Erfgħu s-Salib Tiegħi, Kif Għandkom Tgħixu Ħajjitkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, fis-16 ta’ Jannar, 2011, fit-3pm.
Iva, maħbuba binti, huwa Jien. Kienet triq twila ta’ tagħlim għalik u inti se tkompli timtela bl-għarfien tal-Verità permezz tad-Don tal-Ispirtu s-Santu, li jimla lir-ruħek.
Binti, jekk jogħġbok kun żgura, li dawn il-Messaġġi, li huma taħlita ta’ twissijiet ta’ dak li għandu jiġri minn qabel, ta’ profeziji, u ta’ ġabra fil-qosor tat-Tagħlim tiegħi, se jinfirxu f’kull rokna tad-dinja. Huwa essenzjali, li wliedi jifhmu l-modi kif huma jistgħu jħejju ruħhom, sabiex jifdu lilhom infushom f’Għajnejn Missieri.
It-Tiġdid Spiritwali Qed Iseħħ fid-Dinja Bħalissa
Bħalissa, qed titfaċċa devozzjoni u unur Lejja, lejn Missieri l-Etern, lejn l-Ispirtu s-Santu u lejn Ommi l-Maħbuba, u dawn qegħdin iseħħu fid-dinja issa stess. Għalkemm għadu ma jidhirx b’mod ċar, dan it-tiġdid spiritwali qawwi, se jgħin biex jipproteġi lil uliedi, anke lil dawk li jagħtu daharhom Lili kull fejn jinsabu. L-Evanġelju issa se jergà jiġi skopert, hekk kif in-nies se jibdew iħossu l-ġuħ għall-Verità. Hekk kif il-purifikazzjoni se tiżdied b’mod kostanti, u tinfirex aktar madwar id-dinja kollha, hekk ukoll dawn l-erwieħ (nies ħajjin), vojta mill-imħabba Għalija, se jerġgħu jiftħu qlubhom.
Hekk kif l-imħabba se tiżvolġi, permezz tad-dawl tas-segwaċi tiegħi, l-effetti tad-Demonju u l-imġieba ta’ dawk li hu jinfesta, se jiddgħajfu. Imma d-Demonju se jirritalja.
Il-Jiem tax-Xitan Huma Magħduda
Hekk kif jiemu fuq din l-art qegħdin jonqsu ma’ kull siegħa, huwa se jipprova jikkaġuna kemm jista’ ħsara. Is-segwaċi tiegħu, se jħaffu l-attivitajiet tagħhom u jqumu immedjatament, sabiex ixerrdu l-krudeltà ma’ kullimkien. L-azzjonijiet tagħhom se jkunu terribbli għal kull min jarahom u intom se tkunu mistagħġba tarawhom quddiem għajnejkom, imma dawn se jdumu għal żmien qasir.
Il-fidi uliedi, imsaħħa permezz tat-talb regolari u ta’ kuljum, se teqred dawn l-atroċitajiet. Erġgħu lura wliedi, u skopru mill-ġdid it-Tagħlim tiegħi. Erġgħu ġibuni lura f’ħajjitkom. Daħluni f’qalbkom għal darb’ oħra, sabiex Jien inkun nista’ nżommkom f’Dirgħajja. Ħalluni Niggwidakom lejn il-perfezzjoni spiritwali, sabiex tkunu ppreparati għall-Ħajja Eterna meta l-Art u s-Sema se jingħaqdu bħala ħaġa waħda.
Imitawni uliedi f’ħajjitkom, u ta’ kuljum. Erfgħu s-Salib tiegħi, anke meta l-piż ta’ dan jista’ jidher kbir wisq. Araw li qatt ma tibżgħu taċċettaw is-Salib tiegħi, għax Jiena nippermettilkom iġġorru biss dak li intom kapaċi tifilħu.
It-Tifsira tat-Tbatija f’Din il-Ħajja
Meta intom tbatu f’din il-ħajja, tkunu qegħdin iġġorru s-Salib tiegħi. Għandkom żewġ għażliet. Jekk tiċħdu s-Salib tiegħi, tilmentaw u tkunu imdejqin minħabba fih, allura t-tbatija tibqa’ tiżdied. Mill-banda l-oħra, jekk taċċettaw is-Salib, u toffru t-tbatija tagħkom biex issalvaw l-erwieħ, allura dan huwa rigal mill-isbaħ Għalija. Jekk taċċettaw din it-tbatija, il-provi u t-tribulazzjonijiet bil-ferħ, allura t-tagħbija tagħkom issir eħfef. Jiena se ngħinkom iġġorruha. L-uġigħ imbagħad jittaffa, u jsaltnu l-paċi, l-imħabba, il-ferħ u l-hena safja fikom.
Għixu Ħajja Sempliċi
Għixu ħajja sempliċi uliedi, u agħmlu kollox bil-moderazzjoni. Meta tieklu, tixorbu, torqdu, tistrieħu u sserħu lilkom infuskom, kunu ċerti li dan tagħmluh bil-moderazzjoni. Ladarba l-bżonnijiet fiżiċi tagħkom ikunu sodisfatti, intom m’għandkomx tkomplu tfittxu għal aktar, għaliex dan ixekkel l-ispirtu tagħkom. Il-Penitenza uliedi, hija essenzjali biex tersqu eqreb Lejja. B’dan, Jien irrid infisser sagrifiċċju personali. Is-sawm huwa biss eżempju wieħed ta’ penitenza. Jien ippriedkajt dwar l-importanza tal-penitenza matul iż-Żmien tiegħi fid-dinja. Hekk ukoll għamel il-profeta prezzjuż tiegħi San Ġwann il-Battista.
Jiena, meta Somt għal 40 jum, għamilt dan biex nagħtikom eżempju. Huwa biss is-sawm uliedi, li jgħinkom tkeċċu d-Demonju.
Għeżież uliedi, għandkom ħafna quddiemkom. Għadkom ma tistgħux tifhmu x’se jkun meħtieġ minnkom fis-snin li ġejjin. Huwa importanti, sadanittant, li tersqu eqreb Lejja, sabiex tkunu ppreparati għall-provi li ġejjin u li l-Insra se jiffaċċjaw madwar id-dinja.
Morru fil-Paċi.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu