It-Twissija l-Kbira: Rigal mill-Ħniena ta’ Alla.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Novembru, 2010, fis-2 am.
Maħbuba binti, Jiena tant Ninsab Kuntent bil-mod kif inti qiegħda ssegwi Kliemi b’fidi u b’ubbidjenza sħiħa Lejja. L-Imħabba tiegħi għalik hija qawwija. Hekk ukoll l-imħabba tiegħek Għalija. Issa inti qegħda tħossni qrib ħafna ta’ qalbek. Inti tinsab ħaġa waħda Miegħi issa binti. Jiena u l-Missier Etern tiegħi, kif ukoll l-Ispirtu s-Santu, jiġifieri t-Trinità Mqaddsa, Ferħanin bit-tweġiba tiegħek, għal din is-Sejħa importanti ħafna. Aħna, kif ukoll l-Anġli u l-Qaddisin kollha, Nimxu miegħek kuljum, biex Nipproteġuk f’dan ix-Xogħol l-Aktar Sagru. Agħmel kuraġġ u kompli żommli Idi. Ħallini Niggwidak fi kliemek, sabiex Jiena Nagħti lill-bnedmin kollha ċ-ċans, li fl-aħħar jifhmu l-Verità qabel it-Twissija l-Kbira. Din it-Twissija l-Kbira, ħierġa mill-Ħniena u l-Imħabba, bħala l-aħħar Rigal lil uliedi, u li sejra sseħħ dalwaqt. Kull wieħed u waħda minn uliedi, sejjer jintwerewlhom ħajjithom, dnubiethom, l-għemejjel ħżiena tagħhom, u kull insult li huma kienu responsabbli għalih kontra ħuthom, u dan kollu waqt esperjenza mistika. L-ebda raġel, mara, tifel jew tifla fuq din l-art, m’huma sejjer jiġi esklużi.
Xi wħud se jkunu profondament ixxukkjati u mdejqin bid-dnubiet f’ħajjithom, u immedjatament iduru Lejja, Jiena l-Imħallef Ġust tagħhom, sabiex Naħfrilhom u jifdu lilhom infushom. Huma, mill-imħabba u n-niket tagħhom, sejrin jitolbuni Ħniena. Oħrajn se jispiċċaw tant sturduti u xxokkjati bil-mod kif dnubiethom se jiġu murija lilhom, li se jmutu bil qata’ qabel ma jkollhom iċ-ċans jitolbuni Maħfra. Imbagħad, se jkun hemm dawk li jsegwu lill-Qarrieqi. Huma, fit-twerwir tagħhom, meta jaraw id-dnubiet faħxija tal-passat fil-ħajja tagħhom jidhru quddiemhom, sejrin jippruvaw jaħarbu. Jippruvaw jinħbew, imma m’hemm imkien fejn jistgħu jitilqu. Waqt li jitbaxxew mal-art u jogħdsu l-isfel, huma, jew se jaċċettaw dak li jkunu qegħdin jaraw, u jitolbuni Maħfra mill-ewwel, dak il-ħin stess. Jew, inkella jitilqu l-hemm Minni, waqt li jkunu qed jitgħawwġu mal-art bil-mistħija u l-waħx, imma ma jitolbunix Ħniena. Imbagħad hemm l-aħħar tip ta’ midneb. Dak ta’ meta dnubietu sejrin jintwerew lilu, u kulma jagħmel hu li jargumenta u jiċħad li wettaq dawn l-offiżi gravi kontra l-Kmandamenti t’Alla. Huwa sempliċement se jiċħad il-Verità u jagħtini dahru, waqt li jimxi lejn id-dlamijiet tal-Infern Etern.
Ħadd Mhu Se Jitkeċċa l-Hemm Mill-Ħniena Tiegħi
Dan kif uliedi ma jsitgħux jifhmuh? Jekk huma ġenwinament nidmu minn dnubiethom, u jixtiequ jiġu jgħixu Miegħi fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida, fejn is-Sema u l-Art se jsiru ħaġa waħda, mela għaliex ma jitolbunix Maħfra? Ħadd mhu se jitkeċċa l-hemm mill-Ħniena Ġusta tiegħi, dlament li juru ndiema. Madankollu, tant huma maħkumin fit-tfittxija għall-iskopijiet egoistiċi, li jispiċċaw ma jindunawx bil-konsegwenzi. Stenbu issa intom ilkoll. Aċċettaw il-bidliet li dalwaqt sejrin taraw, permezz tal-azzjonijiet krudili tal-umanità. Is-sinjali li ġew imbassra, u li se jantiċipaw ir-Ritorn tiegħi fid-dinja.
Ħalluni Niggwidakom Lejn il-Ġenna tal-Art
Permezz ta’ din il-profeta u l-Ktieb tal-Verità, Jiena qiegħed Nitlobkom għal darb’oħra, permezz tal-Imħabba Prezzjuża tiegħi għalikom ilkoll, duru Lejja issa, qabel ma jkun tard wisq. Ħalluni Nżommkom f’Dirgħajja. Ħallu l-Imħabba tiegħi Tfawwarkom u Timlilkom moħħkom, ġisimkom u ruħkom. Iftħu qlubkom u ħalluni Niggwidakom lejn il-Ġenna tal-Art tiegħi fid-Dinja, fejn tgawdu l-Ħajja Eterna. Għaliex tixtiequ tagħżlu t-triq l-oħra l-misħuta, li ma twassal għal imkien, meta l-Verità ġiet żvelata lilkom? Qalbi titqanqal bl-inkwiet u d-dwejjaq meta Naħseb f’uliedi, li sempliċement jirrifjutaw li jaċċettaw il-Verità tal-Wegħda tiegħi. Irrid Ngħid għal darb’oħra, duru Lejja issa u tkellmu Miegħi. Itolbuni biex Nerġa’ Niġi f’qalbkom. Jiena sejjer Inġiegħel Lili nnifsi Nidħol f’ruħkom. Nagħtikom din il-wegħda, anke lil dawk erwieħ l-aktar ħarxa. Kelma waħda biss hija kull ma għandkom bżonn tgħidu.
Itolbuni biex nurikom il-Preżenza tiegħi billi tgħidu:
Ġesù, inħossni mitluf. Iftaħli qalbi biex naċċetta l-Imħabba tiegħek u urini l-Verità sabiex inkun nista’ nsalva.
Il-Kliem ta’ Twissija tiegħi mhuwiex theddida. Dan l-avveniment ilu magħruf mill-Mewt tiegħi fuq is-Salib. Jaħasra, għaliex taħsbu li dan ma jistax jiġri? Il-Verità tinsab fl-Iskrittura biex kulħadd jifhimha. Jiena sejjer Naġixxi bħala s-Salvatur tagħkom sal-aħħar minuta qabel ma Niġi, bħala Mħallef Ġust, sabiex fl-aħħar inkun Nista’ Nwassal lil uliedi, lejn il-Familja tiegħi ta’ Mħabba kbira, Ferħ u Hena, fejn kulħadd se jgħix f’armonija għall-eternità. Ix-Xitan (Satana) u s-segwaċi tiegħu, sejrin jkunu mixħuta fid-Dlamijiet ta’ Dejjem. Il-Familja tiegħi sejra tkun xhud ta’ Ferħ u Smewwiet Divini, li l-ebda bniedem, li kieku kellu jara biss naqra ta’ dak li jwiegħdu, qatt mhu se jagħti dahru lil din l-Hena Safja fis-Saltna ta’ Missieri. Itolbu u itolbu għall-maħfra, u idħlu fis-Saltna ta’ Missieri fil-glorja, fejn intom u l-maħbubin tagħkom, tiġu milqugħa fid-Dawl tal-Imħabba Safja.
Jiena Sejjer Niġġieled Sabiex Nirbaħkom Ilkoll Lura Miegħi
Jiena Mit għalikom ilkoll, u sejjer Niġġieled sabiex nirbaħkom lura Lejja, minkejja d-dlamijiet tad-Demonju fid-dinja, u dan, sal-aħħar mument. Jekk jogħġobkom, Ħalluni nurikom kemm Inħobbkom għal darb’oħra. Żommuli Jdejja issa, poġġu raskom fuq Spallti u ruħkom ħelwa tinxtegħel bl-Imħabba li kontu nsejtu.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu