Twissija ta’ Gwerra Nukleari.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Novembru, 2010, fis-3 am.
Binti, inti tinsab tbati minħabba l-Ħidma li qegħda tagħmel f’Ismi. Id-dlam li qiegħda tħoss ġo fik, ġej mill-Qarrieqi, li qiegħed isawtek ta’ kull siegħa, permezz tal-oħrajn, nies li inti stess taf, permezz ta’ dan id-dlam tiegħu, sabiex jattakkak. Minkejja s-sentimenti ta’ disperazzjoni li qiegħda tħoss, fil-fatt, inti tinsab protetta. Hu, il-Qarrieqi, kif digà għedtlek, mhux sejjer jagħmel ħsara lil ruħek. Jeħtieġ li tkompli titlob ir-Rużarju l-Iktar Imqaddes, għal protezzjoni kontinwa tiegħek mit-turmenti. Meta titlob din l-adorazzjoni qawwija lil Ommi l-Imqaddsa, inti sejra tara d-differenza. Ix-xogħol li tinsab tistinka, sabiex tlestih f’Ismi, xejn mhu faċli, imma trid tibqa’ soda binti. Għaliex din hija l-Ħidma, li meta tiġi murija lid-dinja, sejra ġġib il-paċi u l-kuntentizza lil uliedi. Huma, uliedi, meta jifhmu l-Verità, sejrin ikunu jafu, li mhumiex qed jiġu mwarrba u minsija mill-Ħallieq tagħhom. Il-faraġ li se jesperjenzaw, permezz tal-għarfien li Jiena se Nagħtihom, permezz ta’ dan il-Ktieb, se jressaqhom eqreb Lejja.
Ippjanaw Għall-Gwerra li Ġejja
Tibżax binti, inti protetta, għalkemm tħossok li ma tista’ tagħmel xejn, u tibża’ mill-inċertezza. Id-dinja, inkluż pajjiżek stess, waslet biex tesperjenza aktar uġigħ, bħala riżultat tal-kontroll globali, li se jrendi lin-nies inkapaċi, għalhekk huwa importanti li tipprepara issa. Diġà għedtlek qabel, li trid tgħid lil uliedi sabiex jibdew jippjanaw issa, qabel ma tibda l-gwerra globali u tal-biża’. Il-gwerra li Jiena qiegħed Nitkellem dwarha, bħalissa tinsab orkestrata mid-Dragun l-Aħmar. Id-Dragun, l-għadu l-ġdid tad-dinja, issa qiegħed jippjana sabiex jeqred il-bliet tal-Punent. Iż-żmien qorob. Itlob u itlob għall-konverżjoni, għax dan il-ħażen ma jistax jitwaqqaf, minħabba li m’hemmx biżżejjed talb biex jipprevjenih. Itlob għal dawk l-erwieħ, li permezz ta’ din il-gwerra nukleari, sejrin imutu.
Tliet Snin Qabel Ma Jiżvolġi l-Komplott
Qis li titlob għal dawk l-erwieħ issa. Hekk kif qawwa globali qiegħda tieħu f’idejha bil-mod il-mod, u b’kompassjoni falza, huma binti, qegħdin jimmiraw li jikkontrollaw il-libertà tagħkom li tgħixu, tieklu u titolbu. Huwa għalhekk li n-nies tiegħi għandhom jistinkaw sabiex isiru awtosuffiċjenti. Kabbru l-ikel tagħkom. Sibu kenn għal meta jkun il-waqt, fejn tistgħu tiltaqgħu biex tagħtu ġieħ lis-Salvatur Divin tagħkom. Araw li tibqgħu sodi. Tgħidux b’dan lil wisq nies, kif ukoll għaliex qegħdin tagħmlu dan. Se jkun hemm biss tliet snin sabiex is-sinjali tal-komplott jiżvolġu quddiem għajnejkom. Sa dakinhar, il-pjanijiet tagħkom sejrin joffru forma ta’ appoġġ, li forsi ddubitajtu u ħsibtu, minn żmien għal żmien, bħala xi ħaġa stramba. Araw li tkabbru l-ikel tagħkom issa. Ixtru issa ż-żrieragħ li mhux sejrin jkunu disponibbli għall-bejgħ fil-futur. Dan se jitma’ lill-familji tagħkom, hekk kif jibda jseħħ il-ġuħ globali. Morru issa u ippreparaw.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu