Il-Qawwa Globali, l-Antikrist u l-Marka tal-Bhima.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Novembru, 2010, fil-11 am.
Issa binti, inti qegħda tintebaħ bil-Verità u taċċetta l-Messaġġ tiegħi għal dak li hu. Ikteb dan binti. Il-ħeffa li biha l-Profeziji qegħdin jiżvolġu qed issir evidenti għal kulħadd. Oqgħod attenta għall-bidliet li sejrin jidhru fil-Knisja tiegħi, bħala wieħed mill-ewwel sinjali. Dan huwa meta l-Qarrieqi se jmexxi lid-dixxipli tiegħi ’il-bogħod mit-triq it-tajba. It-tieni sinjal li se jidher, ikun fil-mod ta’ kif ħafna minnkom, mhux se tkunu aktar tistgħu tikkontrollaw pajjiżkom stess. Dan jinkludi l-kontroll materjali kollu u dak militari. Intom uliedi, kif ukoll il-mexxejja tagħhom, u dawk kollha bir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb nieshom, se jitilfu kull forma ta’ kontroll. Sejrin ikunu bħal dgħajsa miexja mingħajr tmun. Din id-dgħajsa li jkunu qegħdin imexxu, se tkun qed tbaħħar bl-addoċċ u hekk huma jintilfu. Uliedi, tridu titolbu bil-qawwa issa, sabiex tinħall il-ħakma li dawn il-gruppi ta’ nies krudili sejrin jeżerċitaw fuqkom. Dawn mhumiex ġejjin mis-Saltna t’Alla, u minħabba l-qerq makakk fid-dehra tagħhom, intom mhux se tindunaw li din hija forza qawwija, u li hi toqgħod attenta sabiex ma tikxefx lilha nnifisha. Intom uliedi, mhux se tkunu aktar għaqlin. Intom sejrin taħsbu li qegħdin tgħixu fi żminijiet diffiċli, imma din il-faċċata fid-dehra tagħhom, hija mfassla sabiex iġġagħlkom taħsbu dan. Qumu wliedi issa.
Il-Marka tal-Bhima
Ara ma taċċettawx din il-Marka. Jekk ħafna minnkom ma taċċettawhiex, allura sejrin tkunu aktar b’saħħitkom fin-numri. Din il-Marka, il-Marka tal-Bhima, sejra tkun il-waqgħa tagħkom. Mhijiex dak li tidher li hi. Jekk taqblu magħha, sejrin titwarrbu dejjem aktar u aktar ’il bogħod Minni. Oqogħdu attenti mill-Pjan, immexxi mill-Qarrieqi, sabiex ineħħi s-sinjali kollha tal-Missier Etern tiegħi u tat-Tagħlim tal-Iskrittura minn ħajjitkom. Sejrin taraw dan fl-iskejjel, fil-kulleġġi, fl-isptarijiet, u fil-kostituzzjoni ta’ pajjiżkom. L-akbar abominazzjoni, dik li sejra tikkawżali uġigħ kbir, hija t-tneħħija tat-Tagħlim tal-Iskrittura minn fost dawk li jipprattikaw l-Adorazzjoni tagħhom Lili, Jiena, is-Salvatur Divin tagħhom. Dalwaqt sejrin taraw li l-Kelma tiegħi, u t-Tagħlim tal-Verità jiġu mwarrba u kkastigati.
Intom, uliedi l-maħbuba, sejrin tbatu ħafna f’Ismi. Dawn il-forzi kiefra, huma responsabbli għal dan. Huma jinsabu mmexxija mix-Xitan (Satana). Dawn se ssibuhom kullimkien, u speċjalment fost dawk il-mexxejja fl-awtorità li fuqhom tiddependu sabiex tibqgħu ħajjin. Uliedi, tibżgħux għalikom infuskom, iżda pjuttost ibżgħu għal dawk l-erwieħ (nies ħajjin) imsejkna u żbaljati. Tant huma infestati bil-Qarrieqi, li huma jsibuha diffiċli biex jinħallu minn miegħu, tant hi kbira l-ħakma li hu għandu fuqhom. Dawn in-nies mhumiex ta’ min jafdahom. Oqgħodu attenti kif tikkomunikaw magħhom. Huma jżommukom maqbuda bħal f’morsa, sabiex jikkontrollaw kollox. Sejrin ssibuha diffiċli sabiex tiġġielduhom, għaliex huma se jikkontrollaw anke l-banek tagħkom, il-proprjetajiet tagħkom, it-taxxi tagħkom, u l-ikel li teħtieġu sabiex tgħixu.
Iżda dan mhux se jdum fit-tul, għaliex jiemhom huma magħduda. Jekk huma jibqgħu jaċċettaw il-jasar tagħhom għall-ħażen, se jgħoddsu f’abbiss ta’ terrur tant kbir, li d-deskrizzjoni ta’ dan id-destin tagħhom, tkun wisq tal-biża’ u tant tal-waħx, li l-bniedem jaqa’ bħal ġebla mejjet, li kieku kellu jara mqar lemħa waħda biss mit-turment li se jissaportu. Il-Battalja waslet sabiex tibda u tiżvolġi, hekk kif Id il-Missier Etern tiegħi, sejra tinżel malajr bħala kastig għal dnubiethom, li issa waslet biex tidher f’din l-art, għad-dnubiet li Jien Mit għalihom. L-ebda bniedem mhu iben Alla, jekk jappartjeni jew jikkonfoffa f’din l-armata dixxiplinata, iżda qerrieda. Din l-armata kattiva, mimlija bid-Demonji mill-qiegħ tal-Infern, qegħda twettaq atti ta’ kobor tant krudili, li n-nies innoċenti lanqas biss jistgħu jifhmuhom.
Jiena ma nixtieqx Inbeżża’ lil uliedi, iżda l-Verità sejra tiġi esposta għal dak li hi maż-żmien. Qumu issa wliedi. Iġġieldu l-forzi tal-ħażen qabel ma jeqirdukom. Oqgħodu attenti mill-Ħakma Globali fi kwalunkwe dehra, daqs, forma jew kodiċi. Ħarsu lejn il-mexxejja tagħkom bir-reqqa u lejn dawk li jikkontrollaw l-aċċess tagħkom ta’ kuljum għall-flus, li se jitimgħukom u jżommukom ħajjin. Jeħtieġ li taħżnu l-ikel issa. Intom ma rċevejtux dan il-Messaġġ b’mod li jirrifletti t-Tagħlim tiegħi, imma isimgħuni issa: Dawn il-profeziji ġew imbassra. Uliedi jeħtieġ li jisimgħu sew. L-Ispirtu tad-Dlam qiegħed jikber u intom, is-segwaċi tiegħi, tridu tibqgħu sodi. Żommu t-twemmin tagħkom Fija ħaj permezz tat-talb. Is-segwaċi tiegħi kollha, jridu jgħidu t-talba tal-Kurunella tal-Ħniena Divina kuljum. Din se ssaħħaħ l-erwieħ, u tgħinhom isibu l-għinuna fil-mument tal-mewt.
Uliedi, jekk jogħġobkom, tħallux il-Messaġġ tiegħi jbeżżagħkom. Is-segwaċi tiegħi issa għandhom dmir Lejja. Ħalluni ngħid dan: Ftakru li sejrin timtlew bl-Ispirtu s-Santu hekk kif taċċettaw il-Kelma tiegħi. Araw li ma tibżgħux, għaliex intom ġejtu magħżula. Intom, l-Armata tas-Segwaċi tiegħi, sejrin twasslu għat-telfa tax-Xitan. Imma sabiex tagħmlu dan, tridu titolbu. Jiena qiegħed Niġi b’Messaġġ ta’ Mħabba Safja. Jaħasra kif m’intomx tindunaw, li sejrin tesperjenzaw il-Ġenna, meta s-Sema u l-Art sejrin jingħaqdu flimkien? M’hemm xejn minn xhiex tibżgħu, għaliex intom, is-segwaċi tiegħi, se tittellgħu bil-ġisem, bir-ruħ u bil-moħħ, fir-Renji tal-Ġerarkija Divina. Sejrin taraw lill-maħbubin tagħkom. Dawk il-maħbubin li sabu l-favur mill-Missier Etern tiegħi.
Issa araw li tagħmlu kif qiegħed Ngħidilkom. Itolbu, tkellmu miegħi, ħobbuni u afdaw Fija. Bi tpattija ta’ dan, Jien nagħtikom il-qawwa. Itolbu għall-protezzjoni permezz tar-reċitazzjoni tar-Rużarju l-Iktar Imqaddes, mogħti lilkom bil-barkiet mingħand Ommi l-Maħbuba. Din it-talba trid tingħad, sabiex minn naħa waħda, tgħinkom tipproteġu lilkom infuskom mix-Xitan. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li titolbu l-protezzjoni għal dawk in-nies li tiġu f’kuntatt magħhom, sabiex ma jkunux jistgħu jikkontaminawkom jew iġibu fix-xejn il-fidi li għandkom f’qalbkom Għalija. Itolbu għall-Viżjonarji u l-Profeti tiegħi, sabiex ikunu protetti. Itolbu għall-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) maħbubin tiegħi, dawk il-qaddejja qaddisin u devoti mibgħuta minni, sabiex jiggwidawkom. Huma, bħas-segwaċi tiegħi, isofru t-turment mix-Xitan. Hu qatt mhu se jieqaf jipprova jagħmikom għall-Verità, u se juża kull tattika qarrieqa, ħalli jikkonvinċikom li l-fidi tagħkom hija falza. Isimgħuni issa: Hu, il-Qarrieqi, se juża l-loġika u r-raġunament, imfassla b’mod tant ġentili u ħelu, sabiex jikkonvinċikom li hu nnifsu se jġib it-tama f’ħajjitkom. Huwa, permezz tal-Antikrist, se jistinka sabiex iġegħelkom temmnu li fil-fatt, hu il-Magħżul ta’ Alla.
L-Antikrist
Ħafna mis-segwaċi tiegħi se jaqgħu vittma ta’ dan il-qerq disprezzabbli. Araw li toqogħdu attenti. Huwa se jitqies bħala l-messaġġier tal-imħabba, il-paċi u l-armonija fid-dinja. In-nies se jinżlu għarkupptejhom quddiemu u jadurawh. Huwa se jurikom il-qawwa tiegħu, u intom se temmnu li din ġejja minn sors Divin. Imma dan mhux hekk. Huwa se jgħallimkom b’mod, li xi drabi jidher stramb. Dawk li jemmnu Fija tassew, se jkunu jafu li mhuwiex parti mid-Dawl. Huwa se jfaħħar lilu nnifsu, u dehra tal-kbirija tiegħu se tkun moħbija wara krudeltà kbira. Huwa se jimxi b’mod arroganti, imma jurih minn barra bħala kompassjoni u taparsi mħabba vera għal kulħadd. Wara din il-faċċata falza, huwa mimli mibegħda għalikom, uliedi l-maħbuba. Huwa jkun jidħak bikom wara l-bibien magħluqa.
Uliedi, l-Antikrist se jħawwadkom bil-kbir. Huwa se jidher qawwi, kunfidenti, umoristiku, kollu ħlewwa, taparsi jħobb u se jitqies bħala salvatur. Il-wiċċ sabiħ tiegħu se jappella lil kulħadd, imma mbagħad malajr jinbidel. Huwa se joħloq kaos fid-dinja u se joqtol lil ħafna nies. L-atti ta’ terrur tiegħu se jkunu ċari għal kulħadd. Huwa se jeqred l-indipendenza tagħkom u se jkun strumentali fil-miġja tal-Marka, il-Marka tal-Bhima. Intom, uliedi, sejjer ikollkom tibqgħu sodi. Fuq kollox, araw li ma taċċettawx il-Marka, għax jekk tagħmlu dan, se taqgħu taħt l-influwenza ipnotika u kiefra tiegħu. Iva, ħafna nies sejrin jmutu minħabba l-fidi tagħhom Fija. Imma le, intom araw li ma tibżgħux, għax jekk intom tbatu Għalija, Fija u Miegħi, intom magħżula. Itolbu u itolbu, sabiex ma tissottomettux ruħkom għar-renju tal-waħx tiegħu. Qumu u kkumbattu Għalija. Tħallux lill-Antikrist, minkejja s-seħer konvinċenti kollu tiegħu, jirbaħ fuq ruħkom. Ħalluni nżommkom f’Dirgħajja, inħaddankom bil-Grazzja Divina tiegħi issa, sabiex nagħtikom is-saħħa ħalli tiġġieldu għall-Verità. Dejjem ftakru li l-Imħabba Tiegħi għalikom qatt mhi se tmut. Qatt m’għandkom tagħżlu din it-triq ħażina, għaliex inkella intom ukoll tintilfu Minni. Se jkun diffiċli, imma l-Għajnuna sejra tingħata lil uliedi, b’ħafna u ħafna modi differenti, sabiex ittaffi t-tbatija tagħkom. Morru issa u itolbu l-Ħniena Divina tiegħi u ppreparaw għall-battalja finali.
Ġesù Kristu, is-Sultan tal-Poplu Tiegħi,
Is-Salvatur u l-Imħallef Ġust