Twissija lill-Kleru.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Novembru, 2010, fid-9.55 am.
Binti, inti lbieraħ ġejt imwarrba, hekk kif in-nies ippruvaw idaħħlulek dubji f’moħħok. Inti batejt minħabba f’hekk. Ara li ma tiddisprax, Kelmti xorta sejra tinstema’. Inti sejra tiltaqa’ ma’ ostakli li sejrin jġegħluk tħossok diżilluża bix-Xogħol tiegħek. Binti, tinsiex li Jiena qiegħed Niggwidak. Inti trid tiftakar dan u qis li inti qatt ma tinsa l-Wegħda tiegħi. Jien Għamilt, kif tlabtni, u Ħallejtek torqod fil-paċi lbieraħ filgħaxija. Issa int tinsab aktar b’saħħtek. M’intix tħossu dan? Issa inti trid toqgħod attenta ma’ min tikkomunika. Is-segwaċi tiegħi, jew dawk li taħseb li huma s-segwaċi tiegħi, mhux dejjem huma kif jidhru. Inti trid tagħmel dak li tgħidlek qalbek. Id-dinja tista’ tidher kif dejjem dehret, imma hemm bidla u din qegħda isseħħ bħalissa. Din il-bidla qegħda twassal lill-umanità lejn id-Dlam, li se jgħattihom, u li sejjer iċajpar l-imħabba tagħhom Għalija. Għaliex uliedi għandhom jibqgħu jiddubitaw il-Verità? Għaliex huma ma jsegwux it-Tagħlim tiegħi, avolja ngħataw dan ir-Rigal mill-Appostli tiegħi li, permezz tal-imħabba għalija u bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, taw lid-dinja Don speċjali ħafna. Id-Don tal-Verità, li ġie mgħallem u mifrux ma’ uliedi kollha madwar id-dinja. Ħafna minn uliedi segwew din il-Gwida matul iż-żminijiet.
Oħrajn, waqt li kienu jafu l-Verità, iddeċidew li jdawruha biex taqbel mal-iskopijiet, ix-xewqat, il-ġibdiet sesswali u kilba għall-poter tagħhom stess. Is-segwaċi tiegħi imbagħad, ma setgħux jiddistingwu bejn il-Verità tal-Kelma t’Alla u l-gideb imxerred minn dawk li kienu żbaljati. Hekk jaħdem il-Qarrieqi. Huwa jikkawża konfużjoni, disperazzjoni u sens ta’ nuqqas ta’ tama, u hu ilu jagħmel dan, mill-Mewt tiegħi fuq is-Salib. Imma ismagħni issa: Hu mhux se jirbaħ, binti. Il-forzi tal-Gwida tas-Smewwiet, sejrin jnisslu fl-ulied, it-twemmin tagħhom għal darb’oħra, permezz tat-Tagħlim tal-Profeti tiegħi.
Itlob binti, lil uliedi sabiex joqgħodu attenti għall-bidliet li jaraw fid-dinja. Itlobhom ħalli jiftħu qlubhom, għajnejhom u moħħhom, sabiex josservaw il-gideb imxerred mix-Xitan (Satana). Minnu tinfirex xibka ta’ wegħdiet foloz, iddisinjati sabiex iġiegħlu lil uliedi jħossuhom miġbuda lejn l-għeġubijiet materjali. L-għeġubijiet u l-glorja falza huma vojta minn kollox. Dawn ma jirriflettux l-imħabba u lanqas ma joffru xi faraġ reali, ladarba l-vojt tagħhom jiġi żvelat. Il-forzi tal-Ħażen qegħdin jitqawwew issa binti. Huma qed jiġu ppjanati mix-Xitan, permezz tal-armata tiegħu ta’ segwaċi kiefra. Dawn is-segwaċi, permezz tar-regħba u l-imħabba tagħhom infushom, isegwuh f’adorazzjoni u sottomissjoni, u jinsabu jitmexxew lejn il-ġenna tal-art tat-tlellix falza tiegħu. Din il-ġenna mwiegħda tiegħu, mhi xejn ħlief dlam ċappa, u meta uliedi jkunu indunaw b’dan, ikun għadda ż-żmien tar-redenzjoni tagħhom.
Talba għas-Salvazzjoni
Uliedi kollha, anke jekk għall-imħabba tal-familji tagħhom stess, iridu jqumu issa għal dan il-ħażen, jekk iridu jsalvaw lil xulxin. L-Imħabba tiegħi se żżommhom iggwidati jekk iduru Lejja issa. Huma qatt m’għandhom jibżgħu jduru Lejja u jgħiduli:
It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (1) Għas-Salvazzjoni:
O Mulej tiegħi, mexxini lejn is-Saltna tiegħek u pproteġini mid-dlamijiet li ħakmu lil ruħi. Ismagħni issa, o Qalb Imqaddsa, u bit-Tjubija tiegħek, ħalli d-Dawl tal-Imħabba u l-Protezzjoni tiegħek jiddu fija. Ammen.
Dawk minn uliedi li jgħidu din it-talba, se jinstemgħu. It-talbiet ħerqana tagħhom għas-salvazzjoni, għalihom u għal dawk li jħobbu, sejrin jiġu Mwieġba. Jiena, permezz tal-Viżjonarji tiegħi, Ggwidati minn Ommi l-Imbierka, ippruvajt bir-reqqa kollha, Nibgħat Twissijiet lid-dinja. Ħafna u ħafna drabi, l-Viżjonarji tiegħi, għalkemm imwarrba fil-bidu, fl-aħħar ġew aċċettati. Din id-darba mhux se jingħataw id-dinjità taż-żmien, ħalli l-Messaġġi tagħhom jinstemgħu minn biżżejjed nies minn tiegħi.
Oqgħodu Attenti mill-Profeti Foloz
Iftħu għajnejkom mill-Profeti Foloz. Hawanhekk Jien Irrid Inwissi lil uliedi sabiex joqogħdu attenti mill-Profeti Foloz. Ħafna Viżjonarji Ġenwini ġew imqarrqa. Viżjonarji li huma ġenwini se jingħataw il-Grazzji li jwasslu l-Verità tiegħi b’tali mod, li jkunu akkumpanjati minn ġrajjiet sopranaturali u mirakli li ma jistgħux u mhux se jiġu miċħuda. Qalbi Tinqasam meta Jiena Nara l-mod kif ħafna mill-Viżjonarji ġew miċħuda mid-Dixxipli l-Aktar Sagri tiegħi (is-Saċerdoti). Dawn l-istess dixxipli, li bgħatt biex jgħallmu lil uliedi, qegħdin ifallu fil-kompitu tagħhom. Issa huma jridu jduru Lejja għall-Gwida u jitolbu għall-Grazzji meħtieġa, sabiex imexxu l-poplu tiegħi.
Il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) huma speċjali ħafna u dawk li rċevew is-Sagramenti jridu jisimgħu t-Talba tiegħi. Id-dmir tagħkom issa huwa Lejja. Ġeddu l-wegħdiet tagħkom issa. Emmnu u segwu l-Messaġġ Sagru tiegħi. Kunu sodi, għaliex issa intom ilkoll qegħdin tiġu msejħa sabiex tixhdu l-Verità tal-Ktieb tal-Apokalissi, u araw li taċċettaw li wasal iż-żmien. Ippreparaw issa għal dan l-Avveniment Kbir. Tiċħdunix jew ittuni dahrkom. Ippridkaw bil-qawwa u bil-konvinzjoni. Iddgħajfux it-Tagħlim tiegħi u tgħidu lis-segwaċi tiegħi li kollox sejjer jkun sew. Dan mhuwiex il-messaġġ li għalih intom ġejtu msejħin. Id-dmir tagħkom Lejja, is-Salvatur Divin tagħkom, huwa li tinfurmaw lill-merħla tagħkom bil-Verità. Lil uliedi m’għandkomx tgħidulhom li lkoll se jiġu salvati. Din mhix verità. Għaliex dawk biss li jfittxu l-Maħfra Tiegħi u joqgħodu Għalija u għat-Tagħlim tiegħi biss, sejrin jiġu salvati. Għaliex ma ssegwux it-Tagħlim tal-Iskrittura? Għaliex iġġibu l-iskużi? Għaliex tiggwidaw u tikkonvinċu lil uliedi, li Alla jaħfer lil kulħadd? Missieri l-Etern jaħfer biss lil dawk li jemmnu Fija u li jindmu minn dnibiethom.
Jaqaw lil dawn ma swietilkom xejn il-Mewt tiegħi fuq is-Salib? Jien Mit sabiex Insalva l-umanità mill-qerq tax-Xitan. Madankollu intom, permezz ta’ tolleranzi żbaljati, qegħdin tgħallmu gidba lil uliedi. Intom waqajtu vittmi tal-pressjoni tal-umanità, sabiex taħbu d-Duttrina Mqaddsa li għaliha ġejtu msejħin tippridkaw. Jaqaw m’għandkomx mistħija? Tant intom maqbudin mill-ġibdiet li toffri d-dinja li qegħdin issegwu dogma falza, ddettata lilkom mit-tolleranza popolari li x-Xitan xerred fost uliedi. Dawn l-imsejkna uliedi żbaljati, jeħtieġu direzzjoni. Huma jridu jifhmu wkoll id-differenza bejn l-interpretazzjoni umana u dik il-Wegħda Divina li għamilt Jien. Għaliex uliedi ma jemmnux fl-Intervent Divin? Għaliex iġġibu dan fix-xejn meta jiġi ppreżentat lilkom? Saċerdoti tiegħi, isimgħu t-Talba tiegħi. Itolbu li l-Messaġġ tiegħi tal-Verità jinstema’.
Messaġġ lill-Isqfijiet
Lill-Isqfijiet tiegħi ngħid dan: Neħħu l-ilbies tagħkom, tbegħdu mir-rikkezzi li afdajtu fihom. Fittxu l-umiltà li hija meħtieġa minnkom. Obdu Kelmti issa, jew inkella jkollkom tiffaċċjaw il-konsegwenzi. Dmirkom hu Lejja u lejn il-Missier Etern tiegħi. Kif spiċċajtu għomja. Is-sinjali issa qegħdin jingħataw permezz ta’ Viżjonarji u fis-sema, u intom ma tajtux kashom. Minflok toqogħdu fil-kastelli tagħkom u tiddisprezzaw. Għal dan, dnubietkom mhux sejrin jinħafru. Id-dnubiet tad-Dixxipli Sagri tiegħi, dawk li għażlu t-Triq tiegħi, Lili joffenduni bil-kbir. Qisu li tiftħu għajnejkom u qlubkom, u erġgħu lura għat-Tagħlim tal-Ktieb Sagru tiegħi.
Messaġġ lill-Kardinali
Lill-Kardinali tiegħi Ngħid dan: Kemm tlajtu l-fuq fil-għoli, li saħansitra nsejtu s-Sagramenti jew il-Verità tat-Tagħlim tiegħi, sabiex tmexxu l-Merħla tiegħi. Inżlu minn hemm issa, u segwu l-Gwida tiegħi. Araw li ma tħallux il-gideb li ħakem lill-umanità jaljenakom. Twarrbunix intom ukoll. Jiena qiegħed Nistaqsikom ilkoll, sabiex titolbu għall-Papa kuraġġuż u maħbub tiegħi, l-aħħar Papa veru (Benedettu XVI). Intom, id-Dixxipli tiegħi, tinsabu mqarrqa mill-Qarrieqi. Huwa diġà wera lilu nnifsu fil-kurituri tal-Knisja tiegħi u l-pjanijiet krudili tiegħu issa jinsabu jippreżentaw ruħhom. Għal dawk minnkom li għandhom għajnejn, ibqgħu għassu sew, ħarsu quddiemkom u warajkom. Huwa sejjer jisirqilkom ruħkom jekk iċċedu għall-qerq tiegħu. Jekk jogħġobkom, itolbu issa għalikom ilkoll. Itolbu bil-ħerqa għall-Gwida tiegħi. Itolbu maħfra u ħalluni Mmexxikom mill-ġdid. Għal dawk minnkom li sejrin jiddubitaw dawn l-istruzzjonijiet, isimgħu issa: Għaliex Jiena m’għandix nikkomunika magħkom b’dan il-mod? Għallimtkom ilkoll permezz tal-Appostli, li bil-Gwida tal-Ispirtu s-Santu, taw lid-dinja l-Messaġġi tiegħi, li għadhom għaddejjin sa minn dakinhar. Issa ż-żmien fuqna. Ħajjitkom kollha tlabtu għall-gwida. F’dan iż-żmien issa, Jiena qiegħed Inħeġġiġkom tisimgħu t-Talba tiegħi.
Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu