Għalfejn Jien Sirt Bniedem

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Diċembru 2010 @ 20:15

Għalfejn Jien Sirt Bniedem.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Diċembru, 2010, lejliet il-Milied, fit-8.15 pm.


Maħbuba binti, grazzi talli weġibt għas-Sejħa tiegħi. Jiena Ferħan li qiegħed Nikkomunika miegħek f’din iċ-ċelebrazzjoni speċjali tat-Twelid tiegħi. L-Imħabba li qegħda timla lil Qalbi, bil-fidi u d-devozzjoni murija minn uliedi kollha, hija prezzjuża ħafna. Dan huwa ż-żmien għal uliedi kullimkien, sabiex jirriflettu dwar Ħajti, meta Jiena kont fid-dinja. Huwa ż-żmien għalihom sabiex jaħsbu fuq it-tifsira li t-Twelid tiegħi ġab fuq l-umanità kollha. Huwa minħabba t-Twelid tiegħi li l-bniedem sejjer ifittex is-salvazzjoni. Huwa permezz tal-Imħabba tal-Missier Etern tiegħi għal uliedu kollha, meta Huwa għamel l-akbar Sagrifiċċju possibbli. Il-fatt li Huwa kellu Jara t-Tarbija Titwieled, Jarah jikber bħala Tifel sal-età adulta, juri b’mod ċar l-Imħabba u d-Determinazzjoni tiegħu li Jsalva lil uliedu kollha. Huwa Jħobb lil uliedu kollha tant, li Lili Talabni sabiex Ngħix Ħajti bħala bniedem, għalkemm kien Jaf, li Jiena kont sejjer niġi Umiljat u Mwaqqa’ għaċ-Ċajt. Huwa Ppermetta li dan kollu jseħħ.

It-Twelid tiegħi huwa Sinjal għal kulħadd, li Alla, il-Missier Etern, tant Ħabb lil uliedu, li għamel Sagrifiċċju enormi. Billi Lili Ħallieni niġi fid-dinja biex Ngħix fostkom ilkoll, Huwa wera l-Kompassjoni u x-Xewqa tiegħu li Jsalvakom, billi Ppermetta l-Mewt tiegħi. Li kieku Lili ma Bagħatnix, il-bniedem ma setax jiġi Salvat. Madankollu, dawk li ċaħduni, għadhom mhumiex ċerti dwar il-Verità tal-Wegħdiet magħmula minn Alla, il-Missier Etern. Għad hemm ħafna konfużjoni. Kull ma jimporta issa huwa, li l-umanità tifhem il-Wegħdiet u r-Realtà tas-Sema u l-Art il-Ġdida, li ġiet ppreparata għall-ulied kollha ta’ Alla. Dan huwa l-akbar Don minnhom kollha, u huwa d-Don li intom ilkoll kontu maħsuba biex taqsmu Miegħu, sakemm ix-Xitan (Satana) qered kollox billi ttanta lil Eva.

In-nies illum, qegħdin iħarsu lejn it-Tagħlim tat-Testment il-Qadim u l-Ġdid, spiss bħala ħrejjef antiki. Ħafna għadhom ma jistgħux jifhmu, li t-Tagħlim li jinsab f’dawn l-Iskritturi, kien u għadu awtentiku. Minħabba li f’ħafna każijiet, isiru referenzi għal avvenimenti li seħħew fid-dinja spiritwali, in-nies isibuha diffiċli biex jemmnu, li dawn setgħu ġraw tassew. Huma waslu għal din il-konklużjoni, għaliex qegħdin jikkalkulaw dawn il-ġrajjiet permezz tal-ħsieb loġiku, ibbażat fuq dak li jaraw jiġri fid-dinja. Iżda dawn huma żbaljati.

Il-Miġja tiegħi fid-dinja, kienet Ippjanata bħala l-aħħar ċans, biex id-dinja tqum minn-ngħas, u sabiex kulħadd jinduna, li Alla lest li Jaħfer kollox. Ir-Rwol tiegħi kien li Nurikom, permezz tat-Tagħlim u l-Mewt tiegħi fuq is-Salib, it-Triq lejn il-Ġenna. Ftakru mela matul il-Milied, li t-Twelid tiegħi kien sabiex jgħinkom tibdew terġgħu tikkunsidraw it-twemmin tagħkom dwar il-Ġenna, li lkoll għandkom id-dritt li tidħlu fiha. Jekk tiftakru f’Ħajti issa, inthom tistgħu tingħaqdu Miegħi fis-Saltna ta’ Missieri, imma dan jekk tiftħu qlubkom u titolbuni biex nerġa’ Nħaddankom Miegħi.


Is-Salvatur Divin u l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM