Iż-Żieda fil-Gruppi Sataniċi u l-Kontroll tad-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Novembru, 2010, fis-7.20 am.
Binti, għid lil uliedi li s-Serp wasal biex jitfaċċa. Huma m’għandhomx iħallu lilhom infushom jaqgħu fin-nassa tiegħu tat-twerwir, li minnha m’hemmx ritorn. Hu, is-Serp, għandu ħafna forom. Is-segwaċi tiegħu, li moħħhom mimli bil-wegħdiet foloz ta’ poter u glorja li jagħtu lil xulxin, bħalissa qiegħed jippjanaw sabiex jikkaġunaw firxa ta’ avvenimenti madwar id-dinja, li se jikkawżaw dwejjaq kbar, uġigħ u orrur bla qies u ma’ kullimkien. Uliedi m’huma se jkunu xejn għaqlin. Dawk uliedi li ntwerew il-Verità u li huma Ggwidati Minni, huma l-erwieħ kuraġġużi. Huma jinsabu jippruvaw, b’mod iddisprat, iwissu lid-dinja dwar dawn il-gruppi terribbli, li qegħdin jinfirxu f’kull direzzjoniji u kollha b’għan wieħed f’moħħhom. Dawn huma mxerrdin ma’ kull pajjiż u jinsabu preżenti f’kull livell ta’ awtorità waqt li qegħdin jippjanaw kollox bil-moħbi.
Hemm dawk il-membri innoċenti, imma li huma xorta parti mis-soċjetà ħażina, li mhux qegħdin jindunaw b’din ir-realtà tal-Verità. Minflok, huma qed imorru, jwettqu l-għemejjel tajba tagħhom mingħajr ma jifhmu l-azzjonijiet tal-biza’ li l-kbarat tagħhom qegħdin iwettqu bil-moħbi minn taħt. Tagħmlux żball, dawn il-kbarat huma segwaċi devoti tax-Xitan (Satana), li jieħdu sehem f’ritwali ta’ adorazzjoni, u li kieku n-nies barranin kellhom jarawhom, kienu jqallgħu l-istonku tagħhom bit-twerwir, għall-atti oxxeni ta’ qima Satanika u lealtà lejn il-wegħdiet tax-Xitan, li huma l-qalba tal-organizzazzjonijiet tagħhom. Għal dawk minnkom li tqisu l-kliem ta’ dawn uliedi kuraġġużi Tiegħi tad-daħk, isimgħuni issa: Jekk ma tridux tifhmu l-Verità, u ma tridux tisimgħu dawk il-vuċijiet kuraġġużi, intom sejrin teqirdu ħajjitkom, il-fidi tagħkom u l-għajxien tagħkom. Issa ilu żmien twil li dawn in-nies bdew jippjanaw biex jieħdu l-kontroll. Xogħlhom jidher f’ħafna u ħafna pajjiżi, iżda huma mfassla b’tali mod, li wliedi, waqt li jkunu għaddejjin b’xogħolhom ta’ kuljum, ma jindunawx b’dak li qiegħed jiġri.
Is-Serp Se Jitfaċċa Issa!
Meta Jiena qed ngħid li s-Serp wasal biex jitfaċċa, irrid infisser bħalissa. Hu u l-armata terribli tiegħu, magħmula minn bhejjem kburin u bil-ġuħ, jinsabu jimmarċjaw b’ħeffa u determinazzjoni f’kull qasam tal-ħajja. Huma qegħdin imexxulkom ħajjitkom b’tali mod, li ma tkunux konxji tagħhom. Minħabba li jinsabu mmexxija mill-Qarrieqi, huma makakki, ta’ natura attraenti, lsienhom taz-zokkor, rgħiba, bla ħniena u għandhom għan wieħed biss f’moħħhom. Huma, permezz tal-banek, tal-komunikazzjonijiet moderni, tal-militar, tal-organizzazzjonijiet reliġjużi u tal-gvern, iridu jaħkmukom ilkoll. Oqogħdu attenti u isimgħu sew issa.
Dawn Mhumhiex Teoriji ta’ Xi Konspirazzjoni
Sew it-Twissija l-Kbira tiegħi u sew it-twisssija ta’ wliedi l-maħbuba, sejra tiġi miċħuda bħala teorija tal-konspirazzjoni. Sfortunatament dan m’hux hekk. Din is-sitwazzjoni, binti, ma ġratx f’salt. Dan il-grupp, u bħalissa qed nirreferi għal grupp wieħed biss, ilhom jippjanaw, jaħdmu minn taħt u jirreklutaw nies mill-ogħla livelli tas-soċjetà, għal sekli sħaħ. Huma qatlu lil dawk li kixfuhom fil-passat. Saħansitra qatlu kapijiet, inklużi mexxejja famużi u ta’ talent matul is-sekli. Huma aħwa fid-demm u jiffangaw fuq il-laħam tal-bniedem.
Relikwi Sataniċi
Huma jagħtu ġieħ lir-relikwi u l-marki oxxeni li jixtieq is-Serp. Tiżbaljawx u ftakru, li bla dubju, dan huwa grupp b’saħħtu u tal-biża’. Tant huma qawwija li se jkun diffiċli li teħilsu minn taħt idejhom, ladarba l-għajxien, l-ikel u l-flus tagħkom jiddependi fuqhom. Uliedi, ħafna nies fil-poter, fil-gvernijiet, fil-banek, fl-industriji tal-ikel u fl-aġenziji li joffru l-għajnuna, ma jafux x’qed jiġri, u lanqas ma se jkunu jafu qabel ma tispiċċa t-Tribulazzjoni l-Kbira, li dalwaqt sejra sseħħ. Imbagħad jaraw il-Bhima joħroġ, li se jġib bidla mgħaġġla, sabiex intom ilkoll, ikollkom tiġġieldu bħal qatt qabel, biex tinħbew mir-reġim kattiv tiegħu. Ladarba l-Bhima u s-segwaċi tiegħu jikkontrollaw fluskom, huma jkunu qed jikkontrollaw kollox, ħlief ħaġa waħda: Huma ma jistgħux, u qatt m’għandhom jippruvaw jisirqu lil ruħkom. Madankollu, dan huwa eżattament dak li se jippruvaw jagħmlu.
Għal dawk minnkom li qegħdin jiddubitaw dan il-Messaġġ tal-Verità, mibgħut lilkom minħabba x-xewqa li Jiena Għandi sabiex Ngħinkom, Niggwidakom u Nurikom il-Verità, isimgħuni issa: Jekk ma temmnux dan il-Messaġġ, Inħeġġiġkom sabiex tfittxu id-Dawl. Nitlobkom bil-ħerqa, sabiex toqogħdu attenti u għassa għas-sinjali ta’ dawn il-bhejjem ta’ qattani, b’kilba għall-poter, u imxenqa għal pjan u l-glorja falza li għandhom f’moħħhom. Neħħu minn moħħkom l-iżball, li jekk dawn li se jikkontrollaw il-ħila tagħkom li taqilgħu l-flus u l-aċċess tagħkom għal fluskom stess, dan għalihom se jkun biżżejjed. Le, huma sejrin ikunu jridu ħafna u ħafna aktar minnkom. Se jkunu jridu jikkontrollawlkom saħansitra x’tieklu, x’tixorbu u fejn tgħixu. Sabiex tipproteġu lilkom infuskom, jeħtieġ li minn issa tieħdu din l-azzjoni li ġejja:
Fittxu l-Kenn
Jekk jogħġobkom, fittxi l-kenn mal-oħrajn li jemmnu Fija u ingħaqdu flimkien bħala gruppi. Jiena Nibgħatilkom id-Dawl biex jgħinkom tibqgħu ħajjin. Ibdew billi tkabbru l-ikel tagħkom stess. Aħżnu l-ikel li tistgħu. Ibdew ippjanaw minn issa bħallikieku qegħdin tistennew xi maltempata. Kunu afu li dan id-dlam sejjer jinżel b’tant qawwa, li biex tgħixu, tridu tkunu ppreparati. Isimgħu lill-Profeti tal-lum. Tagħmlux l-istess żbalji meta niesi ma semgħux mill-Profeta tiegħi Noè. Huma tawh daharhom. Irrifjutaw li jismgħu. Huma komplew bil-ħajja ta’ kuljum tagħhom waqt li baqgħu jieklu u jidku, taparsi mhux qegħdin jindunaw bid-destin orribbli li kien qed jistennhom. Mela qumu issa. Duru lejn Missieri Etern, Alla l-Aktar Għoli għall-Gwida. Qisu li tippreparaw il-familji tagħkom għad-dalma li ġejja u li għalissa ma tistgħux tifhmuha sewwa. Itolbu, itolbu, u itolbu għall-kuraġġ li ma taċċettawx il-Marka tal-Bhima feroċi. Hu, permezz tal-armata krudili tiegħu, sejjer iġiegħlkom taċċettaw din il-Marka, li għall-ewwel tkun tidher li hi biss timbru ta’ identità. Dan se jingħatalkom u jiġi ppreżentat bħala essenzjali sabiex tkunu tistgħu tiġbdu l-flus, tixtru l-ikel, tivvjaġġaw, tgħixu fi djarkom u tinnegozjaw. Dan huwa l-kontroll aħħari. Intom u l-mexxejja politiċi ġenwini tagħkom sejrin tispiċċaw inutli.
Jien Inħeġġeġ lill-midja, lil dawk li mhumiex infettati b’dan il-grupp ta’ ħsara kbira, sabiex josservaw u jaraw x’qed jiġri. Ikxfu lil dawk kollha li jappoġġjaw lis-Serp u l-armata tiegħu, iżda imxu bil-galbu. Uliedi, ibżgħu minn dan il-grupp, u kunu afu li verament qegħdin hemm u li l-istqarrijiet maħruġa minn dawk in-nies kuraġġużi u b’saħħithom li qegħdin jippruvaw jikxfuhom huma veri. Għal dawk minnkom, li forsi taħsbu kif Messaġġ minn sorsi Divini jista’ jqajjem daqshekk assurdità sensazzjonali: Erġgħu aħsbuha. Erġgħu lura u morru aqraw l-Iskrittura. Il-Kliem li jinsab f’dan il-Ktieb tal-Verità ta’ Missieri huwa korrett. Dan jirrakkonta l-ġrajjiet ta’ żmien il-qedem. Huwa ġabra ta’ Verità sabiex jiggwidawkom lejn Alla. Il-Kliem tal-Profeti tiegħi, sew ta’ dak iż-żmien u sew ta’ issa, jirrappreżentaw il-Verità sħiħa tal-ħajja li ġejja. It-twissijiet li jinsabu fil-Ktieb ta’ Ġwanni tal-Apokalissi, għalkemm ħafna nies illum isibuh diffiċli biex jifhmuh, huwa bbażat fuq ġrajjiet, li issa se jinkixfu.
Il-Ktieb tal-Apokalissi jbassar b’mod preċiż serje ta’ ġrajjiet, li sejrin jiġu attivati mix-Xitan, hekk kif joqorbu l-Aħħar Żminijiet. Huwa jaf il-Verità,li jiemu huma magħduda. Imma jgħid lil dawk l-imsejkna wliedi, li jadurawh, li hemm ġenna oħra differenti, iżda aktar attraenti minn dik imwiegħda minn Alla, u li qiegħda tistennihom. Għalhekk, fil-battalja finali tiegħu ma’ Missieri Etern, huwa sejjer jagħmel minn kollox, sabiex kemm jista’ jkun jilħaq jisraq erwieħ, qabel ma tinżel il-korla ta’ Missieri. Hu, x-Xitan, jinsab mgħaġġel sew. Aħarbu fid-direzzjoni l-oħra. Araw li tieħdu ħsieb il-familji tagħkom u li titolbu, bħalma ilkom ma titolbu hekk għal żmien twil ħafna. It-talb jipproteġikom ilkoll. Ġeddu l-fidi tagħkom issa, ħalli meta t-tlett ijiem ta’ dlam jinżlu fuq l-art, intom, is-segwaċi tiegħi, iddawwlu djarhom bla diffikultà ta’ xejn. Dan ikun dlam terribbli, li ħadd ma jista’ jifhmu, dlam ċappa iktar mil-lejl. Dawk li ma jemmnux Fija u dawk li jfaħħru bil-kant lill-Bhima sejrin jintebħu bil-Verità f’dak il-mument. Għaliex huma mhux sejrin jaħarbu hekk kif tinżel id-dalma. Qumu wliedi issa u ikkumbattu. Araw li tippjanaw x’sejrin tagħmlu sabiex tibqgħu ħajjin, kemm fil-ġisem kif ukoll fir-ruħ, hekk kif l-għemejjel ħarxa ta’ dawn in-nies jinsabu jiżvolġu quddiem għajnejkom.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu