Messaġġ lill-Agnostiċi u l-Atei

Il-Ħamis, 18 ta’ Novembru 2010 @ 21:00

Messaġġ lill-Agnostiċi u l-Atei.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Novembru, 2010, fid-9.00 pm.


Lil dawk li jsostnu li ma jemmnux Fija, Jiena għandi dan x’Ngħidilkom: Staqsu lilkom infuskom din il-mistoqsija: Tiftakru f’dak iż-żmien meta kontu temmnu Fija? Morru lura u aħsbu ftit, ta’ meta kontu għadkom tfal u kontu temmnu f’Alla. Mhux importnti liema reliġjon segwew il-ġenituri tagħkom. Kontu temmnu? X’inbidel? Forsi kienet l-influwenza tal oħrajn? Veru li dawn qalulkom, li kien hemm spjegazzjoni razzjonali għall-eżistenza tagħkom? Mill-bidu taż-żminijiet, kien diffiċli għal uliedi li jaċċettaw kwalunkwe eżistenza oħra, barra minn dik razzjonali. Madankollu, ħarsu ftit madwarkom fid-dinja u araw l-għeġubijiet tal-Ħolqien minn Missieri l-Etern. Ix-xemx, il-qamar, il-baħar, ix-xmajjar, il-pjanti, l-annimali u l-għeġubijiet kollha tal-Ħolqien u wieġbuni għal din il-mistoqsija: Minn fejn ġie dan kollu? Temmnu tassew li kollox ħareġ minn xi ħaġa oħra għajr Esseri Superjuri?

Qisu li toqogħdu attenti meta tisimgħu l-gideb imxerred mill-hekk imsejħa bassara tal-futur, li jeżistu fil-Moviment tal-Era Ġdida. Huma qegħdin jiġu miġbuda lejn dak li jemmnu, fis-suppost verità u l-eċċitament tal-ħajja mwiegħda lilhom f’era ġdida. Din l-era, li huma ġew immexxija sabiex jemmnu fiha, hija mingħalihom il-ġenna l-ġdida. Forma ta’ taparsi ċentru glorjuż fl-univers, iżda kkontrollat mill-bniedem. Din hija duttrina falza. Ħafna nies ta’ Alla, inklużi dawk li jemmnu Fija, bi żball, jinsabu jħawdu t-twemmin tagħhom tad-Dawl ma’ din id-duttrina falza. Huma qegħdin jiġu ggwidati mid-Demonji. Xi wħud jafu, li qegħdin jiġu ggwidati hekk. Oħrajn le. Qisu li titolbu li dawn in-nies, ħalli jaraw il-Verità, qabel ma jkomplu f’din it-triq vojta tagħhom, li ma twassal għal imkien.

Lill-atei ngħidilkom dan: Jien Inħobbkom, irrispettivament minn kemm toffenduni. Lill-atei, li qegħdin jiġu mmexxija u influwenzati minn twemmin ieħor: Ieqfu u aħsbu. Fit-tfittxija tagħhom, sabiex isegwu r-raġunar mill-bniedem, huma sempliċement qegħdin jemmnu f’fidi oħra, jiġifieri, fit-twemmin li l-bniedem għandu l-kontroll ta’ kollox. Il-bniedem mhuwiex hekk. Madankollu, dawn l-istess nies, dawn uliedi prezzjużi, li għalihom se Niġġieled, qegħdin jiġu mħeġġa sabiex isegwu lix-Xitan (Satana), li huwa l-Qarrieqi u l-għadu tal-umanità. Staqsu lil xi Atei, li qegħdin jagħmlu sforzi straordinarji, għaliex ix-Xitan jagħmel pressjoni fuq ulied Alla.

Jaqaw mhux biżżejjed li intom sempliċement tiċħduni? Għaliex dawn in-nies jigdbu? Ħafna minn dawn il-gruppi atei, għandhom aġenda sabiex iħajru u jisseduċu lil uliedi f’duttrina falza. Araw li ma tagħmlux xi żball, għaliex it-twemmin tagħhom huwa forma oħra ta’ reliġjon, reliġjon li tgħolli l-qawwa tal-intelliġenza, ir-raġuni u l-kburija tal-bniedem. Huma jimitaw l-istess karatteristiċi tax Xitan. Huma, fl-għama tagħhom, qegħdin isegwu fidi oħra, jiġifieri, l-inċensar tad-Dlam, u fejn ma teżisti l-ebda mħabba. Dawn l-atei, tant huma passjonati, tant huma kburin bir-reliġjon tagħhom, li mhux qegħdin jifhmu li jinsabu jirrappreżentaw reliġjon oħra, li hija r-Reliġjon tal-Qarrieqi, li qiegħed jidħak bl-istupidità tagħhom. Lill-atei: isimgħuni għal darba oħra. Erġgħu lura lejn l-Iskrittura issa. Ħarsu lejn il-Ktieb tal-Evanġelju ta’ Ġwanni, u kkunsidraw il-Verità kif issa bdiet tiżvolġi. Ma jidhrilkomx li issa din il-Verità qegħda sseħħ, hekk kif qegħdin juru l-ġrajjiet, hekk kif dawn qed jinkixfu, qoxra qoxra kuljum quddiemkom? M’intomx taraw li l-Kelma tiegħi, il-Profezija tiegħi, imħabbra tant żmien ilu, tista’ tkun il-Verità? Iftħu għajnejkom u tkellmu darba miegħi hekk:


“Alla, jekk Int il-Verità, urini s-sinjal tal-Imħabba tiegħek. Iftaħli qalbi biex nirċievi l-Gwida tiegħek. Jekk Inti teżisti, ħallini nħoss l-Imħabba tiegħek, sabiex inkun nista’ nara l-Verità. Itlob għalija issa.”

Hekk kif Jiena qiegħed Insejjħilkom, ħalli Ngħid dan għall-aħħar darba: L-imħabba mhix magħmula mill-bniedem. Intom ma tistawx tarawha, imma tistgħu biss tħossuha. L-imħabba ġejja mill-Missier Etern. Hija Rigal lill-umanità. L-imħabba ma tiġix mid-Dlam. Id-Dlam li intom qegħdin tħossu fikom huwa nieqes mill-imħabba. Mingħajr l-imħabba vera ma tistgħux tħossu. U lanqas ma tistgħux taraw id-Dawl. Intom ma tistgħu taraw l-ebda futur. Jiena Hu id-Dawl. Jiena Hu il-Futur. Jiena Hu li qiegħed Inwasslilkom il-Glorja u l-Ħajja ta’ Dejjem. Għalhekk, qisu issa li dduru Lejja u itolbu l-Għajnuna tiegħi. Agħmlu hekk, u Jiena Nweġibkom u Nħaddankom f’Dirgħajja Miegħi. Id-Dmugħ tal-Ferħ tiegħi sejjer Isalvakom, hekk kif intom terġgħu issiru wliedi, ibni u binti l-maħbuba tiegħi. Ejjew issa u ingħaqdu Miegħi fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM