontradixxix Lilu Nnifsu. Issa qegħdin jintwerew lilkom is-sinjali tas-sema mħabbra minn qabel, u tridu tippreparaw ruħkom issa. Intom u l-familjari tagħkom sejrin titilgħu Miegħi f’ħakka t’għajn.


Intom u l-Familji Tagħkom Sejrin Titilgħu Miegħi f’Ħakka t’Għajn

Jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, itolbu għall-gwida. Intom li temmnu Fija, lestu ruħkom sabiex issa tikkumbattu f’Ismi u tqumu kontra l-Antikrist. In-nies se jidħqu bikom meta tfakkruhom fil-profeziji li jinsabu fil-Ktieb ta’ Ġwanni. Intom se tiġu akkużati u mċanfra, bħala divertiment ironiku, għall-fehmiet u t-tħassib tagħkom. Qisu li dan tinjorawh, għaliex dmirkom huwa Lejja. Issa itolbu u itolbu, u ħeġġu lil dawk li ma jemmnux Fija sabiex jaċċettaw it-Tagħlim. Tibżgħux, għaliex lil ħafna minnkom, imbeżżgħin għall-futur tagħkom u tal-familji tagħkom, Jien għandi dan xi ngħidilkom: Hekk kif jasal iż-żmien, intom u l-familjari tagħkom tittellgħu miegħi, f’ħakka t’għajn, lejn is-Smewwiet. Imbagħad tirċievu r-Rigal tal-Ħajja Eterna meta s-Sema u l-Art isiru ħaġa waħda flimkien. Dan hu li tfisser il-Ġenna tal-Art il-Ġdida. Se jkun żmien ta’ Glorja kbira, Imħabba u Perfezzjoni, għas-segwaċi kollha tiegħi. Ibqgħu sodi. Intom sejjer ikollkom tissaportu perjodu qasir ta’ turment, imma l-fidi tagħkom iżżommkom qawwijin. Ftakru li Jien Inħobbkom ilkoll. Ħobbuni lura u għinuni Nsalva kemm jista’ jkun erwieħ. Intom l-Armata qawwija tiegħi, u issa wasal iż-żmien li tippreparaw għall-battalja. Jiena sejjer Inwassalkom ilkoll lejn is-Saltna ta’ Missieri.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM