It-Tfittxija Twila u Diffiċli Tagħkom Sabiex Takkwistaw il-Ġid.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Novembru, 2010, f’nofsinhar.
Maħbuba binti, ikkonċentra u isma’ sew dak li għandi xi ngħidlek: Int issa tinsab f’nofs tranżizzjoni diffiċli, jiġfieri miż-żmien li rċevejt l-ewwel Messaġġ għal dak preżenti. Jekk jogħġbok ifhem, li dawn il-Messaġġi ġejjin Mingħandi, u jekk jogħġbok waqqaf id-dubji tiegħek issa. Dan se jippermettilek sabiex tikkonċentra fuq ix-Xogħol li inti ġejt imsejħa għalih. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li qed iseħħu bħalissa fid-dinja, issa jidher aktar ċar, minn jum għal ieħor, dak li l-Ordni Dinjija krudili qiegħda tipprova timponi fuq id-dinja. L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, waħda mill-ħafna linji, fuq quddiemnett minn din l-Ordni Dinjija Ġdida, qiegħda tipprova teqred it-Tagħlim kollu tiegħi, u se tuża kull arma qerrieda fid-dispożizzjoni tagħha sabiex tagħmel dan. Inti tibżax, għaliex dawk li jemmnu Fija, se jiġġieldu bis-sħiħ, u mhux se jiċħduni, speċjalment f’dawk il-pajjiżi li huma kkonsagrati Lili, u li għandhom fidi devota u soda. Huma mhux se jibqgħu lura u jippermettu dan. Madankollu, għal ħafna, minħabba l-ispejjeż involuti biex jiżguraw li wliedhom ikunu ggwidati fid-Dawl, se jispiċċaw ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn. Kif digà spjegajtlek qabel, il-Qilla ta’ Missieri l-Etern, waslet biex tintwera fuq l-art, hekk kif il-bniedem issa qiegħed jersaq dejjem aktar viċin, fl-attentati tiegħu biex jiċħadni għal kollox.
Id-dinja għada tidher l-istess. In-nies baqgħu jidhru l-istess. Id-dinja tat-televiżjoni, b’dak l-appell ottimist iżżejjed tagħha, ukoll tidher l-istess. In-nies qegħdin jaħbu rashom fir-ramel. Huma qed jaħsbu, li d-dinja se tkompli għaddejja kif inhi bħalissa. Sfortunatament, dawn huma żbaljati. Id-Dmir tiegħi lejn uliedi hu li Jiena Nsalvakom. Li ma Nħallikomx tkomplu tinġibdu minn dal-baħħ ta’ wegħdiet vojta, ħolm bla sens u ambizzjonijiet foloz. Dawn huma l-pjaċiri li intom tajtu l-lealtà tagħkom lilhom, u għal ħafna u ħafna snin. Dawn huma l-wegħdiet li dawk minnkom, mingħajr ebda ħtija tagħkom, kontu konvinti li kienu t-triq li għandkom issegwu għall-istima personali tagħkom. Il-kisba għalikom personali. Il-premju għalikom personali. Lilkom intqalilkom, biex tieħdu ħsieb in-numru wieħed, u dan ikun xi jkun il-prezz tiegħu, fejn in-numru wieħed tkunu intom stess. Intom, bl-ambizzjonijiet tagħkom, bil-ġibda ħażina għall-ġid għalikom infuskom u għal uliedkom, bix-xewqa li ssiru aħjar minn ħutkom, u bit-tfittxija twila u diffiċli, kostanti u bla waqfien sabiex takkwistaw il-ġid għalikom, u għall-ftaħir personali, intom ġejtu mqarrqin. Dawn l-ambizzjonijiet ġew sfurzati fuq uliedi, permezz tal-ġibdiet u t-tlellix, fejn dawn l-attrazzjonijiet ġejjin mill-Qarrieqi. Ħafna minn uliedi se jidħku b’dan il-Messaġġ, u se jgħidu li dan mhux veru. Sfortunatament il-Qarrieqi jeżisti, u ħafna minn uliedi, ma jaċċettawx li hu jeżisti.
Il-Qarrieqi huwa makakk, għaliex jinħeba wara affarijiet, nies, atti u inċentivi attraenti. Il-ħajra u l-faxxinu tiegħu ifissru, li llum, jekk tistaqsu lil xi persuna jekk taċċettax il-flus, jew inkella ċ-ċans li terġa’ tingħaqad mal-familji mitlufa tagħha, din tagħżel il-flus. Staqsu lil ħaddieħor, jekk hux lest li jittradixxi lil ħuh jew lil oħtu għal qligħ materjali. U t-tweġiba tkun: iva. Staqsu wkoll lil xi tifel jew tifla żgħira, jekk humiex lesti li jpartu ħajjithom sempliċi, ma’ ħajja ta’ ġmiel u tgawdija, u t-tweġiba tkun: iva. Mela allura, għaliex uliedi jsibuha daqstant diffiċli sabiex jifhmu, li ladarba l-premju l-kbir ikun ingħata lilhom, huma xorta jixtiequ u jibqgħu jeħtieġu aktar u aktar? Raġel għani, la darba jikseb il-ġid, ikompli jiprova jikseb aktar u aktar, kontinwament. Ir-raġuni għal dan kollu hija, li r-rigali tax-Xitan (Satana) jħallu sensazzjoni ta’ vojt u dwejjaq ġewwa fikom, li ma tifhmuhx. Għalhekk intom tkomplu b’din it-tfittxija tagħkom twila u diffiċli, sabiex issibu aktar ġid għalikom, u ġeneralment din tkun għad-detriment tal-ġid tal-proxxmu tagħkom. L-ebda bniedem ma jista’ jikseb ġid kbir, mingħajr ma jikkawża, xi ftit jew wisq, sofferenza lin-nies li jiltaqa’ magħhom. L-ebda persuna li tikseb xi fama, ma setgħet qatt tasal hemm, jekk mhux għaliex xi ħadd ieħor kellu jgħaddi b’inqas. Bniedem li ma jaqsamx il-ġid tiegħu huwa kkundannat. Persuna li m’għandha xejn, għandha t-tendenza li taqsam aktar mal-oħrajn, milli minn dawk in-nies, li ġew imberkin b’kumditajiet materjali.
It-Tagħlim Tiegħi Ma Jistax Jittaffa b’Xejn
Jien Nixtieq inkun Naf, għaliex uliedi qed jinjoraw dan it-Tagħlim, mgħallem mill-Appostli tiegħi, minn mindu ġew miktuba l-Kotba tal-Iskrittura l-Ġdida? Għaliex mhux jagħtu kas tad-duttrina li fihom? Tgħid huma jemmnu li dawn inkitbu mid-dixxipli tiegħi sabiex in-nies ma jagħtux kashom? Dan it-Tagħlim ma nbidilx minn mindu Jiena Tlaqt minn fuq din l-art. Dan it-Tagħlim qiegħed hemm għal raġuni. Intom tistgħu tbiddlu l-interpretazzjoni tiegħu, tnaqqsulu s-saħħa tiegħu, iżżidu xi tifsira ġdida jew tħassru xi partijiet minnu, imma ħaġa waħda dejjem se tibqa’. U din hija l-Verità. Il-Verità dejjem se tibqa’ l-istess. Din ma tistax, u mhux se tinbidel biex togħġob lill-umanità. Agħtu kas ta’ dan issa: Qumu weqfin u isimgħu. Ma tistgħux tistennew li ssegwu din it-triq u tidħlu fis-Saltna ta’ Missieri. Ħafna minnkom tiġġustifikaw il-ġid u l-glorja li taqilgħu, imbagħad dawn tattribwixxuhom għax-xorti tajba. Dak li forsi ma tirrealizzawx hu, li f’dan il-proċess, ħafna minnkom tkunu begħtu ruħkom lid-Demonju. Xi wħud minn uliedi jafu li wettqu dan id-dnub gravi u ma jaħsbu xejn dwaru. Oħrajn ġenwinament jemmnu, li sempliċement qed jagħmlu l-aħjar għalihom infushom u għall-familji tagħhom, iżda dawn iridu jifhmu li s-sigurtà finanzjarja, hija aċċettabbli. Imma it-tfittxija għal-lussu u l-ġid, mhijiex. Ir-realtà hi, li kwantità kbira ta’ ġid, qegħda tinkiseb permezz tad-dnub. Il-ġid li jista’ jinkiseb mingħajr dnub, ukoll jista’ jwassal għad-dnub.
Minkejja t-Tagħlim tal-Knisja ta’ Missieri madwar id-dinja, in-nies xorta għadhom ma jaċċettawx it-Tagħlim tiegħi. In-nies sinjuri li jistinkaw għal qligħ materjali tagħhom għandhom Alla wieħed. In-nies foqra li jistinkaw għall-ġid tagħhom, ukoll għandhom Alla wieħed. It-tnejn huma l-istess. Il-flus. Il-flus huma bla valur jekk jinkisbu b’mod diżonest, u fejn dawk inqas fortunati ma jibbenefikawx mill-ġid. Il-flus, il-ġid materjali, u l-affarijiet tajbin kollha miksuba minn dawk in-nies, li jqisu lilhom infushom fortunati għandhom jinqasmu bejn dawk li jeħtiġuhom. Il-flus mogħtija lill-karità, ma jagħmlux sens jekk isiru sabiex jixtru l-glorja jew l-attenzjoni. Ibqgħu ċerti, li bil-ħażen li qiegħed jiġi ppjanat bħalissa fid-dinja, jiġfieri meta x-xewqa li jħallukom bi bwietkom vojta ssir realtà, imbagħad hemm biss tindunaw kemm il-flus m’għandhom valur ta’ xejn. Meta huma, din l-entità krudili, jieħdu fluskom f’idejhom, u jħallukom ma tistgħu tagħmlu xejn, lanqas biss tmissuhom, qabel ma taqblu mal-kundizzjonijiet tagħhom, imbagħad fl-aħħar tirrealizzaw li ser ikollkom bżonn triq alternattiva oħra għall-kuntentizza tagħkom.
Fluskom se jsiru ma jiswew xejn. Imbagħad biex tgħixu, ser ikollkom bżonn il-liġi tal-ġungla. Dawk b’saħħithom u determinati biex jibqgħu ħajjin, se jsibuha aktar faċli minn dawk li qatt ma kellhom għafejn jaħdmu fuq irkopptejhom. Iż-żrieragħ biex tkabbru l-ikel tiegħkom stess, se jkunu għalikom aktar importanti minn miljun ewro. Sempliċi frotta, se tkun tfisser għalikom, aktar minn karozza sabiħa. Għax meta mbagħad tispiċċaw imneżża’ u għarwenin, hemmhekk issejħu lill min għamilkom, lil Ħallieq tagħkom. Imbagħad ikun biss dakinhar, u dakinhar biss, li tindunaw li dak kollu li jimporta huwa l-imħabba f’qalbkom. Għaliex mingħajr l-imħabba ma tistgħux tikbru, u lanqas ma tistgħu tidħlu fis-Saltna ta’ Missieri. Aħsbu sew minn issa. Oqgħodu attenti f’din it-tfittxija diffiċli u twila sabiex takkwistaw il-ġid tagħkom. Ieqfu issa qabel ma jkun tard wisq. Aqsmu u qassmu biex issegwu t-Triq tiegħi. Din hija lezzjoni iebsa għal uliedi, li qed iħossu sens ta’ insigurtà.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu