It-Twissija l-Kbira lill-Umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Diċembru, 2010, fit-3.15 am.
Iva maħbuba binti, Jien Erġajt Ġejt. Ikteb hekk: Inti binti, wara li tajtni dahrek, billi ċħadt il-Verità, issa sejra tgħinni Mmexxi lill-poplu tiegħi lura lejn id-Dawl, id-Dawl tal-Verità. L-ebda bniedem mhu se jiġi mċaħħad Minni, miċ-ċans li jara l-Verità ta’ Alla. Huma sejrin jintwerew il-Ħniena, permezz tad-Don tal-prova li se tingħatalhom, jiġifieri li Jiena Neżisti. Huma sejrin jingħataw dan id-Don matul it-Twissija l-Kbira, ħalli fl-aħħar ikunu jafu l-Verità. Sfortunatament, mhux kulħadd se jdur Lejja, jew lejn is-Saltna Eterna ta’ Missieri, anke f’dak l-istadju. Binti, Jiena Ilni ma Nitkellem miegħek xi ftit ġranet issa. Dan kien apposta. Il-ħin li ħallejtlek kien sabiex jippermettilek taħseb fil-fond dwar il-kontenut tal-Messaġġi tiegħi. Int issa taf sew, li dawn il-Messaġġi ġejjin Minni u kollha jittrattaw dwar kwistjonijiet importanti ħafna. Naħseb li issa inti tista’ tagħraf il-Verità tat-Tagħlim tiegħi, minn dik tal-immaġinazzjoni tiegħek. Binti, inti issa tista’ tara l-Uġigħ u n-Niket li Nħoss Jiena, meta inti tara kważi ta’ kuljum, il-frustrazzjoni li Jien, u Missieri l-Etern, Inħossu bl-attitudnijiet ta’ din id-dinja mdejqa, vojta u li ma temminx.
Lilek, u mhux biss dawk li ma jemmnux Fija, qegħdin jikkawżawlek uġigħ, iżda minħabba d-Doni u l-Grazzji li Jiena Tajtek, inti qiegħda tara wkoll il-konfużjoni li teżisti anke f’moħħ is-segwaċi tiegħi ukoll. Lanqas huma ma jiġu konvinti faċilment mill-Verità, meta din tingħatalhom bħala Rigal ta’ Mħabba Minni, permezz tal-Profeti tiegħi. Jaħasra, xi triq twila u mserrpa hija din għal uliedi, meta huma jistinkaw lejn il-Verità u l-Wegħdiet li tajthom. Meta inti tħares lejn uliedi kuljum, personalment fit-triq, fuq it-TV, fil-midja u fost il-ġirien tiegħek, int issa qed tarahom permezz ta’ Għajnejja stess. X’qed tara? Injoranza sħiħa għad-dinja spiritwali, u għan-nuqqas ta’ skop veru f’ħajjithom, sens ta’ disperazzjoni, minkejja l-attrazzjonijiet u l-attivitajiet tad-dinja. Uliedi mhux qegħdin jindunaw b’dan għalissa, iżda jinsabu għaddejjin minn żmien ta’ tindif. B’din il-purifikazzjoni, huma qegħdin jesperjenzaw sens ta’ vojt kbir, minħabba n-nuqqas ta’ oġġetti materjali, kif Ħallejt li jiġri Jien. Madankollu, dan ġie kollu kkawżat mir-regħba tal-umanità. Billi Jien Inħalli lin-nies id-dritt għar-rieda ħielsa tagħhom, allura dawn in-nies stess, krudili u ħatja tal-kollass tas-sistema bankarja madwar id-dinja, huma xorta se jkomplu bil-qerq makakk tagħhom. Jien apposta Ħallejt lin-nies tiegħi, il-vittmi innoċenti, jgħaddu minn dan it-tindif. Huwa importanti ħafna li jagħmlu dan, għaliex it-tbatijiet li jissaportu sejrin jgħinu sabiex inaddfu lir-ruħ tagħhom.
Dalwaqt ħafna, hekk kif il-ġid materjali se jiskarsa, u jsir aktar diffiċli sabiex jinkiseb, huma se jaraw il-ħajja b’mod aktar fil-fond. Is-sempliċità se tgħinhom jiftħu għajnejhom għall-Verità, il-Verità ta’ dak li hu verament importanti. Mingħajr din il-purifikazzjoni, jiġifieri meta wliedi jitħallew isofru għall-ġid ta’ ruħhom, huma ma jistgħux u mhux sejrin jersqu eqreb lejn Qalbi. Meta jkunu mneżżgħin mill-ġid materjali, li għalih fil-passat kellhom ossessjoni tixbaħ l-idolatrija, huma sejrin iduru lura lejn il-Verità. Sejrin jaraw l-imħabba fir-ruħ ta’ xulxin b’ċarezza. Hekk ukoll, sejrin jaraw malajr ħafna, l-ħażen fil-glorja mistkerħa kollha tiegħu, f’dawk li jsegwu l-ġibda u l-fissazzjoni fuqhom infushom, u tar-regħba. Issa sejrin jaraw lil dawn in-nies, li qed jingħataw popolarità fil-midja, bħala dawk in-nies li suppost wieħed għandu jħares lejhom u jammirahom, bl-istess mod li Jien Narahom. Jiġifieri b’disperazzjoni u dwejjaq kbar. Mur issa, binti u ifhem il-Kompitu tiegħek b’għajnejn ċari. Issa taf il-Verità. M’għadekx tiddubita. Xerred il-Verità tas-salvazzjoni mill-aktar fis possibbli, sabiex tagħti lin-nies iċ-ċans tal-maħfra qabel it-Twissija l-Kbira.
Il-Maħbub Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu