Il-Ktieb tal-Apokalissi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ Novembru, 2010, f’nofsinhar.
Maħbuba binti l-għażiża, illum huwa jum, meta Qalbi hija Maqsuma b’dan l-inkwiet u d-dwejjaq kbar li hawn fid-dinja. Jiena Mnikket għall-aħħar, għaliex qiegħed Nara kif id-dinja qiegħda ssir irrabjata, wieħed kontra l-ieħor. Ħafna mid-Dwejjaq tiegħi ġej, minħabba li Jien Naf li dawn il-profeziji se jseħħu, iżda madankollu, xorta waħda, ħafna mill-umanità, mhux se tkun aktar għaqlija.
Itolbu Sabiex ir-Russja Tiġi Kkonsagrata lil Ommi l-Imqaddsa
Ħafna nies xorta baqgħu jirrifjutaw u jirrikonoxxu, li dawn l-avvenimenti kienu mbassra fil-Ktieb ta’ Ġwanni. Għalhekk, tant nies issa se jsofru minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom. Araw li titolbu issa, li r-Russja fl-aħħar, taċċetta u tippermetti lilha nnifisha, li finalment tiġi kkonsagrata f’Isem Ommi l-Imqaddsa. Itolbu, itolbu u itolbu, sabiex dan iseħħ, għaliex ikun permezz tat-talb, li din il-kisba kbira tista’ ssir possibbli. Jekk dan jiġri, allura miljuni ta’ nies sejrin jiġu salvati. Għaliex il-periklu hu, li l-forzi Komunisti jqumu u jingħaqdu flimkien mas-Serp, sabiex isiru qawwa waħda u lilkom uliedi, jħallukom ma tistgħu tagħmlu xejn.
Ħarsu issa lejn il-ħeffa ta’ kif dawn il-pajjiżi qegħdin jippreparaw għal gwerra. Il-veloċità tal-avvenimenti globali sejra tikkawża twerwir kbir fin-nies, hekk kif dawn se jżidu fl-intensità tagħhom. Intom is-segwaċi tiegħi, hemm bżonn li tisimgħu: Il-Gruppi ta’ Talb se jkunu essenzjali sabiex iġibu l-konverżjoni ħalli jxejjnu dawn l-avvenimenti diżastrużi. Anke dawk minnkom, sodisfatti bikom infuskom, fejn f’ħajjitkom tieħdu kollox bħala xi dritt ta’ fatt, inthom ma tistgħux tibqaw tinjoraw dawn il-ġrajjiet. Tridu tisimgħuni issa u taċċettaw, li dawk il-ġrajjiet imħabbra fil-Ktieb tal-Apokalissi, issa qegħdin iseħħu. Araw li tgħaqqdu jdejkom flimkien fit-talb issa. Anke jekk għandkom biss xrara waħda ta’ mħabba f’qalbkom Għalija, itolbuni sabiex Inżommkom, sabiex Jien inkun Nista’ Nixgħel u Nsaħħaħ il-fidi tagħkom Fija.
Jiena Sejjer Niġġieled Għal Kull Wieħed u Waħda Minnkom
Jiena sejjer Niġġieled sal-aħħar mument iebes għalikom, sabiex Inressaqkom ilkoll eqreb lejn Qalbi, intom minn intom, kemm jekk intom tfal, adoloxxenti, żgħażagħ kbar, adulti, ta’ età medja jew anzjani... f’Għajnejja intom ilkoll l-istess. Intom il-familja għażiża tiegħi... kull wieħed u waħda minnkom. Ħadd mhu eskluż, lanqas dawk minnkom li ma jaċċettawx li Jiena Neżisti. Saħansitra, anke dawk minnkom li jobogħduni... Jiena xorta Nħobbkom. L-Imħabba tiegħi għalikom, hija tant Passjonata li intom ma tistgħux tifhmuha, u għalhekk Jiena se nagħmel dak kollu li Nista’ sabiex Inġibkom lura fil-maqjel tan-nagħaġ tiegħi. Jiena mhux se Nħalli lix-Xitan (Satana) jehdilkom ruħkom malajr malajr.
Jekk Jogħġobkom Duru Lejja
Jekk jogħġobkom duru Lejja, ikollkom kemm ikollkom ddubji, u ħalluni Nimlilkom qalbkom bl-Imħabba Divina tiegħi. Naqra togħma waħda biss minn din l-Imħabba, sejra tgħinkom tippreparaw għall-Ħajja Eterna fil-Ġenna Miegħi, mal-Missier Etern tiegħi u ma’ ħutkom. Dan huwa l-wirt tagħkom, il-wirt bi dritt tagħkom. Qisu li ma taħluħx din iċ-ċans ta’ salvazzjoni. Meta ħajjitkom fid-dinja tasal biex tintemm, ser ikollkom żewġ għażliet fil-ħajja li jmiss. Jew tidħlu fil-ferħ tal-Ġenna, jew tinżlu fil-qiegħ tal-Infern, max-Xitan, fejn jeħodkom miegħu, minħabba dawk id-dnubiet li jkun ittantakom biex tagħmlu fid-dinja. Araw li tiftħu għajnejkom issa. Ftakru, li l-mewt f’din id-dinja, tista’ sseħħ fi kwalunkwe jum, fi kwalunkwe waqt, u meta l-inqas li tkunu qegħdin tistennewha. Permezz ta’ dan il-Messaġġ, Jien qiegħed Nitlobkom taraw il-Verità, qabel il-Jum tal-Ġudizzju. Tinsewx, u dejjem ftakru, li Jien Inħobbkom. Ma jimpurtax kemm tkunu għamiltu dnubiet mejta. Meta dduru Lejja, u titolbuni maħfra minn qiegħ qalbkom, intom tkunu maħfura. Anke jekk dan ikun waqt l-aħħar nifs ta’ hajjitkom fuq din l-art.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu