Il-Midja u Ċensuri Oħra li Waslu Biex Iseħħu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, fl-1 ta’ Jannar, 2011, fis-2am.
Maħbuba binti, wasal iż-żmien sabiex għal sena oħra, wliedi l-maħbuba jitgħallmu aktar Minni, dwar kif għandhom jadattaw ħajjithom, sabiex meta Niġi bħala Mħallef, il-bnedmin kollha jkunu lesti. Uliedi sbieħ tiegħi, intom, li Jiena lilkom ilkoll inżommkom qrib Qalbi Mqaddsa, issa tridu tisimgħu Minni. Jiena qatt mhu sejjer Nabbandunakom meta tagħrfu Lili u l-Verità tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida, jiġfieri l-Wegħda li Jiena Għamiltilkom ilkoll, qabel ma Mit fuq is-Salib għal dnubietkom. Iż-żmien issa qiegħed joqrob sew, maħbubin uliedi. Araw li ma tibżgħux. Jekk intom tħobbuni u temmnu Fija, minn xiex għandkom tibżgħu? Għax l-imħabba mhix biża’. L-imħabba hija ferħ u hena, u dawn huma għalikom ilkoll li temmnu fil-Ħajja Eterna. Fil-Ġenna m’hemm xejn minn xiex tibżgħu. Jien Inħobbkom ilkoll.
Ir-Rwol ta’ Omm Alla fit-Tieni Miġja ta’ Kristu
Ommi l-Maħbuba, li kienet responsabbli waqt li Ħadet il-Kalċi tal-Aċċettazzjoni tal-Eżistenza tiegħi, fil-mument tal-Konċepiment tiegħi, sabiex Tħabbar bidu ġdid għall-umanità, issa sejra Tħabbar ukoll it-Tieni Miġja tiegħi. Jiena sejjer Nifdi lil dawk kollha li jduru Lejja għall-Ħniena. Ommi, Mibgħuta mill-Missier Etern sabiex Iġġib il-Fidwa u s-Salvazzjoni lid-dinja, issa sejra Tkun Miegħi għal din it-tieni darba. Ommi l-Maħbuba, l-Anġlu tad-Dawl, issa sejra Titrijonfa, sabiex Twassal il-Ħniena tiegħi, u Tħabbar it-Tieni Miġja tiegħi fid-dinja. Id-Devota Ommi, l-Immakulata Kunċizzjoni, bħala Medjatriċi, sejra tgħin sabiex Tipprepara lid-dinja għat-Tieni Miġja tiegħi. Hija ilha Tipprepara l-umanità għal ħafna sekli, iżda issa, f’dawn l-aħħar 100 sena, ilha tipprova Tnissel Imħabba f’qalbkom, Lejja u Lejn il-Missier Etern tiegħi, sabiex tħeġġeġ din l-Imħabba, li xi kultant tkun staġnata.
Kien hemm żmien, meta Ommi, permezz ta’ Manifestazzjoni Divini, kienet tiġbed l-attenzjoni tad-dinja. Sfortunatament minn Fatima u Garabandal ’l hawn, ftit mill-Qaddejja Sagri (Saċerdoti) tiegħi, qegħdin jieħdu dawn id-dehriet Divini tagħha bis-serjetà. Lanqas il-Viżjonarji tagħha, il-ftit magħżula, ma huma qegħdin jittieħdu bis-serjetà. Din id-darba, hekk kif tibda din is-sena 2011, ħafna bidliet fid-dinja, issa waslu biex iseħħu. Dan għaliex id-dinja, uliedi, kif darba kontu tafuha, issa waslet biex tinbidel.
Il-Konnessjoni tas-Sigriet ta’ Fatima mal-Futur
Ħafna minnkom, erwieħ innoċenti u ta’ min jafdakom, ma jirnexxilkomx tifhmu l-ħażen li dalwaqt se jiżvolġi. Uliedi, u hawn Jien Ninkludi lil dawk minnkom li qegħdin taqraw dawn il-Messaġġi għall-ewwel darba, minħabba l-kurżità, u li forsi għaddejjin minn vojt fil-ħajja spiritwali tagħkom, isimgħuni issa: Intom u ħutkom, bħalissa qegħdin tiġu mmexxija f’dinja ddettata minn ċertu grupp, imbassar fl-aħħar Sigriet ta’ Fatima, fejn intom m’intomx tindunaw bih, imma fejn dalwaqt sejrin issibu dan li ġej:
(1) Fluskom se jsiru ma jiswew xejn, u l-uniku mod kif tixtru jew tbigħu se jkun biss bid-deheb jew bil-fidda.
(2) Se jkollkom bżonn titolbu fi gruppi u ssibu Qaddej Sagru (Saċerdot), kuraġġuż biżżejjed, sabiex iqum fuq saqajh quddiem il-persekuzzjoni.
(3) Tridu issibu post ta’ kenn sigur fejn tiltaqgħu biex titolbu, għaliex il-knejjes tagħkom sejrin jinbiegħu għall-flus.
(4) Għożżu l-Iskrittura, forsi għadkom qatt ma qrajtuha qabel, imma araw li jkollkom kopji bizzejjed, għaliex se jkun impossibbli li jinxraw fil-futur.
(5) Waqqfu gruppi ta’ talb biex titolbu għas-salvazzjoni tal-umanità. Fi żmien tliet snin oħra, intom se tifhmu għaliex dan huwa importanti.
Iċ-Ċensura tal-Midja
Lill-midja, Jien għandi dan x’ngħid: Bħala komunikaturi mad-dinja, l-arroganza li qegħdin turu llum se tinbidel f’disperazzjoni, fejn il-kelma tagħkom ma tibqax tinstema’. Intom ukoll dalwaqt sejrin tindunaw bl-importanza tat-talb, meta l-umanità titbiegħed mill-Verità. Il-kelma tagħkom illum xorta tista’ tirrappreżenta l-Verità importanti u indipendenti. Imma dan id-Don issa sejjer jittieħed mingħandkom. Minflok, din il-Verità issa se tkun moħbija mill-umanità minħabba d-dittatorjat li intom dawaqt sejrin taraw waqt it-Tribulazzjoni l-Kbira. Imbagħad, il-kelma tagħkom se tiġi miċħuda bl-istess mod, bħalma qiegħda tiġi miċħuda Kelmti stess.
Il-‘Kanal Sigriet’ tal-Komunikazzjoni
Lilkom il-midja, ħadd mhu se jismagħkom, għaliex l-unika kelma mogħtija lill-umanità, li sejra jkollha xi forma t’impatt, se tkun dik mill-Kanal Sigriet mogħti lid-dinja permezz tat-teknoloġija. Intom se ssibu ruħkom fid-deżert u sejrin tispiċċaw tippruvaw tikkomunikaw ma’ dinja li ma temminx, l-istess kif Qiegħed Nagħmel Jien f’dan il-mument, meta mbagħad l-kelma tagħkom ma jagħtux kasha aktar.
Oqogħdu Attenti mid-Dittaturi
Intom il-midja, qisu, li ma tibżgħux, irrispettivament minn liema triq intom mixjin lejn Alla, isimgħuni issa: Iġġieldu lil dawk li jimponu d-dittatorjat fid-dinja tagħkom, għaliex huma ġejjin mix-Xitan (Satana). Araw li qatt ma tħallihom iqarrqu bikom, iħallsukom kemm iħallsukom sabiex tirrapportaw il-gideb. Huma se jiffaċċjaw il-kundanna eterna, dlament li ma jindmux. Għalkemm iż-żmien, mhuwiex favur tagħhom. Qisu li tiġġieldu għal-libertà li tirrapportaw l-inġustizzji li taraw. Ma jimpurtax jekk temmnux Fija jew le, għaliex meta taraw din il-profezija seħħ, allura sejrin tindunaw bil-Verità tat-Tagħlim tiegħi.
Il-Ktieb tal-Apokalissi
Illum, f’dinja li tista’ tidher imħarbta u imweġġgħa, minħabba l-kollass ekonomiku, huwa faċli li temmnu li l-affarijiet se jkunu kollox sew. Iva wliedi, fil-passat dik kienet tkun suppożizzjoni naturali, imma issa mhux aktar hekk. Il-Pjan imfassal minn Grupp ewlieni ta’ organizzazzjonijiet madwar id-dinja u f’kull pajjiż, magħqudin sew flimkien ta’ ħbieb li huma, u ta’ oriġini Satanika, issa huma lesti biex joħorġu. Dawk fostkom, li ma jemmnux Fija, issa fl-aħħar se tifhmu l-profeziji li jinsabu fil-Ktieb ta’ Missieri u fil-Ktieb tal-Apokalissi. Araw li ma tibżgħux uliedi. Duru Lejja u tkellmu Miegħi privatament, fi kliemkom stess u Jiena Nagħtikom il-Qawwa, it-Tama u l-Enerġija sabiex tgħixu u tgħaddu minn dan iż-żmien mudlam fl-istorja tal-umanità.
Dawk minnkom li bħalissa tinsabu taqraw dan il-Messaġġ, aħsbuha sew. Jekk qegħdin tiddubitaw il-kontenut, imbagħad ħarsu madwarkom u iddeċiedu jekk almenu tazzardax tikkunsidraw is-sinjali li hemm. Qegħdin tinnotaw, li l-libertà tal-għażla ħielsa tagħkom, mogħtija lilkom bħala Don mingħand Missieri l-Etern, issa qed tiġi mbagħbsa? Jiena, u Missieri l-Etern, qatt mhu se nindaħlu f’dan id-Don Divin, Rigal daqshekk Sagru. Imma jekk il-bniedem jiddeċiedi li jaċċetta lix-Xitan u l-fjammi tal-Infern, mela ħa jkun hekk. Alla, Missieri l-Etern, ma jistax jipprevjeni din l-għażla. Madankollu, x-Xitan se jipprova jieħu dan ir-Rigal tal-għażla ħielsa mingħandkom. Meta ssibu li l-għażla ħielsa tagħkom qiegħda tinsteraq mingħandkom, permezz ta’ forzi qawwija li fuqhom intom m’għandkom l-ebda kontroll, allura mbagħad sejrin tintebħu li huwa d-Demonju li jinsab wara dan kollu.
Ix-Xitan Mhu Se Jirbaħ Qatt
Jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, kunu dejjem attenti wliedi prezzjużi. Araw li ma taqtgħux qalbkom. Jekk numru biżżejjed minnkom titolbu u tqumu fuq saqajkom, intom se ssalvaw l-erwieħ (nies ħajjin). Ix-Xitan u l-armata tiegħu, qatt mhu sejrin jirbħu. Dawn ma jistgħu qatt. Din hija xi ħaġa mpossibbli. Alla biss għandu l-Qawwa li jtemm dan il-kunflitt terribbli. Jiena, is-Salvatur u l-Imħallef maħtur tagħkom, qiegħed Inħeġġiġkom issa, sabiex tqumu fuq saqajkom, tkunu kuraġġużi u tiġġieldu għal dak li hu sewwa f’qalbkom, anke jekk tbatu l-biża’. Madankollu, l-biża’ tingħatalkom mix-Xitan. Il-biża’ qatt ma titpoġġa f’qalbkom Minni jew minn Missieri l-Etern. Intelqu u iftħu qalbkom għall-imħabba u mhux għall-biża’. L-imħabba tiġi minn Alla. Digà Għedtilkom, li l-imħabba mhix xi ħaġa li tħossu, imma li tiftħu qalbkom. L-imħabba u Alla, il-Missier Etern u l-Ħallieq ta’ din id-dinja, jimxu id f’id flimkien. Ma jistgħux jiġu separati. Meta jkunu separati, allura x-Xitan ikun qiegħed jaħdem. Morru issa wliedi u ddeċiedu. Xi Tridu? Li l-Imħabba taħkimkom permezz tal-Qalb Imqaddsa tiegħi, jew il-biża’? Id-deċiżjoni hija tagħkom.
L-Għalliem Divin tagħkom,
Is-Salvatur u l-Imħallef Ġust tal-Ħniena