Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Milied

Is-Sibt, 25 ta’ Diċembru 2010 @ 12:30

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Milied.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Diċembru, 2010, Jum il-Milied, fl-12.30 pm.


Maħbuba binti, għaliex qegħda żżomm lilek inniffsek lura? Ma tafx li inti tinsab Iggwidata kuljum? Inti f’qalbek taf fiċ-ċert, li kull ma trid tagħmel hu li toqgħod bilqiegħda u tiftaħ qalbek, biex imbagħad tisma’ l-Messaġġ tiegħi. Afda Fija. Ċedi lilek innifffsek. Emmen li meta Lili tpoġġini l-fuq mil-biżgħat, l-inkwiet, it-tħassib u l-mistoqsijiet tiegħek, Jien sejjer Inneħħihomlok u inti mbagħad twieġeb kif suppost. Int issa trid twarrab il-ħin tiegħek fil-ġenb, sabiex tagħti kas ta’ dawn il-Messaġġi l-aktar urġenti għall-umanità kollha. Ara li ma toqgħodx taħsibha biex timxi ’l quddiem b’din il-Ħidma l-aktar Sagra. Issa agħti kas ta’ dan, maħbuba binti: Hekk kif l-Insara madwar id-dinja kollha bdew jagħtu ġieħ lit-Twelid tiegħi f’Betlehem, ħafna minnhom sempliċement jagħtu rispett, imma mingħajr l-ebda mħabba vera f’qalbhom. Madankollu, ħafna se jkunu qrib il-Qalb tiegħi. Oħrajn, sempliċement se jmejjlu ftit rashom, jitbissmu u jitkellmu fil-qosor, dwar is-sinifikat ta’ dan iż-żmien l-aktar importanti, fiċ-ċelebrazzjoni tal-akbar Rigal li qatt ingħata lil ulied Missieri, sa mill-bidu nett. Fl-istess ħin, meta wliedi, is-segwaċi devoti tiegħi, jiċċelebraw il-Milied, huma wkoll jiġu distratti mill-vanaglorja u ċ-ċerimonji assoċjati mal-ġid tad-dinja.

Kemm hawn Insara li jispjegaw lil uliedhom is-sinifikat tat-Twelid tiegħi? Kemm minnhom ifakkru lilhom infushom fl-umiltà murija minn Ommi l-Maħbuba, u l-Għarus l-aktar Qaddis tagħha, San Ġużepp? Kemm jifhmu li Jiena sirt Bniedem sabiex Insalva r-razza umana mit-triq tal-Infern? Kien dan il-Messaġġ sempliċi, li ġie mgħawweġ matul is-sekli, u fejn ġie moħbi bit-tlellix, għal għajnejn in-nies. Madankollu, dan ġie rikonoxxut mill-Insara devoti, bħala ż-żmien sabiex jirriflettu fuq il-lealtà tagħhom Lejja, Jiena s-Salvatur tagħhom. Jekk jogħġobkom, Jien Inħeġġiġkom uliedi, sabiex tużaw din il-Festa ħalli titolbu għal dawk kollha fid-dinja, li jeħtieġu jqumu minn ngħas u jindunaw bil-fatt li għandhom Wirt. Hawnhekk ġie riservat post speċjali għal kull wieħed minnhom, jiġifieri fis-Saltna ta’ Missieri, jekk huma jagħżlu li jaċċettaw dan ir-Rigal.


Il-Ħin Tat-Twissija l-Kbira Issa Gie Deċiż

Tant huma mħassba uliedi bl-aħbarijiet deħlin ta’ kull minuta tal-ġurnata, li filwaqt li dawn jistgħu jaffettwawlom ħajjithom, m’għandhom l-ebda konsegwenza għall-Ħajja Eterna. Uliedi, wasal iż-żmien għalikom ilkoll li teżaminaw il-kuxjenza tagħkom issa, qabel it-Twissija l-Kbira, li sejra sseħħ qabel t-Tieni Miġja tiegħi. Għidu t-talb fi kliemkom stess, b’mod sempliċi, biex titolbu għall-Gwida Divina. Il-ħin tat-Twissija l-Kbira issa huwa deċiż. Ibqgħu imqajmin u attenti. Oqogħdu għassa l-ħin kollu.


Is-Salvatur Divin u l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM