It-Tielet Messaġġ mill-Verġni Marija

It-Tnejn, 20 ta’ Diċembru 2010 @ 22:00

It-Tielet Messaġġ mill-Verġni Marija.
Mill-Ktieb tal-Verità. It-Tielet Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Diċembru, 2010, fl’10 am.


Ismagħni, binti: Inti trid tibqa’ soda għal Ibni l-Maħbub Ġesù l-Kristu. Huwa Importanti u Speċjali wisq għalik u b’hekk tbiegħed id-dubji minn-moħħok. Iva, huwa faċli li titħawwad f’din il-Ħidma, imma jeħtieġ li inti tafda Fih kompletament. Huwa Għandu Bżonn li inti ċċedi lilek inniffsek u tagħtih il-fiduċja assoluta tiegħek. Binti, ma kienx faċli għalik f’din il-Ħidma. Imma kif għidtlek qabel, inti tħobb tippersisti. Se jirnexxilek tlesti xogħolok. Jien Inħeġġek sabiex terġa’ lura għar-rutina tat-talb ta’ kuljum. Għaliex huwa permezz tar-Rużarju Mqaddes tiegħi, li inti sejra tkun protetta. Dan ix-Xogħol tiegħu huwa Sagru ħafna binti, allura bħala rispett, jekk jogħġbok, obdi lil Ibni, billi tafda Fih kompletament. Warrab id-dubji tiegħek binti, għaliex inti ngħatajt Grazzji speċjali mill-Ispirtu s-Santu. Il-Verità issa tinsab f’qalbek, f’ruħek u f’moħħok. Huwa għalhekk li inti sibtha aktar faċli li tikteb il-Messaġġi, li Ibni l-Maħbub jagħtik.

Huwa Jħobbok binti, u Għażlek għal wieħed mill-aktar Kompiti importanti li qatt kien hemm f’dan is-seklu. Il-Ħidma tiegħek titqabbel ma’ dik li ntalbet minn Suor Faustina. Inti qegħda tgħaddi minn tbatijiet simili għal dawk li għaddiet minnhom hi. Ara li ma tibżax minn dawn it-tbatijiet, li jinkludu n-nuqqas ta’ ħila li titlob u d-dubji ta’ kuljum, fejn huma normali. Dawn kollha jgħaddu. Il-qaddisin kollha, inkluża Santa Fawstina, jinsabu mexjin miegħek binti, u qegħdin jiggwidawk kuljum.

Il-Ħidma li qegħda tagħmel f’Ismi u f’Isem Ibni l-Maħbub, kienet imbassra. Hija waħda mill-aktar modi importanti li bihom tista’ ssalva l-erwieħ (nies ħajjin). Qis li ma tinfixilx jew toqgħod lura. Dejjem u dejjem sejjaħ lil Ommok il-Maħbuba għall-għajnuna. Jiena qiegħda hemmhekk għalik. Jekk jogħġbok itlob kuljum lil Ibni, billi tirreċita il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħu. B’dan il-mod, inti tkun eqreb Lejh u tħossu jgħix f’qalbek. Agħmel kuraġġ issa, u kompli miexja ’l quddiem. Ħares b’imħabba lejn it-triq prezzjuża li twassal għat-Trinità Mqaddsa. Kulħadd jinsab miegħek. Inti sejra s-sofri, imma kkunsidra dan kollu bħala Grazzja, għaliex mingħajr tbatija ma tistax tibqa’ qrib il-Qalb ta’ Ibni. Dak hu kollox għalissa. Dawwar u iftaħ qalbek issa lejn Ibni l-Maħbub, Ġesù l-Aktar Għoli.


B’Imħabba u Paċi,
Il-Madonna tal-Ward


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM