It-Tribulazzjoni l-Kbira

It-Tnejn, 20 ta’ Diċembru 2010 @ 10:00

It-Tribulazzjoni l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Diċembru, 2010, fl-10 am.


Agħti kas ta’ dan binti. L-umanità qegħda tiġi mwissija, permezz ta’ dawn il-Messaġġi, li l-mannara sejra tinżel fuq dawk li sejrin ikomplu jiċħdu lill-Missier Etern. Iż-żmien qiegħed joqrob għall-wasla tat-Tribulazzjoni l-Kbira. Dan l-avveniment se jibda mill-aħħar tal-sena 2012, u m’għandux jiġi mħawwad maż-żmien jew id-data tat-Tieni Miġja tiegħi fid-Dinja. Għaliex din it-Tieni Miġja uliedi, mhux qegħda tiġi mbassra f’dawn il-Messaġġi. Kull min se jipprova jagħti xi data lil uliedi dwar it-Tieni Miġja tiegħi huwa giddieb, u mhuwiex profeta ta’ veru. Madankollu, Jiena qiegħed niżvela s-snin ta’ avvenimenti speċifiċi, li jwasslu għal din it-Tieni Miġja tiegħi, permezz ta’ din il-Profeta.


Alla Mhux Sejjer Jippermetti li Jseħħ il-Pjan Sabiex Titnaqqas il-Popolazzjoni tad-Dinja

It-Tribulazzjoni l-Kbira, kif imbassra minn bosta żmien ilu, issa sejra tiżvolġi quddiem għajnejn id-dinja, li ma temminx Fija. Dan huwa meta x-xabla tal-ġustizzja sejra tinżel u tolqot kullimkien. Il-Missier Etern tiegħi, mhux lest, li Joqgħod Lura u Jħalli l-pjan krudil, li qiegħed jiġi ppjanat u mfassal issa stess, minn wara l-bibien magħluqa, sabiex inaqqas il-popolazzjoni tad-dinja, li jitwettaq. Dan il-grupp ta’ nies mill-għar, segwaċi devoti tax-Xitan (Satana), digà fil-passat ippruvaw jikkaġunaw ġenoċidju fuq ulied Missieri. Dawn fallew. Imma issa qegħdin jerġgħu jippruvaw mill-ġdid. U sejrin jfallu mill-ġdid, iżda mhux qabel ma jkunu kkawżaw qerda terribbli.


Dawk li Jemmnu Fija M’għandhomx Għalfejn Jibżgħu

Il-Missier Etern tiegħi, fil-Ħniena tiegħu, se jkollu Jintervjeni sabiex Iwaqqafhom, anke jekk Jiddispjaċih li se Jħalli d-diżastri globali jseħħu. Intom li temmnu Fija, ara li ma tibżgħux, sew dwarkom stess u sew għall-familji tagħkom. Intom qegħdin tkunu protetti. Imma jekk jogħġobkom, u Nerġà Ngħidilkom jekk jogħġobkom, itolbu r-Rużarju Mqaddes, u l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, f’kull ħin possibbli għalikom, sabiex tgħinu ttaffu u tevitaw xi wħud minn dawn id-diżastri. Ibdew ippjanaw minn issa. Dawn in-nies, hekk kif qegħdin jippruvaw jikkontrollaw fluskom, saħħitkom, l-ikel tagħkom u anke l-fidi tagħkom, iridu jiġu miġġielda. Qumu u ipproteġu lilkom infuskom u lill-familji tagħkom, billi tużaw it-talb. Sejħu lil dawk il-Qaddisin fis-Sema kollha li intom tqimu, sabiex jgħinukom, huma bħala Interċessuri mal-Missier Etern tiegħi.


Diżastri Globali Qerrieda

Hekk kif dawn id-diżastri globali bdew jidhru, permezz tal-bidliet drammatiċi fl-andament tat-temp, li għalissa bdew b’mod ħafif u li bħalissa sempliċement qegħdin jitqiesu bħala riżultat tal-klima sħuna globali. Iva, il-bniedem għamel ħsara lid-dinja, u b’mod ikrah ħafna wkoll, iżda dawn id-diżastri naturali m’għandhom x’jaqsmu xejn mat-tibdil fil-klima. Il-Missier Etern tiegħi jista’, kieku kellu jiddeċiedi hekk, li joqgħod bilqiegħda u ma jagħmel xejn. Imbagħad dawn il-gruppi qawwija u qerrieda, li jinsabu mqarrqa u għatxana għall-poter, magħmula minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, inkella sejrin jirbħu. U dan kollu jagħmluh billi jiġbdu magħhom lil uliedi innoċenti, fin-nassa tagħhom ta’ lealtà ipnotika lejn ix-Xitan, il-Qarrieqi, sabiex jisirqu l-erwieħ. Dan kollu mhux se jkun permess.


Jiena Qiegħed Insejjaħ lir-Reliġjonijiet Kollha Sabiex Jingħaqdu Flimkien

Wasal iż-żmien, li wlied Missieri u s-segwaċi tiegħu, kif ukoll dawk li jemmnu fl-Esseri Superjuri li huwa Alla, l-Ħallieq, u li Bih sar kollox, jingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda. Irrispettivament minn liema triq intom tinsabu issegwu lil Alla, jew jekk temmnux Fija jew le, jiġifieri l-Uniku Iben Maħbub tiegħu, issa ingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda. Iġġieldu l-grupp li jirrappreżenta lill-Qarrieqi. Huwa l-Għadu tagħkom jekk temmnu f’Alla, il-Missier Etern. Huwa qiegħed jipprova jwaqqafkom milli tidħlu fil-Ġenna tal-Art, billi jigdeb lis-segwaċi tiegħu u jgħidilhom, li hu wkoll sejjer jeħodhom f’ġenna tal-art divina oħra u daqstant sabiħa. Dawk is-segwaċi msieken tiegħu, imqarrqa u lejali lejh, ma jistgħux jaraw ’il barra minn ġo dal-qerq kollu, għaliex jinsabu għomja minħabba l-ġibda li għandhom lejn il-glorja materjalista.


Il-Profeziji fil-Ktieb ta’ Ġwanni Issa Qegħdin Jidhru

Itolbu, itolbu u itolbu, intom ilkoll u kuljum. Dalwaqt ħafna, kulħadd sejjer jifhem il-Verità tal-Iskrittura Mqaddsa. Fl-aħħar kulħadd se jifhem, li t-Tagħlim li jinsab fil-Ktieb ta’ Missieri huwa preċiż. Dan it-Tagħlim ma jqarraqx. Il-profeziji kollha mbassra fil-passat issa bdew jidhru. Il-profeziji li jinsabu fil-Ktieb ta’ Ġwanni issa se joħorġu għad-dawl. Dawn il-Messaġġi mogħtija lil din il-Profeta huma sabiex iħejju lil uliedi ħalli jidħlu fis-Saltna ta’ Missieri. Morru issa u araw li xxerrdu l-Verità tiegħi. Qisu li ssalvaw lil xulxin minn idejn il-Qarrieqi, qabel ma jkun tard wisq.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM