Kif it-Twissija l-Kbira Hija Rigal lill-Umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, fit-2 ta’ Jannar, 2011, fid-9.45 pm.
Għaliex Dawn il-Messaġġi Huma tal-Biża’?
Maħbuba binti, meta n-nies jisimgħu dawn il-Messaġġi, huma se jiddubitawhom, jisfidawhom u jtertquhom f’biċċiet. Għar minn hekk, se jiddsiprezzawhom u jistaqsu dawn il-mistoqsijiet: Għaliex dawn il-Messaġġi ma jitkellmux fuq il-ferħ u l-hena? Għaliex huma daqshekk tal-biża’? Kif jista’ jkun li din attittudni tal-komunikazzjoni mad-dinja, ġejja minn Ġesù Kristu? Aħna ċerti li Ġesù Kristu jippriedka l-imħabba, u mhux it-twerwir? It-Tweġiba tiegħi għal dawn l-akkużi hija sempliċi: Huwa għaliex Jien Inħobbkom ilkoll, li Jiena issa sejjer Nurikom il-Ħniena tiegħi permezz ta’ dawn il-Messaġġi. Jiena issa sejjer niġi, l-ewwel nett bħala Salvatur għal kulħadd, sabiex Neħliskom, sabiex kulħadd ikun jista’ jibbenefika mis-Salvazzjoni. Il-Mewt tiegħi fuq is-Salib kienet sabiex Nagħtikom dan it-tieni ċans sabiex tidħlu fis-Saltna ta’ Missieri. Dan għaliex din id-darba, Jiena se niġi lura bħala l-Imħallef Ġust. Lilkom lkoll issa, permezz tal-Imħabba tiegħi għalikom, qabel xejn qed tintwerew Ħniena Minni. Din il-Ħniena, tieħu l-forma ta’ Twissija minn qabel, sabiex tgħinkom terġgħu tirranġaw ħajjitkom, qabel ma Jiena Nerġa’ Niġi lura f’Jum il-Ġudizzju. Mill-Kompassjoni tiegħi għal kull wieħed u waħda minnkom, issa Jiena qiegħed Nagħtikom l-aħħar ċans, sabiex tiftħu qlubkom u tgħixu ħajjitkom kif suppost tgħixuha.
Il-Ferħ fid-Dinja ma Jistax Jitqabbel Mal-Ferħ fil-Ġenna
Issa araw li tagħtu daharkom lid-dnub, indmu u erġgħu skopru t-talb f’ħajjitkom. Huwa permezz tal-Ħniena li Jiena rrid Inwissikom dwar il-Verità. Il-ferħ li intom temmnu li hu nieqes mill-Messaġġi tiegħi, huwa dovut għall-fatt li, l-umanità tat daharha lill-Ferħ Veru. Il-ferħ li jinħass fil-Ġenna ma jistax jitqabbel, mal-hekk imsejjaħ ferħ li intom tesperjenzaw fid-dinja. Il-ferħ tad-dinja, jekk ikun ġej mill-imħabba vera, se jkun safi. Imma l-ferħ li ġej mill-ġid tad-dinja ma jfisser xejn. Uliedi, sfortunatament, il-ferħ li Jiena suppost Inħoss meta Nħares lejkom, itir mill-ewwel, minħabba dak li Jiena qiegħed Nara fid-dinja llum. Dan għaliex dak kollu li intom tgħożżu, ġej minn kemm tipossedu ġid fid-dinja, jew mill-unuri ta’ dawk li jfaħħrukom. Ftit ħin huwa ddedikat minnkom, sabiex tippreparaw ruħkom għall-ħajja li jmiss.
It-Twissija l-Kbira Hija Rigal
Il-Ħniena tiegħi qiegħda tingħatalkom bħala Rigal. Qisu li taċċettawha. Iggustawha. Ersqu Lejja, intom ilkoll. Jien id-Dgħajsa tas-Salvataġġ tagħkom f’baħar tan-nar li huwa mimli kurrenti u splużjonijiet mhux mistennija. Jew issalvaw lilkom infuskom issa, jew inkella se tinbelgħu mill-kurrenti ta’ kobor bla qies, li f’każ li intom tiddeċiedu fl-aħħar minuta, u taċċettaw li titilgħu fuq din id-dgħajsa tas-salvataġġ, abbli mhux se jkollkom saħħa biex titilgħu fiha.
Il-Purifikazzjoni fid-Dinja Tkompli
Jien issa Għajjejt uliedi. Nipprova kemm Nipprova Nikkomunika magħkom, ħafna minnkom xorta tagħlqu widnejkom torox. Anke s-Saċerdoti tiegħi mhumiex jisimgħu s-Sejħa tiegħi, meta Jiena tant Nixtieq Niżvela l-Ħniena tiegħi. Hekk kif il-Purifikazzjoni fid-dinja qiegħda tkompli żżid fil-ġirja tagħha, issa huwa ż-żmien li intom ssejħuli, uliedi.
Terremoti u Diżastri Globali Oħra
Araw qatt ma tibżgħu mill-maltempati, mit-terremoti, mit-tsunamis, mill-għargħar, mill-vulkani u mill-mewġ tas-sħana, li sejrin jinżlu fuq id-dinja, sabiex jgħinu jwaqqfu lill-Antikrist u driegħ tiegħu. Is-segwaċi tiegħi se jkunu siguri fl-għarfien ta’ dak li hemm jistenniehom fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida, li sejra sseħħ meta s-Sema u l-Art jingħaqdu flimkien, bħala ħaġa waħda. Dawn l-affarijiet iridu jiġru. Ma jistgħux jitwaqqfu għaliex ġew imħabbra. Dawn l-avvenimenti, madankollu uliedi, se jkunu qosra u ta’ biss ftit mumenti.
Intom, dawk li temmnu Fija, sejrin tiġu ppremjati għall-fidi u l-ħila li tissaportu, quddiem oppożizzjoni enormi. Il-ferħ mela, għalikom uliedi, se jkun diffiċli biex tifhmuh. Dawk minnkom li tinsabu fid-Dawl, sejrin tkunu mgħottija bil-glorja u l-imħabba li qegħdin jistennewkom. Dawk minnkom li tinsabu fid-dlam, mhux se tkunu tistgħu tissaportu d-Dawl. Forsi tixtiequ tagħmlu dan, imma d-Dawl se jweġġagħkom tant, li jkollkom tinħbew. Imma fejn? Għaliex m’hemm imkien fejn tistgħu tmorru, ħlief fil-moħba tal-għar mudlam, li huwa mmexxi mis-Sultan tad-Dlam innifsu, jigġfieri d-Demonju. Dan huwa dak li tridu?
Kif ix-Xitan Jaħdem Permezz tan-Nies
Intom qegħdin tifhmu sew dan it-twerwir li bħalissa ġej mill-Qarrieqi? Kif mhux qegħdin tindunaw li hu jinsab moħbi wara kull att ta’ egoiżmu, ta’ regħba u ta’ mħabba għalikom infuskom? Waqt li intom tinsabu tgħixu f’dak kollu li temmnu, jiġfieri f’ħajja eċċitanti, mimlija gost u impenjattiva tagħkom, fejn tonfqu, tieklu, tilbsu b’mod vanituż, u kontinwament tfittxu aktar divertiment, intom m’intomx qegħdin tindunaw minn hemm wara dawn l-azzjonijiet tagħkom.
Dik il-vuċi sigrieta fikom, li intom ma tistgħux tisimgħu, imma tħossuha biss, jiġifieri meta tħossu xewqa kbira sabiex taġixxu, li tħeġġiġkom biex tfittxu, tfittxu u tfittxu aktar pjaċir, aktar gost u aktar eċċitament, ġejja mid-Demonju. U dan irrispettivament minn kemm l-azzjonijiet tagħkom iġegħlukom titbissmu, tidħqu u ċċapċpu idejkom bl-eċċitament. Dan ma jiswa xejn. Dawn ix-xewqat qawwija, huma mfassla biex jgħinukom tfittxu s-sodisfazzjon personali kontinwament. Imma dan kollu x’jiswa? Tgħid intom, se tibqgħu tħossukom daqshekk tajjeb anke meta jkun għadda kollox? Dażgur li le. Meta intom tieqfu u tistaqsu lilkom infuskom: X’jiġri kieku ma nkunux nistgħu nibqgħu nagħmlu dawn l-affarijiet? Imbagħad x’se jiġri? Ikun jimporta? Għall-ewwel iva, forsi jkun frustranti wkoll, imma huwa biss, meta tispiċċaw li ma jkun baqagħlkom xejn, u fejn jkollkom bżonn taħsbu biss fuq kif se żżommu lilkom infuskom ħajjin. L-ikel imbagħad se jsir aktar importanti mill-oġġetti materjali mimlijin pjaċir. Imbagħad meta jispiċċa l-ikel u ssibu ruħkom bil-ġuħ, tindunaw, li l-ebda waħda minn dawk l-attrazzjonijiet ta’ qabel ma jimpurta aktar. Din hija l-purifikazzjoni li issa se sseħħ dalwaqt fid-dinja. Permezz ta’ din il-purifikazzjoni, li hija forma ta’ tindif, intom se terġgħu issiru sħaħ. Imbagħad, u mbagħad biss, intom tkunu lesti li taċċettaw il-Verità.
Kif Satana Jħallikom Tħossukom Vojta Minn Ġewwa
Uliedi, intom m’intomx qegħdin taraw lix-Xitan jaħdem. Le ma tistgħux tarawh, imma madankollu, hu jqatta’ l-ħin kollu tiegħu jipprova jisraqkom Minni. Hu qiegħed jikkawżalkom uġigħ terribbli uliedi. Fit-tentazzjonijiet kollha li jpoġġi quddiemkom, hu jinqeda bil-ġibda tad-dinja għal-flus, għas-sbuħija, għall-ġid materjali u għat-talenti, fejn dawn jiġi aċċettati minnkom minħabba r-regħba u x-xewqa. Intom temmnu li meta tkunu akkumulajtu dawn l-affarijiet kollha, sejrin tħossukom sodisfatti, u hemmhekk ma jkun jonqoskom xejn aktar. Sfortunatament dan mhux veru. Din hija l-gidba li x-Xitan juża biex jaqbadkom fin-nassa tiegħu. Jekk imbagħad xi ħadd minnkom jirnexxielu jasal biex jipposedi ġid kbir, imma fl-aħħar, għal xi raġuni jew oħra, jitlef kollox, allura hu għandu jkun grat. Dan għaliex huwa biss meta intom tinżgħu kull pussess dinji li intom tistgħu verament tħalluni nidħol f’qalbkom.
Messaġġ lill-Għonja
Għal dawk minnkom li għandhom il-ġid, Jiena ma nikkundannakomx. Billi għandkom il-kumditajiet materjali, ma jfissirx li m’intomx mixjin fit-triq it-tajba. Imma intom għandkom ir-responsabbiltà li taqsmu ma’, u tieħdu ħsieb dawk li huma inqas fortunati minnkom. Dan huwa d-dmir tagħkom. Mhuwiex il-ġid jew il-kumditajiet materjali li huma ħżiena. Mhuwiex il-ferħ u d-daħk li tesperjenzaw meta tgawdu l-ħajja li huma ħżiena. Huwa meta l-ġid issir ossessjoni, u meta x-xewqa tagħkom għal ħajja lussuża issir aktar importanti mil-fidi tagħkom stess u l-ġid tal-oħrajn, li dan ikollu jsir offiża f’Għajnejn Missieri. Il-ġid, id-djar, il-ħwejjeġ u dak kollu li tippossedu huma bħas-sħab li jgħaddi fis-sema. Minuta qegħdin hemm, u minuta wara jisparixxu. Ma tistgħux teħduhom magħkom fil-ħajja li jmiss. Hija ruħkom li intom sejrin tieħdu magħkom. Ħudu ħsieb ruħkom, uru imħabba lejn xulxin u lejn dawk li jikkawżawlkom inkwiet f’din il-ħajja. Segwu t-Tagħlim tiegħi. Itolbu għall-Ħniena tiegħi. Imbagħad biss intom tkunu tistgħu tingħaqdu Miegħi fl-Art il-Ġdida, li hija l-Ġenna fid-dinja. Titilfux dan il-wirt tagħkom u postkom fis-Saltna ta’ Missieri.
Il-Maħbub Ġesù Kristu tagħkom