Il-Persekuzzjoni tal-Viżjonarji Ġenwini

It-Tnejn, 29 ta’ Novembru 2010 @ 12:48

Il-Persekuzzjoni tal-Viżjonarji Ġenwini.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Novembru, 2010, f’12.48 pm.


Binti, ikteb dan biex twissi lid-dinja, dwar il-persekuzzjoni li tinsab imposta fuq l-erwieħ magħżula tiegħi, mibgħuta lid-dinja biex iwasslu l-Verità, ħalli jsalvaw lil-bnedmin qabel it-Tieni Miġja tiegħi. Inti sejra tinduna li l-Viżjonarji, il-Veġġenti u l-Profeti magħżula tiegħi huma dawk li qed jiġu miċħuda għalkollox, u dan minflok il-profeti foloz. Dawn l-erwieħ sbieħ tiegħi, li ġew magħżula għad-devozzjoni sempliċi tagħhom, sejrin isofru f’għaqda Miegħi, l-istess r-rifjut li sofrejt Jien minn idejn l-umanità. Dawk li jsofru Fija, Miegħi u minħabba Fija, huma l-Profeti Ġenwini. Dawn huma dawk l-erwieħ li sejrin jiġu tturmentati, iddisprezzati u kkundannati għalkollox f’Ismi. Huma sejrin jiġu mwarrba wkoll mill-istess Knisja tiegħi, għalkemm mhux mill-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi kollha. Saħansitra, s-segwaċi devoti tiegħi, li jsegwu t-Tagħlim tiegħi mill-qrib, wkoll se jkunu ittantati li jiċħdu l-Profeti Veri, sakemm maż-żmien u bil-mod il-mod, dawn jibdew jindunaw bil-Verità.

Sa mill-bidu taż-żmien, minn meta Jiena Għażilt li Nibgħat il-Profeti fid-dinja, ħierġa mill-Ħniena Divina tiegħi, sabiex Infakkarkom lkoll dwar it-Tagħlim tiegħi, dawn il-Profeti, ftit li xejn ġew emmnuti mill-ewwel. Ħafna minhom ġew imżebilħa u meqjusa bħala li kienu qed isofru minn immaġinazzjoni fertili, mill-marda tad-dipressjoni, jew sempliċement kienu kkundannati bħala nies imqarrqa. Ħafna minn dawn il-Profeti stess, kienu skantati meta esperjenzaw l-ewwel laqgħa Divina tagħhom. Ħafna minnhom iddubitaw dawn l-esperjenzi mistiċi għal xi żmien, qabel ma huma stess aċċettaw l-awtentiċità tagħhom. Huma damu biex jiżvelaw l-esperjenzi tagħhom lil xi ħaddieħor. Riedu ftit żmien mhux ħażin biex jaċċettawhom.

L-erwieħ magħżula tiegħi kollha, filwaqt li aċċettaw is-sejħa tagħhom, sabuha bi tqila sabiex jiżvelaw il-Messaġġi jew l-istruzzjonijiet Minni, anke mal-Qaddejja Sagri tiegħi, inklużi Sorijiet, Qassisin, Isqfijiet u Kardinali. Dawn il-Profeti ħassewhom mistagħġbin u kienu jafu f’qalbhom, li ma’dawn in-nies, il-mistoqsijiet imposti fuqhom, kienu se jkunu diffiċli ħafna biex jittrattawhom. Ħafna minn dawk li ġew imsejħa, ma żvelawx il-Messaġġi tagħhom u dawn użaw biss it-talb u t-tbatija personali, sabiex iwettqu dmirhom Lejja. Profeti oħrajn li żvelaw il-Messaġġi, kif mgħallma minn Ommi l-Imbierka u Minni, ma ġewx emmnuti. Kien biss permezz tal-manifestazzjonijiet Divini, li saru evidenti maż-żmien, li mbagħad ġew emmnuti.

Jien qiegħed Inħeġġeġ lis-segwaċi kollha tiegħi sabiex tisimgħu lil qalbkom. Ħarsu sew lejn il-Messaġġi mogħtija mill-Viżjonarji u l-Veġġenti prezzjużi tiegħi. Dawn il-Messaġġi qegħdin jingħatawlkom minn Imħabba Safja, sabiex jiggwidawkom u jgħinukom issalvaw l-erwieħ. Dak hu l-objettiv. Jekk tiddeċiedu li mhumiex ta’ oriġini Divina, itolbu għall-gwida. Jekk tiddeċiedu li huma ta’ oriġini Divina, allura itolbu, itolbu u itolbu, għall-Viżjonarji tiegħ, sabiex jinstemgħu.

Issa Ħalluni Nwissikom dwar is-sinjali li għandkom toqogħdu attenti għalihom meta l-Viżjonarji Ġenwini tiegħi jiġu ppersegwitati f’Ismi. Is-segwaċi tal-Qarrieqi, meta jaraw id-Dawl tal-Viżjonarji, mhux se joqgħodu lura u jattakkawhom bil-mod, anzi bi ħruxija kbira, ħalli jaqtgħawlhom nifishom. Mhux biss se jitturmentawhom permezz tar-redikolu, iżda se jagħmlu minn kollox sabiex jiskreditawhom, u dan kollu f’Ismi. L-uġigħ li jsofru dawn id-dixxipli tiegħi, mhu xejn meta mqabbel mal-Uġigħ li jikkawżaw Lili stess. It-Tbatija tiegħi issa laħqet livell tali, fi żminijiet riċenti, li Jiena qiegħed Nerġa’ Ngħix, mill-ġdid, it-Tortura terribbli li Jien Issaportejt meta Mit għal dnubietkom, id-dnubiet kollha, u għall-umanità kollha. Inklużi d-dnubiet ta’ dawk li jitturmentaw Lili u lill-Viżjonarji tiegħi. Inklużi wkoll huma dawk il-qattiela, dawk in-nies li jiċħduni pubblikament u li saħansitra jiftaħru b’dan, u daqs tant ieħor jiftaħru bil-ħażen tal-waħx li hawn fid-dinja bħalissa.

Jekk jogħġobkom, isimgħu lill-Viżjonarji tiegħi. Intom tħossu dan f’qalbkom meta tisimgħu l-Verità. Jekk jogħġobkom, ara li ma taqgħux fin-nassa ta’ dawk li digà ppersegwitaw lill-Viżjonarji ta’ Ommi l-Imbierka, inkluża Santa Bernadette jew dawk uliedi, t-tfal iż-żgħar tiegħi, ġewwa Fatima. Dawn ġew trattati bl-akbar nuqqas ta’ rispett, speċjalment mill-Qaddejja Sagri tiegħi. Dawn il-Qaddeja, huma stess ikunu l-aktar li jweġġgħu lil oħrajn, meta l-Manifestazzjonijiet Divini tiegħi ikunu qegħdin jintwerew lill-umanità mill-Imħabba. Qalbi Ssofri aktar, meta huma la jemmnu fid-Divin, la fis-Sopranaturali u lanqas ma jaċċettawhom meta dawn jiġi ppreżentat lilhom.

Jekk jogħġobkom, itolbu għall-Viżjonarji tiegħi u speċjalment għall-Viżjonarji tiegħi li l-Messaġġi tagħhom ma jistgħux jiġu miċħuda għall-imħabba li juru u għat-twissijiet li fihom, għax huma l-Viżjonarji Veri tiegħi. Tagħrfuhom mill-insulti, il-kalunnji, it-turmenti u l-abbużi li jirċievu minn idejn uliedi stess. Jekk tħarsu lejn l-abbużi li jirċievu u mbagħad tħarsu lejn il-gideb li jixtered fuqhom, b’mod daqshekk degradanti, imbagħad ikollkom tistaqsu lilkom innfuskom: Jekk din il-persuna ġiet itturmentata s’issa u xorta mhux emmnuta, mela għaliex l-abbużi qed ikomplu għaddejin b’mod daqshekk aħrax? Imbagħad ikollkom it-tweġiba tagħkom. Itolbu lill-Ispirtu s-Santu għall-Gwida biex tagħrfu tagħżlu l-Profeti, il-Viżjonarji u l-Veġġenti il-Veri tiegħi, mill-bqija tal-oħrajn li qed iqarrqu bikom.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM