Warrab id-Dubji Kollha fil-Ġenb.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mis-Salvatur Tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Novembru, 2010, fil-11 pm
Ikteb dan binti. Id-dubji li deħlin f’moħħok huma mistennija. Iva, inti qegħda tiġi ttantata li ddawwar wiċċek in-naħa l-oħra, imma hu, il-Qarrieqi, qatt mhu se jirbħek Minni. Maħbuba binti, int aktar b’saħħtek milli taħseb, għax ftit erwieħ magħżula, jkunu jistgħu jwettqu din is-Sejħa Sagra u Kbira bil-mod kif għamilt int. Jeħtieġ kuraġġ biex taċċetta l-mod kif Jien nikkomunika miegħek. Inti ma ħrabtx imbeżża’. Kont taf mill-ewwel li din kienet Komunikazzjoni Divina mill-ogħla Ġerarkija l-Aktar Qaddisa. Dalwaqt se tesperjenza illuminazzjoni akbar, li se tneħħilek d-dubji kollha tiegħek. Meta jiġri dan, moħħok aktar se jinfetaħ, biex tirċievi dawn il-Grazzji speċjali, li jridu jingħatawlek, biex jimlewk bil-Kuraġġ u d-Determinazzjoni meħtieġa, ħalli jgħinuk fit-twettiq ta’ din il-profezija.
Iva binti, akkost l-istagħġib tiegħek, int il-persuna magħżula biex twettaq il-profeziji li jinsabu fil-Ktieb ta’ Ġwanni (l-Apokalissi), biex tipprepara lill-umanità għal purifikazzjoni li se jiżvolġi dalwaqt. Ladarba l-biża’, d-dubji u l-inċertezza jitilqu minnek, maħbuba binti, inti tqum u tlesti dan il-Kompitu speċjali ħafna, li Jiena qiegħed Nitlob minnek. Issa agħmel kif qiegħed Ngħidlek. Int trid tirreċita l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi fit-3 ta’ wara nofsinhar, kuljum, biex tgħin issalva l-erwieħ (nies ħajjin). Jeħtieġ li tkompli tirreċita r-Rużarju mogħti lid-dinja minn Ommi l-aktar Prezzjuża, u li qiegħda taħdem Miegħi, sabiex tipprepara għat-Tieni Miġja tiegħi fuq din l-art. Ħafna erwieħ huma mitlufa Għalija issa, u aktar u aktar minnhom qegħdin jinħatfu minn taħt Idejja kuljum mid-Demonju. Dan ma jistax ikun li jibqgħu jittieħdu Minni. Jekk jogħġbok, għinni Nsalva l-erwieħ imsejkna tagħhom. Qis li twarrab id-dubji kollha minnek. Ftakar biss fil-Ħidma tiegħek. Għin lil dan in-nies jiftħu għajnejhom sabiex ikunu jifdu lilhom infushom f’Għajnejn Missieri l-Etern. Jekk inti tista’ tibqa’ taħseb dwar ir-riżultat finali, tifhem għaliex dan huwa important, u għaliex hija sejħa magħmula mill-Imħabba Safja li Jiena Għandi għal uliedi kollha f’Qalbi.
Aħseb dwar dan hekk: L-imħabba ta’ ġenitur devot, m’għandiex limiti. Jekk tifel wieħed jitbiegħed u jaqbad it-triq tat-telfien, il-qsim il-qalb u n-niket li jikkawża, jibdew jinħassu bħal sejf jinfed il-qalb ta’ dak il-ġenitur. Kull ġenitur li jħobb lil uliedu jagħmel ħiltu sabiex jiġġieled għalihom, sal-aħħar. Dawn il-ġenituri, qatt ma jaqtgħu qalbhom. Qatt. L-istess jiġri Lili. Jiena sejjer Nagħmel dak kollu li Nista’ fil-Qawwa Divina tiegħi, mingħajr ma Nindaħal fir-rieda ħielsa tal-bniedem, sabiex indawwar qlubhom lura lejn Qalb Imqaddsa tiegħi. Inti binti, sejra tgħinni nagħmel dan. Jiena m’għandix Bżonn Infakkrek fil-ħtieġa tal-ubbidjenza u l-abbandun sħiħ tiegħek Lejja. Din hija s-Sejħa li għaliha inti ġejt magħżula. Aqbad ix-xabla tiegħek issa. Inti trid tiġġieled spalla ma’ spalla Miegħi, is-Salvatur Divin tiegħek, f’attentat wieħed u tal-aħħar, sabiex Inġib is-Salvazzjoni ta’ wliedi kollha, qabel Jum il-Ġudizzju. Mur issa fil-Paċi u l-Imħabba sabiex tirċievi Ġismi llum.
Il-Maħbub s-Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu