L-Uġigħ u t-Tbatija Tiegħi Illum

L-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2010 @ 02:40

L-Uġigħ u t-Tbatija Tiegħi Illum.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Diċembru, 2010, fis-2.40 am.


Binti, Jiena ilni nbati ħafna għad-dnubiet tal-umanità, u ċ-ċaħda krudili tal-Eżistenza tiegħi, li saret tant komuni fid-dinja, tant li n-numri ta’ dawk li jemmnu waqt li jtuni daharhom, issa żdiedu għal proporzjonijiet straordinarji. L-uġigħ, it-tbatija u l-agunija qegħdin isiru dejjem aktar evidenti, hekk kif id-dinja qiegħda tiċċelebra l-Milied. F’Qalbi Jiena Naf, li filwaqt li din hija l-aktar Festa Nisranija importanti, it-Tagħlim tiegħi mhux qed jiġi mxandar bil-mod kif suppost. Maħbuba binti, inti jeħtieġ li tippersisti fl-stess tbatijiet tiegħek, kemm tal-moħħ kif ukoll tar-ruħ. Dawn sejrin iressquk eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi, u dakinhar biss, meta tkun qiegħda tissaporti dawn il-provi tat-tbatija, inti ssir ħaġa waħda Miegħi.

Binti, itlob, itlob u itlob, li erwieħ oħra (nies ħajjin) jtaffuli l-Agunija li Jiena qiegħed Nissaporti. O li kieku biss nista’ Nsalva l-erwieħ malajr, u Nħaddanhom f’Dirgħajja kollha Mħabba, kieku Qalbi tieħu r-Ruħ. Imma ħafna erwieħ mhux sejrin jduru lura Lejja. Inti trid taħdem ħafna sabiex tikkonvinċihom bil-Verità, binti. Int ara li qatt ma taqta’ qalbek. Inti kont mimlija dubji, imma Jiena Naf, li fil-fond ta’ qalbek inti qegħda tinduna li dawn il-Messaġġi ta’ Ħniena, mogħtija għas-salvazzjoni tal-erwieħ, ġejjin tassew Mingħandi u Minn Missieri l-Etern. Qis li tibqa’ tippersisti, taċċetta t-tbatija, tkun umli, tkun paċenzjuża, u taġixxi b’dinjità, meta tiġi sfidata f’Ismi. Mur issa b’ħeġġa ġdida, b’imħabba u b’qawwa, sabiex tirbaħ lura l-erwieħ ta’ wliedi l-maħbuba.


Il-Maħbub Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM