Għalliema u Profeti Foloz.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina tal-25 ta’ Diċembru, 2010, Jum il-Milied, fl-10.20 am.
Jiena l-Bidu u t-Tmiem. Kien permezz Tiegħi, li l-Missier Etern u l-Maħbub tiegħi, Ħalaq id-dinja, u hekk ukoll sejjer jkun permezz tiegħi, li d-dinja tintemm. Jiena d-Dawl u s-Salvatur, li se Ndaħħal lil dawk kollha li jemmnu Fija fil-Ġenna tal-Art, kif kienet imwiegħda. Dawk li, minkejja t-Tagħlim kollu tiegħi u l-isforzi tal-Profeti tiegħi, xorta jibqgħu jirrifjutaw li jaċċettawni, dawn mhux sejrin jidħlu fis-Saltna ta’ Missieri.Dawk minnkom li ngħatajtu d-Don tal-Verità, permezz tal-Iskrittura, issa tridu tiftħu għajnejkom, u taċċettaw it-Tagħlim tiegħi u l-Profeziji mogħtija lill-Profeti tiegħi. Sa fl-aħħar, qiegħed joqrob iż-żmien, meta Jiena sejjer Nerġa’ Niġi Lura fid-Dinja, sabiex Nirbaħ lura lis-segwaċi maħbuba tiegħi. Akkost tal-Profeti moderni tiegħi, Jiena Nħossni Mdejjaq Ngħid, li xorta waħda sejjer Niġi miċħud. Intom ilkoll tridu tisimgħu u taqraw il-Messaġġi mingħandi, li qegħdin jingħataw lilkom mill-Ħniena ta’ Alla, u tifhmu s-sinifikat tagħhom.
It-Tagħlim Tiegħi Qatt Ma Nbidel
Jeħtieġ li tiftakru li t-Tagħlim tiegħi baqa’ l-istess, bħal kif dejjem kien. Dawk li jgħidu li jiġu f’Ismi, intom tridu tosservawhom bir-reqqa. Jekk huma jipproklamaw il-Kelma tiegħi, allura huma ġejjin mid-Dawl. Meta tindunaw li t-Tagħlim tiegħi qiegħed jinbidel b’xi mod, u li jidhrilkom li huwa stramb, mela itilqu minn hemm. Tisimgħuhomx. Dawn in-nies sfortunati, ġew ittantati mid-Demonju biex jgħawġu t-Tagħlim tiegħi apposta, sabiex lilkom iwasslukom għat-triq il-ħażina u sabiex iħawdukom. Kwalunkwe duttrina li ma oriġinatx mill-Iskrittura Mqaddsa, u li tiddikjara li qed ixxandar il-Verità, hija gidba. Dan huwa dnub kontrija, u huwa attakk gravi Fuqi u fuq Missieri l-Etern.
Messija Falz
Dawn l-għalliema foloz, dalwaqt sejrin jibdew jagħmlu lilhom infushom magħrufa mad-dinja kollha. Intom sejrin ssibhom kullimkien, jgħajtu kemm jifilħu. Ifittxu l-attenzjoni. Xi wħud minnhom, tant se jimpressjonaw lil uliedi, li anke s-segwaċi ġenwini tiegħi se jemmnu li għandhom xi setgħat divini u speċjali. Wieħed, b’mod partikolari, se jeżalta lilu nnifsu tant fil-għoli, li n-nies bi żball, sejrin jemmnu li hu l-Messija. Uliedi se jkollhom bżonn ta’ ħafna kuraġġ, ta’ moħħ ċar, u qawwa biex jibqgħu Miegħi u jħalluni Niggwidahom minn din il-ġungla perikoluża, mimlija Demonji. Id-Demonji li issa qegħdin jinħarġu mix-Xitan, hekk kif bdew jiżvolġu l-aħħar jiem, u huma se jiġu presentati bħala s-segwaċi u l-Profeti tiegħi. Bħalissa huma jinsabu jiftiehmu sabiex jattakkaw il-Viżjonarji, il-Veġġenti u l-Profeti ġenwini tiegħi. Lil dawn, id-Demonji sejrin jippruvaw jisseduċuhom b’duttrina falza. Huma se jgħawġu l-Verità sabiex taqbel mal-modi immorali tagħhom, li mill-qoxra tagħhom ta’ barra, se jkun diffiċli biex wieħed jagħraf min huma.
Is-segwaċi devoti tiegħi, il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) u l-Profeti se jkunu jafu mill-ewwel, min huma dawn in-nies krudili. Huma inkwetanti, sejrin josservaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom bi dwejjaq, iżda dak li se jikkawża l-biża tal-waħx f’qalbhom huwa l-fatt, li tant Insara se jaqgħu għall-personalitajiet ħelwin ta’ dawn il-profeti foloz. Tant dawn se jkunu konvinċenti, li ħafna se jinfluwenzaw lill-istess Qaddejja Sagri, li ddedikaw ħajjithom Lili u lill-Missier Etern tiegħi, u jiġbduhom fin-nasba krudili tagħhom.
Sejħa Lill-Insara Sabiex Iqumu
Dawk is-segwaċi devoti tiegħi, li huma mberkin bil-Grazzji tal-Ispirtu s-Santu, Jien issa qiegħed Insejħilkom. Ħudu l-arma tal-fidi tagħkom u ibqgħu sodi. Sfidawhom lil dawk in-nies. Għallmu lin-nies il-Verità, billi tfakkruhom kontinwament fil-Verità, li tinsab fil-Ktieb ta’ Missieri, jiġifieri, l-Ktieb tal-Verità. Dan it-Tagħlim se jibqa’ għal dejjem. Jista’ jkun diffiċli għalikom uliedi, li tqumu u tiġu magħduda, imma issa jeħtieġ li tisimgħuni: Jekk tagħmlu dan, intom tkunu qegħdin tgħinu l-erwieħ (nies ħajjin). Dawn ħutkom fid-dinja huma l-familja tagħkom. Jiena sejjer Inġibkom ilkoll Miegħi fil-Ġenna tal-Art, li Jiena Wegħedt lil uliedi kollha. Jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, għinuni sabiex ma Nħalli lil ħadd minnkom barra. Inkella sejjer Naqsam Qalbi, jekk ma nkunx nista’ Insalva lil uliedi l-maħbuba kollha. Sejjer jkun permezz tat-talb, is-sagrifiċċju u l-perseveranza min-naħa tas-segwaċi tiegħi kullimkien, li r-Rieda tiegħi, sejra sseħħ.
Ħudu l-Kalċi tas-Salvazzjoni issa f’Ismi. Araw li timxu warajja. Ħalluni Niggwidakom ilkoll. Ħalluni Nħaddankom f’Qalbi, hekk kif ningħaqdu flimkien biex insalvaw lill-umanità mill-Qarrieqi. Ftakru f’dan: Jiena Nħobb lil kull wieħed u waħda minn uliedi, tant li r-rebħa, jekk Jiena ma Nġibhomx kollha għall-Ħajja Eterna, sejra tkun Għalija ħelwa u morra fl-istess ħin, u Lili sejra Taqsamli Qalbi. Qisu li titolbu, titolbu u titolbu issa intom ilkoll, u li tiftakru fil-Kliem li Jiena l-Alfa u l-Omega.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom Ġesù Kristu,
Sultan tad-Dinja u Mħallef Ġust tal-umanità kollha