Sejħa lill-Knejjes Kollha u lil Dawk ta’ Kull Twemmin, Sabiex Jingħaqdu Kontra l-Ħażen

Il-Ħadd, 21 ta’ Novembru 2010 @ 15:00

Sejħa lill-Knejjes Kollha u lil Dawk ta’ Kull Twemmin, Sabiex Jingħaqdu Kontra l-Ħażen.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Novembru, 2010, fit-3 pm.


Lill-Knejjes tiegħi madwar id-dinja isimgħu s-Sejħa tiegħi: Intom ulied u segwaċi, intom tippartjenu Lili. Ħafna minnkom tinsabu segwu t-tagħlim tal-knisja tagħkom u ta’ Alla l-Ħallieq tal-Bnedmin. Dan huwa tajjeb. Ħafna minnkom tinterpretaw it-Tagħlim tal-Missier Etern tiegħi b’modi differenti. Dan ġara minħabba l-interpretazzjonijiet tal-Profeti, sa mill-bidu taż-żmienijiet. Ħafna Profeti interpretaw it-Tagħlim ta’ Alla bil-mod kif il-Messaġġ kien ġie riċevut minnhom. Xi wħud mill-kliem tal-Profeti tiegħi ġew imbagħbsa. Il-Profeti tiegħi kollha ngħataw il-Verità. Iżda mhux il-Profeti tiegħi kollha rnexxielhom jiżguraw, li s-segwaċi tagħhom jibqgħu fit-triq ewlenija lejn il-Ħajja Eterna. It-triqat kollha jwasslu għand Alla, il-Ħallieq tal-Bniedem. Is-segwaċi ta’ Alla jinterpretaw it-Tagħlim tiegħu b’modi differenti, fejn dan allura jwassal għal konfużjoni. Issa, ladarba tidħol il-konfużjoni, tistgħu tibqgħu ċerti, li l-uniku mod li jibqa’ huwa li tissimplifikaw it-twemmin tagħkom. Għalhekk, sempliċement emmnu u onoraw lill-Ħallieq tagħkom.

Jiena qiegħed Nappella lill-knejjes, lir-reliġjonijiet, u lil dawk ta’ kull twemmin madwar id-dinja, sabiex jitolbu għall-umanità, u għal dawk li m’għandhomx fidi Fija, u dan issa stess. L-imħabba lejn Alla m’għandha x’taqsam xejn mal-qerda tal-ħajja. L-ebda bniedem m’għandu xi dritt, f’Ismi, jew f’Isem Missieri Etern, li jneħħi xi ħajja. Minflok, ingħaqdu flimkien, u ingħaqdu fl-imħabba tagħkom għall-Ħallieq tagħkom quddiem il-Ħażen, hekk kif dan jinqala’ u joħroġ malajr madwarkom. Uliedi, Ħalluni Nfakkarkom fil-liġijiet ta’ Alla: Dawn hum l-Għaxar Kmandamenti mibgħuta lilkom minn Missieri l-Etern, permezz tal-Profeta l-aktar qaddis u devot, Mosè. Dawn ir-regoli kienu mfassla sabiex jgħallmu lil ulied Alla, dwar il-modi kif għandhom jagħtuh ġieħ, sabiex jiggwidahom lejn il-Verità. Jaħasra tant nies illum insewh dan. Dawk li ma fehmuhomx, rarament jikkunsidraw xi jfissru verament. Dawk li ma jifhmux xi jfissru l-Għaxar Kmandamenti, għażlu li jinterpretawhom b’mod li huwa ’l bogħod mill-Verità. Lil dawn Ngħidilhom: Jekk jogħġobkom, aqraw l-Għaxar Kmandamenti u obduhom, inkella tirriskjaw li tiffaċċjaw il-Qilla t’Alla. It-tifsira tagħhom m’għandhiex tinġieb fix-xejn, minħabba xi mħabba falza, kompassjoni falza jew billi tiġġustifikaw id-dnub quddiem dak li ntqalilkom.

L-ewwel Kmandament jgħidilkom sabiex tqimu Ħallieq wieħed biss, il-Missier Etern tiegħi, u biex tevitaw l-idolatrija. Madankollu, dak l-ewwel Kmandament tneħħa favur l-allat foloz. B’allat foloz, mhux neċessarjament Qed infisser biss, nies f’postijiet għoljin, jew dawk li jpoġġu lilhom infushom fl-ogħla postijiet, sabiex intom, uliedi, tinżlu fl-estasi f’riġlejhom. Iva, din hija offiża u insult profond f’Għajnejn Alla. L-idolatrija li Jiena qiegħed Nirreferi għaliha bħalissa, hija l-imħabba tal-bniedem għall-poter u l-flus, li tista’ twassal lil uliedi għad-disperazzjoni bla sens. Din id-disperazzjoni twassal għall-ksur tar-regola l-oħra, id-dnub tal-ossessjoni bikom infuskom. Din hija x-xewqa li tieħdu ħsieb biss tat-triq materjali tagħkom fil-ħajja, għad-detriment ta’ ruħkom, u li se tkun il-waqgħa tagħkom. L-imħabba lejkom infuskom mhix imħabba. Hija vanità. Madankollu, dik hija d-duttrina popolari tal-lum. Intom, taħt l-iskuża ta’ kompassjoni falza, qegħdin tgħollu lilkom infuskom, waqt li twarrbu lil Alla. In-nuqqas tal-umiltà tagħkom, sejjer iwassal għall-qerda tagħkom. Meta intom tpoġġu lilkom infiskom qabel l-oħrajn, dawn sejrin isofru minħabba f’hekk. Dan il-Kmandament qatt m’għandu jinkiser. Ir-raġunar uman, li jintuża sabiex jiġġustifika d-dnub, huwa assurdità.


Ossessjoni biċ-Ċelebrità

Iż-żgħażagħ li ilhom mingħajr gwida għal żmien twil, issa qegħdin jinġibdu fl-abbiss tal-idolatrija, b’modi li huma ċari għal kulħadd. Dawn l-istess idoli, li wliedi żgħażagħ iqimu, fil-biċċa l-kbira, mhumiex ġejjin mid-Dawl. Ħafna żgħażagħ biegħu rwieħhom lix-Xitan, fatt li anke jiftaħru bih, u bi kburija. Il-ġibda ipnotika tal-idoli, permezz tal-mużika u l-kliem tagħhom, qiegħed jikkonvinċu lil uliedi li mingħalihom, din hija t-triq vera li huma għandhom isegwu. L-immoralità attraenti ta’ dawn l-idoli, tħeġġeġ lis-segwaċi tagħhom biex jimitawhom. Meta jagħmlu dan, huma wliedi, jwarrbu d-Dawl, hekk kif huma wkoll ikunu qegħdin jinġibdu lejn id-Dlam ta’ dejjem. L-ossessjoni biċ-ċelebrità fid-dinja tal-lum, tfisser li wliedi jħossuhom anzjużi l-ħin kollu, hekk kif huma jkunu qegħdin jistinkaw sabiex jilħqu l-istess livel għoli, bħal ta’ dawk li jsegwu lill-Qarrieqi, li jgħidu li qiegħed jghinhom. Ejjew issa wliedi kollha, mill-knejjes kollha u minn kull twemmin. Qisu li tingħaqdu flimkien u tiġġieldu għad-dritt li żżommu t-twemmin f’Alla l-Missier Etern, għad-dritt li tħobbu lil xulxin, u għad-dritt tal-Imħabba Safja, l-Imħabba ta’ Alla, il-Missier Etern, Ħallieq tas-Sema u l-Art.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom u l-Imħallef Ġust,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM