Twissija Lill-Dawk li Jemmnu Fija, Sabiex Ma Jiċħdux il-Profeti Ġenwini.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, fit-28 ta’ Diċembru, 2010, fl-11 am.
Maħbuba binti, bħalissa inti qegħda tingħata l-aħħar Messaġġi għall-umanità ħalli huma jixxtarruhom, qabel l-Aħħar taż-Żminijiet, sabiex issalvalhom ruħhom. Bħalissa hemm kotra kbira ta’ Anġli mxerrdin mad-dinja kollha, kif kien imbassar, sabiex iħejju d-dinja għat Tieni Miġja tiegħi. Ħafna minn dawn l-Anġli għandom forma umana, u jixbħu lilek maħbuba binti, fejn huma stess għażlu dan ir-rwol. Iż-żmien tat-twelid u l-iżvilupp tagħhom, kien ippjanat biex jaqbel eżatt bħal minċott, mal-Aħħar Twissija u mal-Aħħar taż-Żminijiet. Bl-istess mod, id-Demonji bħalissa wkoll qegħdin jinħelsu mill-qiegħ tal-Infern. Dawn, meta jiġu fid-dinja, iħajru lin-nies bit-tentazzjonijiet u l-gideb. Huma jiġbdu lejhom lil dawk uliedi li jkunu miftuħa għall-influwenza tagħhom. Huma jinfettaw dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li diġà jinsabu fid-dlam. Id-Demonji jidħlu fl-ispirtu ta’ dawn l-erwieħ, billi jigdbulhom u jikkonvinċuhom li t-twemmin tagħhom Fija, u fil-Missier Etern tiegħi, huwa bla sens.
Dawn in-nies miftuħa għall-influwenza tad-Demonji, m’għandhomx xi dehra ta’ barra minn hawn, li inti tista’ tassoċja ma’ dawk li tikkunsidra bħala xi nies mill-għar. Huma minflok, jidhru li huma nies mimlijin għerf, intelliġenti u ta’ ispirazzjoni. Huma se jkunu wkoll konvinċenti ħafna meta jippridkaw dak li wliedi twajba jqisu bħala l-Verità. Madankollu u sfortunatament, dawn in-nies, mhu se jkollhom l-ebda mħabba f’qalbhom u tridu toqgħodu attenti ħafna mit-tagħlim tagħhom. Issa hawn Jien Irrid Insejjaħ lil dawk li jemmnu Fija: Intom uliedi, permezz tat-talb u l-fidi tagħkom, irċevejtu d-Doni li Jiena nwiegħed lil dawk kollha li jimxu Warajja. Intom qegħdin tiġu mogħtija Doni differenti, fejn kull Don huwa mfassal sabiex iwassal il-Kelma tiegħi skont il-bixra differenti tiegħu.
Osservaw Sew il-Viżjonarji
Għal dawk minnkom li Jiena nagħti d-Don tal-Għarf, sabiex ngħinkom tidentifikaw bejn dawk li jiġu f’Ismi u bejn dawk li jiġu f’isem ix-Xitan (Satana), jekk jogħġobkom, oqogħdu attenti ħafna. Huwa tassew ġust, li intom toqgħodu attenti mill-Profeti Foloz. Madankollu, qatt u qatt ma għandkom tiġġudikaw u taċċettaw lil dawk li jgħidu li jiġu f’Ismi, mingħajr ma l-ewwel tisdudjaw bir-reqqa l-messaġġi tagħhom. Qatt m’għandkom tiġġudikaw bl-addoċċ dawk il-messaġġiera, suppost mibgħuta Minni, skont id-dehra ta’ barra tagħhom. Billi xi ħadd jgħid li qiegħed jitkellem f’Ismi, ma jfissirx li hu hekk, u lanqas li l-ġudizzju tagħkom huwa nfallibli. Oqgħodu b’għajnejkom miftuħa, u ħarsu l-aktar lejn dawk il-Profeti li jsofru redikoli jew li jirrabjaw lil ħaddieħor, meta huma jsostnu li qed jirċievu Messaġġi Divini mingħandi jew minngħand Ommi l-Imbierka. Qisu li ma taqgħawx fit-tentazzjoni li tiġġudikaw il-profeti mill-ewwel, qabel ma tkunu smajtu sew il-messaġġi nfushom. Il-messaġġi tal-Profeti Veri, mhux se jitkellmu biss dwar it-Tagħlim tiegħi, iżda se jkunu relatati mal-Kelma tiegħi, waqt li jkunu mimlija mħabba. Il-messaġġi tagħhom se jgħallmukom kif tgħixu ħajjitkom f’Ismi, sabiex tiksbu is-salvazzjoni.
Huma Jgħallmukom Kif Tgħixu Ħajjitkom f’Ismi, Sabiex Tiksbu s-Salvazzjoni
Araw li qatt ma tinħasdu meta l-Profeti Ġenwini tiegħi, isostnu li qegħdin jirċievu Messaġġi dwar avvenimenti futuri li huma jafu bihom. Tippruvawx tagħmlu d-dnub tal-preġudizzju, billi tiġġudikaw dawn il-Messaġġi skont il-klassi ta’ nies li dawn il-Profeti ġejjin minnha. Dan għaliex xi wħud sejrin jkunu ta’ ftit edukazzjoni. Għalkemm xi wħud minnhom se jkunu l-kontra u jinqalgħu sew biex jitkellmu. Ħafna minnkom mhux sejrin taċċettaw dawn il-Profeti, għaliex ma jaqblux mal-idea tagħkom, dwar kif suppost tkun persuna “qaddisa”. Madankollu, hemm modi kif intom tistgħu isserħu raskom mill-awtentiċità tagħhom. Dawk li jinsabu jikkomunikaw ma’ Ommi l-Maħbuba, fil-biċċa l-kbira tagħhom, iħabbru d-dehriet u jbassaru bl-eżatt id-data u l-ħin. Dawk li jkunu preżenti waqt dawn id-dehriet, ikunu xhieda ta’ ħafna manifestazzjonijiet. Fil-każ ta’ meta l-Messaġġi tiegħi jingħataw lill-umanità kollha, dawn jingħataw lid-dinja mingħajr mal-Profeta jipprova (jew tipprova), jfittex xi glorja għaliħ.
Ġudizzju fuq in-Nies
Fl-aħħarnett, intom li temmnu Fija, minkejja l-lealtà tagħkom Lejja, intom xorta se tiddisprezzaw lil dawk li jħabbru ġrajjiet futuri u tmaqdru lil dawk imberkin bil-Qawwa tal-Fejqan mill-Ispirtu s-Santu. Ieqfu u stenbħu minn nagħas ħelu tagħkom. Dawn il-Profeti se jħarbtu r-rutina tagħkom, għaliex ma jaqblux eżatt mal-grupp li taħsbu li hu qaddis u li intom tippartjenu għalih. Ma jaqblux mal-mod li intom kontu qegħdin tistennew. Mela issa agħtu kas ta’ dan li se Ngħid: Jekk intom tiġġudikaw lil dawn in-nies skont ix-xnigħat u t-tpaċpiċ tal-oħrajn, jew inkella xxandru insinwazzjonijiet, intom ħatja tad-dnub. Id-dnub kontra l-Profeti tiegħi, Lili joffendini bil-kbir. Meta intom tiċħdu l-Viżjonarji u l-Profeti Ġenwini tiegħi, intom tkunu qegħdin tagħtuni dahrkom.
Madankollu, dan huwa eżattament dak li qiegħed jiġri fid-dinja llum, hekk kif aktar Viżjonarji qegħdin joħorġu fil-beraħ. Mhuwiex faċli għal dawk li jemmnu Fija. Ftakru biss li l-Messaġġi tal-Profeti tiegħi, l-ewwel iridu jinqraw, qabel ma tiġġudikawhom, u dan jinkludi anke għal dawk il-messaġġi li jistgħu jiġu mill-profeti foloz. Itolbu għal Gwida tiegħi meta tkunu qegħdin tikkunsidraw dawn il-messaġġi. Il-Messaġġi awtentiċi sejrin ikunu mimlija mħabba. Fuq kollox, huma jkunu sodi fl-awtorità tagħhom. Messaġġi li jmorru kontra dak kollu li tgħallimtu dwar it-Tagħlim tiegħi u dawk tal-Appostli tiegħi, irrispettivament minn kemm huma sottili, dawn għadhom jiġu evalwati minnkom faċilment.
Tibqgħux Siekta Dwar il-Fidi Tagħkom Fija
Morru issa wliedi u iftħu qalbkom għall-Profeti tiegħi. Huma jinsabu hemm biex jagħtukom l-assigurazzjoni li wasal iż-żmien Għalija sabiex Inħejjikom ilkoll sabiex titkellmu f’Ismi. Ftakru li l-glorja tingħata lil dawk il-Profeti tiegħi li jitkellmu, minkejja l-umiljazzjoni u d-disprezz li jkollhom jissaportu. Il-kastig, madankollu, se jingħata lil dawk li jgħidu li jimxu Warajja iżda li jibqgħu siekta dwar il-fidi tagħhom Fija, imma li min-naħa l-oħra imbagħad, malajr jitkellmu kontra l-Viżjonarji Ġenwini tiegħi. Intom f’qalbkom tafu, li dawk li kkundannajtu qegħdin jitkellmu dwar ġrajjiet li sejrin jseħħu tassew, għaliex intom dawn ssibuhom diffiċli ħafna sabiex taċċettawhom. Intom tistgħu tistaqsu: Imma għaliex is-Salvatur tiegħi, Ġesù Kristu qiegħed Jaħdem permezz ta’ individwi bħal dawn? Wara kollox, dawn mhumiex xi segwaċi qaddisin, skont l-idejat tagħna! Mela allura, il-mistoqsija Tiegħi lilkom hija din: Mela allura, għaliex temmnu li dawk il-ftit magħżula biss, li jiddedikaw ħajjithom għat-talb, għandhom xi awtorità li jkeċċu l-barra miċ-ċrieki tagħkom stess, lil dawk li jkunu qegħdin jitkellmu? Jaqaw intom ma tgħallimtu xejn? Kif ma tistgħux tifhmu li anke dawk li jqattgħu ħajjithom iddedikati għat-talb, jistgħu wkoll jaqgħu vittma tal-Qarrieqi?
Il-Profeti Ġenwini Tiegħi Se Jkunu Mibgħuda
Intom tridu tiftakru, li Jien ukoll ġejt Irridikolat, Imżeblaħ, Miċħud u Iddisprezzat mill-Anzjani u l-Qassisin meta Kont fid-Dinja. Jekk Jiena kont Mibgħud, allura tistgħu tibqgħu ċerti li anke l-Profeti Ġenwini tiegħi, se jkunu l-aktar nies mibgħuda, kif ukoll se jkunu onorati f’postijiet oħra. Imisskom tisħu intom ilkoll. Il-Profeti tiegħi, għalkemm mhux sejrin jitwieldu fil-gruppi tagħkom, xorta waħda tridu tonorawhom. Sejrin jkunu l-aktar Profeti improbabbli minħabba l-ħajja li għexu. Xi wħud se jiġu minn passat fqir. Xi wħud sejrin jiġu minn passat aktar għani. Xi wħud se jiġu bi ftit li xejn edukazzjoni, filwaqt li oħrajn, sejrin jitwieldu bid-Don tal-kitba. Dawn huma l-Profeti Magħżula tiegħi. Qisu li intom tisimgħu sew leħinhom qabel ma taqbdu u tikkundannawhom.
Issa mela araw li titolbu għalihom. Itolbu li l-Kelma tiegħi, mogħtija lil dawn il-Profeti, ma tiġix miċħuda. Araw li ma tiċħdux il-Kelma tiegħi intom ukoll. Dawk li ma jemmnux, dejjem se jippruvaw jiskreditaw dawn l-erwieħ kuraġġużi, li jħabbru l-Kelma tiegħi b’leħen għoli, għaliex dan huwa mistenni. Huwa meta dawk li jemmnu Fija, u speċjalment dawk fil-gruppi tat-talb, kunventi u ministeri oħra, li jiċħdu bil-miftuħ lil dawk il-Viżjonarji Ġenwini tiegħi, meta Qalbi tinqasam fi tnejn. Isimgħu Kliemi: Huma qatt mhuma sejrin jitbiegħdu mill-Verità, mhux aktar minnkom, intom is-segwaċi għeżież tiegħi, fejn tistgħu iddawwru il-Verità biex taqbel mal-interpretazzjoni tagħkom. Qisu li tiftħu għajnejkom. Stenbħu. Is-sinjali issa bdew jidhru biex kulħadd jarahom. Intom, dawk li temmnu Fija, m’għandkomx ħafna żmien. Isimgħu. Itolbu. Ingħaqdu u xandru l-Kelma tiegħi, magħqudin ħaġa waħda, sabiex issalvaw l-erwieħ qabel ma dan iż-żmien jiġi fi-tmiem tiegħu.
Kristu l-Maħbub tagħkom,
Ġesù s-Salvatur u l-Imħallef Ġust