Hemm Pjan Globali Sabiex Titnaqqas il-Popolazzjoni Dinjija u Jitwaqqgħu l-Mexxejja tad-Dinja

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru 2010 @ 03:00

Hemm Pjan Globali Sabiex Titnaqqas il-Popolazzjoni Dinjija u Jitwaqqgħu l-Mexxejja tad-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ Novembru, 2010, fit-3 am.


Maħbuba binti, dalwaqt se tintbagħatlek gwida minn direttur spiritwali. Imma ftakar, li waqt li ħafna mis-segwaċi tiegħi huma msejħin Minni, madankollu, mhux kollha jaċċettaw din is-sejħa. Jiena, ma nistax, kif taf int, Nindaħal fir-rieda ħielsa tagħhom, Don lill-umanità. Xejn issa ma huwa aktar importanti għalik, milli inti tkompli b’din il-Ħidma urġenti tiegħek, sabiex uliedi jisimgħu u jiġu salvati.


Is-Sinjali

Ara li ma tagħmilx xi żball u taħseb mod ieħor, il-bidla qegħda tirranka sew, u dalwaqt se jkun hemm ruxxmata sinjali, fejn se jkun baqa’ ftit nies fid-dinja, li ma jindunawx bihom. Is-sinjali li Jiena qiegħed Nitkellem dwarhom, huma dawk li qed jingħataw permezz tal-Viżjonarji tiegħi, u permezz tad-Dehriet tal-Omm Imbierka u Għażiża tiegħi fl-Ewropa. Ħafna minn nies li fetħu moħħhom, u ħelsu lir-ruħhom mill-iskjavitù, se jifhmu, li din il-komunikazzjoni ġejja mis-Sema. Meta wliedi sejrin jaraw is-sinjali mirakolużi, li se jkunu viżibbli fix-xemx, imbagħad se jkunu jafu l-Verità. Qis issa li tinjora t-tmaqdir, iż-żuvjett u l-mibegħda li se jintwerewlek meta n-nies jaqraw il-kitba ta’ dan il-manuskritt. L-istess ħaġa ġrat lill-Appostli tiegħi, meta bid-Don tal-Ispirtu s-Santu, huma pproduċew ix-Xogħol miktub tagħhom. Int ukoll binti, ingħatajt dan l-istess Don. Ara li qatt ma tiċħdu jew tiddubita minnu. Dan huwa reali u issa dan inti tafu sew. Id-dubji tiegħek, issa fl-aħħar, bdew jisparixxu. Kif Għedtlek, Jiena sejjer Nibgħatlek l-għajnuna. L-evidenza ta’ din il-Wegħda issa qed tibda toħroġ. Jiena sejjer Nagħtik ukoll informazzjoni dwar xi avvenimenti futuri, li inti trid tiżvela lil kulħadd, inklużi wkoll dawk li ma jemmnux Fija. X’jimpurta jekk għall-ewwel dawn ma jemmnux, għax hekk kif iseħħu l-avvenimenti, huma ma jkollhom l-ebda għażla oħra, ħlief li jaċċettaw il-Verità?


Pjan Sabiex Tinħoloq Gwerra

Bħalissa qiegħed jinħema pjan kattiv, minn potenzi globali, sabiex joħolqu gwerra, bl-intenzjoni li jnaqqsu l-popolazzjoni tad-dinja. Itolbu u itolbu issa, sabiex tgħinu ħalli jitnaqqas il-livell tal-ħerba li dawn in-nies krudili jridu jikkawżaw fid-dinja. Il-lealtà tagħhom lejn il-Qarrieqi tfisser, li permezz tal-qawwa mxajtna li jirċievu mill-ħakma tiegħu, huma jinsabu determinati, li jwettqu dan il-kompitu akkost ta’ kollox.


Pjanijiet Sabiex Jitneħħa l-Papa Benedittu

Hemm ukoll pjanijiet għaddejjin sabiex dawn jieħdu f’idejhom il-knejjes u diversi reliġjonijiet, inkluż il-Vatikan. Il-Papa tiegħi, Benedittu l-maħbub tiegħi, huwa mdawwar minn dawk li jinsabu jippjanaw il-waqgħa tiegħu. Mexxejja dinjija oħra, li mhumiex konxji tal-forzi li għaddejjin minn-taħt, u fejn dawn jinsabu moħbija fil-gradi tagħhom stess, se jkunu wkoll fil-mira, bil-għan li jwaqqgħuhom. Uliedi issa stenbħu, qumu u ġġieldu. Din hija gwerra reali ħafna, differenti minn kwalunkwe gwerra oħra li qat rat bħalha d-dinja. Hija gwerra kontrikom, kontra kull wieħed u waħda minn uliedi. Intom il-mira. Il-problema hi, li ma tistgħux taraw lill-għadu. Dawn nies beżżiegħa f’qalbhom u m’għandhomx il-kuraġġ li jikxfu lilhom infushom.


Laqgħat Sigrieti

Iffissati fuqhom infushom, dawn in-nies qegħdin jiltaqgħu bil-moħbi fl-istess komunità tagħkom u jinsabu mxerrdin f’kull qasam tal-ħajja. Intom sejrin ssibuhom mhux biss fil-kurituri tal-gvern tagħkom, iżda fis-sistemi tal-ġustizzja tagħkom, fil-korp tal-pulizija, fil-komunitajiet tan-negozju, fis-sistemi edukattivi u fil-militar. Araw li qatt ma tħallu lil dawn in-nies jiddettawlkom kif titolbu. Oqgħodu araw ftit kif se jippruvaw jikkontrollaw ħajjitkom, u ibdew ippreparaw minn issa, għal dak li ġej.


Twissija Dwar it-Tilqim Globali

L-ewwelnett jeħtieġ li intom titolbu flimkien fi gruppi. Itolbu għal dawn in-nies li huma segwaċi ħerqana tax-Xitan (Satana). It-talb sejjer jgħin sabiex jiġu evitati xi wħud minn dawn id-diżastri. Oqgħodu attenti mill-atroċitajiet li se jippruvaw jagħmlu permezz tat-tilqim. Qisu li ma tafdaw l-ebda inizjattiva globali, u li tkun trid isseħħ malajr, sabiex titlaqqmu, li għall-ewwel, għandha mnejn tidher ta’ ġid fl-intenzjoni tagħha.Oqogħdu għassa u b’għajnejkom miftuħin. Pajjiż b’pajjiż, dawn l-individwi qegħdin jiftiehmu sabiex jikkontrollaw kemm jista’ jkun numru kbir ta’ nies. Issa araw li intom ma tibżgħux, għaliex Jiena sejjer Nipproteġi lis-segwaċi tiegħi li jitolbuni. Itolbuni wkoll għal dawk l-erwieħ kuraġġużi fostkom, li ddeċidew li jxerrdu l-Verità. Ħafna minn dawn in-nies jinsba mwaqqgħin għaż-żuvjett, iżda fil-biċċa l-kbira tagħhom qegħdin jitkellmu l-verità.


Aħżnu l-Ikel

Jeħtieġ li ma tiddependux fuq in-neguzjanti tal-ikel. Qisu li tippreparaw issa għall-futur tagħkom. Ibdew aħżnu l-ikel u ħawlu l-prodotti tagħkom. Gezzu l-ikel bħallikieku ġejja l-gwerra. Dawk li jagħmlu dan, sejrin ikunu tassew f’posthom. It-talb u d-devozzjoni sejrin jissodaw lir-ruħ tagħkom u jsalvawkom mill-krudeltà ta’ dawn in-nies. Qatt tħalluhom jikkontrollaw moħħkom jew it-twemmin tagħkom, permezz tal-insistenza tagħhom li jintroduċu liġijiet maħsuba biex jeqirdu l-familji. Huma sejrin jistinkaw sabiex jifirdu l-familji billi jinkoraġġixxu s-separazzjoni fiż-żwieġ, inkluż il-promozzjoni tad-divorzju, il-libertà sesswali u reliġjuża.


Qtil ta’ Mexxejja tad-Dinja

Dawn l-individwi kiefra sejrin joħolqu mibegħda bejn nazzjon u ieħor, joqtlu mexxejja dinjija permezz ta’ assassinji u jaħkmu fuq il-libertà tan-nies, billi jġegħluhom jiddependu mid-dittatorjat tagħhom. Il-korla ta’ Alla dalwaqt se tidher, hekk kif Hu mhux sejjer Jittollera l-krudeltà tagħhom għal wisq aktar żmien, sakemm dawn in-nies, li għażlu li jsegwu l-organizzazzjonijiet ispirati mis-sataniżmu tagħhom, ma jerġax jibdielhom għal din l-atroċità kattiva. Itolbu għalihom. Oqogħdu attenti għal liema nies fil-pajjiż tagħkom tivvutaw. Ħarsu sew kif dawn jiġu ppreżentati lilkom permezz tal-kliem li jgħidu. Isimgħu minn dawk li qed jippruvaw iwissukom. Jien Ninsab Inħeġġiġkom biex titolbu għal dawk li ma jagħmlux dan, sabiex ikunu jistgħu jikkonvertu, ħalli huma wkoll ikunu jistgħu jiġu salvati.  Dawn l-avvenimenti, li Jiena Qiegħed Nitkellem dwarhom, issa sejrin jibdew iseħħu dalwaqt. Ħudu ħsieb sew tal-għaqda tagħkom flimkien, żommu l-provvisti tal-ikel tagħkom għal lest, fittxu li tkabbru l-ħaxix tal-borma tagħkom intom stess sabiex tibqgħu ħajjin, kif ukoll oġġetti oħra meħtieġa għas-sopravivenza tagħkom. Din hija gwerra kontrikom, imma mhux se tidher hekk. Biss jeħtieġ li kunu għassa l-ħin kollu.


Il-Knejjes Se Jiġu Pprojbiti

Dawk minnkom li se ssibu l-kuraġġ sabiex tmorru lura lejn il-knisja tagħkom, araw li qatt ma tibżgħu titolbu, jew turi l-fidi tagħkom fil-beraħ. Għal dawk minnkom li tieħdu l-Knisja tiegħi bħala xi dritt ta’ fatt, allura turux il-fidi tagħkom fil-miftuħ. Għax huwa biss meta dan ir-Rigal stess, li jirrappreżenta l-fidi tagħkom fil-miftuħ, jittieħed mingħandkom, li l-Verità fl-aħħar tispikka f’moħħkom. U dan se jirrabjakom. Binti, ara li tgħid lin-nies tiegħi, sabiex ma jippanikjawx. Huma, s-segwaċi tiegħi, se jiġu salvati u sejrin jittellgħu Miegħi fis-sħab biex jistennew il-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi fid-dinja. Huma se jgawdu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi u sejrin jerġgħu jingħaqdu mal-familjari mejtin tagħhom, f’din il-Ħajja Eterna l-Ġdida. Imma, huma jridu jibqgħu sodi, jitolbu u juru mħabba għal xulxin. Itolbu, itolbu u itolbu, speċjalment għal dawk l-erwieħ (nies ħajjin) mitlufa u mqarrqa, li m’għandhom l-ebda idea x’konseqwenzi se jkollhom l-azzjonijiet tagħhom tal-futur tagħhom fil-ħajja li jmiss.


Lil Dawk ta’ Ruħhom Fietla

Anke għal uliedi l-oħra, dawk b’ruħhom fietla, itolbu wkoll għalihom. Huma jridu jduru lura u jiġu Għandi malajr kemm jista’ jkun. Uliedi, f’ġieħ l-imħabba ta’ xulxin, toqgħodux lura milli twissu lil dawn in-nies dwar il-Verità. Uruhom bl-eżempju, l-importanza tat-talb, ħalli lanqas huma ma jintilfu. Qisu li tibqgħu sodi. Araw li qatt ma ċċedu lill-armata tal-Qarrieqi. Qatt u qatt. Iddefendu dak kollu li temmnu fih. Ipproteġu l-familji tagħkom minn issa. Erġgħu lura Għandi. Itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kuljum. Intom l-Insara kullimkien, itolbu r-Rużarju. Ħalli Ommi ġġibkom lura Għandi permezz tal-Interċessjoni tagħha. Uliedi, Jiena Nibki għalikom ilkoll, u Jiena Għandi Bżonn lis-segwaċi tiegħi sabiex jinġabru issa flimkien Miegħi, kontra dan il-ħażen. It-talb huwa t-tweġiba.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM