Appell Biex Jieqaf il-Qtil tal-Abort.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Diċembru, 2010, fis-1.10 pm.
Ikteb dan se Ngħidlek binti: Il-mewt mogħtija lil vittmi innoċenti hija waħda mill-akbar dnubiet li l-bniedem jista’ jikkaġuna lil ħuh stess. Huwa l-aktar dnub gravi tal-ġisem u li Lili jikkawżali Wġigħ kbir ħafna. In-nuqqas ta’ rispett li l-umanità llum għandha għall-ħajja umana, qiegħed isir dejjem aktar evidenti fid-dinja. Il-ħajja hija Don prezzjuż mingħand Alla. L-ebda bniedem m’għandu d-dritt li jneħħi l-ħajja ta’ ħaddieħor. L-ebda bniedem m’għandu d-dritt li jeqred il-ħajja ta’ tarbija, qabel ma din tkun għadha lanqas biss ħadet l-ewwel nifs tagħha waqt it-twelid. Dan id-delitt huwa faħxi u ma jinħafirx. L-erwieħ kollha (nies ħajjin) ġejjin minn Missieri l-Etern, u jiġu maħluqa fil-mument tal-konċepiment. Trabi ċkejknin, erwieħ innoċenti, qegħdin jinqatlu mill-istess nies mibgħuta biex jieħdu ħsiebhom, jiġifieri ommijiethom stess, li huma responsabbli għal uliedhom, qegħdin iċaħduhom mid-dritt li jitwieldu ħajjin.
Għaliex uliedi qegħdin joqogħdu lura u ma jagħmlu xejn? F’isem il-libertà, dawn l-anġli ċkejna, li ġejjin mis-Saltna ta’ Missieri, qegħdin jittieħdu minn fuq din l-art, qabel ma jkun wasal iż-żmien assenjat lilhom, bħala wlied Alla. Kif dawn in-nisa ma jifhmux, li l-ħajjiet li huma qegħdin jagħtu daqshekk ftit valur, jippartjenu lil Alla? Dawn l-ulied ċkejna qegħdin isofru. Huma jkunu jinsabu jsofru uġigħ agonizzanti waqt il-qtil tagħhom, u dan kollu huwa ġġustifikat mill-gvernijiet, il-professjoni medika, kif ukoll mill-familji ta’ dawn in-nisa. Possibbli m’għandhomx rimors f’ruħhom? Kif ma jirrealizzawx li dan l-att faħxi tagħhom, mhuwiex differenti minn dak l-att, ta’ meta raġel joqtol raġel ieħor? Fil-fatt, l-abort huwa dnub saħansitra akbar, peress li dawn l-ulied ma jistgħu jagħmlu xejn għalihom infushom. Dawn in-nisa għandhom jitolbuni maħfna, jekk huma ħatja. Jew jekk qegħdin jikkunsidraw abort, għandhom jitolbu l-Gwida Mingħandi. Issa, jew mod jew ieħor, huma sjrine jiġu ġġudikati mid-dnub tagħhom. Id-dnubiet tal-ġisem huma l-aktar offensivi f’Għajnejn Missieri. L-ebda ammont ta’ ġustifikazzjoni għall-qtil ta’ bniedem ieħor, mhu aċċettabbli Minni jew minn Missieri l-Etern.
Stenbħu issa wliedi u ifhmu, li t-teħid tal-ħajja se jwassal lill-qattiela fin-nar etern tal-Infern. Huma mhux sejrin jerġgħu lura minn dan l-Abbiss mimli Demonji. Huma dawk l-istess Demonji, li permezz tax-xogħol tal-Qarrieqi, jiġifieri x-Xitan, jikkonvinċi lill-qattiel, li dak li qed jagħmel huwa ġust! Huwa jikkonvinċi b’makakkerija lill-ommijiet, pereżempju, li qed jieħdu “d-deċiżjoni t-tajba”. Billi x-Xitan juża kull qerq assoċjat mar-raġunar uman, hu se jġiegħel lill-persuna tiġġustifika dan l-att, anke jekk ikun krudili. Hu se juża l-gidba, li l-qattiela wkoll għandhom id-drittijiet tagħhom. Li huma l-ewwel iridu jieħdu ħsieb l-interessi tagħhom. F’isem id-drittijiet tal-bniedem, din il-gidba tidher bħala xi dritt tal-omm, u tal-libertà tagħha li tgħix il-ħajja kif tagħżel hi, u kif tixtieq li tkun ammirata. Il-gidba mbagħad tkompli tikkonvinċiha li huwa sewwa u ġust li toqtol lil binha jew bintha stess. Jekk jogħġobkom ifhmu li l-eskalazzjoni tal-ġenoċidju fid-dinja ġiet imbassra minn qabel. Dan huwa wieħed mill-ħafna sinjali li ssemmew fir-rigward tal-Aħħar taż-Żminijiet.
Ieqfu lkoll issa. Isimgħuni. Il-qtil huwa reat serju ħafna. Agħmluh u ma tiġux salvati. M’hemmx triq lura. Indmu dawk minnkom li wettaqtu dan id-dnub tal-waħx. Qisu li titolbu maħfra issa. Jiena, permezz tal-Ħniena tiegħi, dejjem Nisma’ t-talba tagħkom. Tistgħu, u fil-fatt sejrin tiġu salvati, jekk intom verament jiddispjaċikom għad-dnub gravi tagħkom. Jiena sejjer Nismagħkom. Jiena sejjer Naħfrilkom. Madankollu, ż-żmien li baqa’ huwa kontra tagħkom. Intom ilkoll li temmnu Fija, araw li titolbu bil-ħerqa għal dawn uliedi mitlufin, u li qed jiġġerrew l-hawn u l-hemm, li ġew imqarrqa mill-Qarrieqi u n-nies qaddejja tiegħu, f’pożizzjonijiet għolja ta’ poter. Dawn jeħtieġu t-talb tagħkom issa. Intom ilkoll għandkom tiddefendu d-dritt għall-ħajja umana, li ma tistax tiġi mbagħbsa minn idejn il-bniedem, u dan taħt l-ebda ċirkostanza. Itolbu Lili kuljum. Offru kwalunkwe tbatija li jista’ jkollkom għal dawn il-vittmi innoċenti.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu