Ippreparaw għat-Twissija l-Kbira: l-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Jannar, 2011, fil-00.15 am.
Illejla, maħbuba binti l-għażiża, inti ngħatajt il-Grazzji sabiex tissaħħaħ, ħalli tkompli b’dan ix-Xogħol sagru Tiegħi. Permezz tad-devozzjoni tas-segwaċi għeżież u maħbubin tiegħi, li ilhom jitolbu bil-qawwa għalik, int binti, sejra timxi 'l quddiem b’ħeffa, sabiex tlesti l-Ktieb tal-Verità. Tkun kemm tkun distratta, inti xorta se ssibha diffiċli li tirrifjuta dan id-dmir tiegħek Lejja. Dan Lili Jogħġobni, imma issa m’għandniex ħafna ħin.Id-dinja, binti, qegħda tingħata dan ir-Rigal speċjali, il-Ktieb tal-Verità, sabiex Jiena Nuri lil uliedi x’għandhom bżonn jagħmlu issa minn qabel, ħalli jippreparaw għat-Twissija l-Kbira, jiġfieri l-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza, li sejra tingħata lill-umanità, sabiex tgħinhom iħejju b’mod adegwat għat-Tieni Miġja tiegħi.Lil dawk li ma jemmnux Fija, xorta hemm bżonn li jingħataw iċ-ċans li jaqraw il-Verità. Meta jseħħ dan l-avveniment, wara li dawn il-Messaġġi jingħataw lid-dinja, in-nies sejrin jifhmu l-awtentiċità tal-Kliem tiegħi mogħti permezz tiegħek binti, sabiex Insalva l-umanità.
Dawk Kollha li Għandhom Aktar Minn 7 Snin, Sejrin Jesperjenzaw Avveniment Mistiku
Ara li qatt ma tħossok imweġġgħa meta n-nies jinjoraw dawn il-messaġġi, binti. Sempliċiment kun grata li huma qegħdin jingħataw dan ir-Rigal. Huma sejrin jifhmu l-Verità ta’ din il-profezija wara li jseħħ dan l-Avveniment Mistiku, li se jiġi esperjenzat minn uliedi kollha li għandhom 'l fuq minn seba’ snin u dan madwar id-dinja kollha. Dawk li jkunu ħajjin wara dan l-avveniment, sejrin jkunu aktar kawti dwar il-kontenut ta’ dan il-Ktieb Sagru. Huma se jsibuha diffiċli li jinjorawh, anke jekk il-fidi tagħhom tkun dgħajfa. Oħrajn, dawk li ma jkunux iridu jafu l-Verità, xorta jeħtieġ li jiġu mfakkra fil-kontenut ta’ din l-Opra.
Ara li qatt ma taqta’ qalbek binti, fejn tidħol is-salvazzjoni tal-erwieħ. Uliedi l-prezzjużi, kollha twieldu mill-Imħabba ta’ Missieri l-Etern. Dwar meta kien li tilfu triqthom, mhux importanti. Alla, Missieri l-Etern, għadu Jħobb lil kull wieħed u waħda minn uliedu. Il-fidi binti, tista’ terġa’ titqanqal mill-istess fidi tal-oħrajn, li huma mberkin mill-Ispirtu s-Santu. Uliedi l-magħżula, mibgħuta sabiex ixerrdu l-Kelma tiegħi mad-dinja bħalissa, għandhom il-ħila li jnisslu d-dmugħ ta’ ferħ f’dawk l-insejkna nies li jinsabu jgħajtu u jfittxu d-direzzjoni fil-ħajja vojta u konfuża tagħhom.
Ħarsu Lejn Kulħadd Mill-Għajnejn Tiegħi
Qis li dejjem tħares mill-Għajnejn tiegħi lejn ħbiebek, il-familja tiegħek, il-ġirien u l-kollegi tax-xogħol tiegħek. Dejjem fittex in-naħa t-tajba. Urihom imħabba u huma jħossu l-Preżenza tiegħi. Huma sejrin jinġibdu lejk mingħajr ma jkunu jafu għaliex. Permezz tal-Eżempju tiegħi, imitani u tkun qegħda tgħinni Nikkonverti lil uliedi l-mitlufa. Billi titlob bil-qawwa għalihom, inti tista’ tressaqhom eqreb Lejja. Permezz tas-sagrifiċċji u l-aċċettazzjoni tat-tbatija tiegħek f’għaqda miegħi, inti tista’ ssalva l-erwieħ (nies ħajjin). Dan jinkludi dawk l-erwieħ li għad iridu jitilqu minn din l-art, kif ukoll dawk li jinsabu jistennew il-Ġudizzju fil-Purgatorju.
Ħallini fl-aħħar nfakkrek, li inti għandek żewġ għażliet: Jew temmen Fija billi tiftaħ moħħok għall-Verità li tinsab fl-Evanġelju. Jekk tlift il-fidi kollha, allura aqra biss parti żgħira mit-Tagħlim tiegħi. Imbagħad itlobni ħalli Nurik il-Verità f’qalbek. Wara tkun taf liema triq hi li twasslek Għandi fil-Ġenna. Jew inkella, inti tista’ żżomm għajnejk magħluqa u tirrifjuta li tisma’. Allura mbgħad hemmhekk, it-talb ta’ dawk li jemmnu biss jista’ jgħinek. It-talb tas-segwaċi tiegħi, flimkien mar-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, ta’ dan id-Don tal-Ħniena Divina mogħtija lil Suor Faustina fis-seklu għoxrin, jistgħu jsalvawlkom ruħkom fil-ħin tal-mewt tagħkom.
Itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina
Itolbu, itolbu u itolbu l-Kurinella tal-Ħniena Divina tiegħi, għal ruħkom stess u għal dawk li bħalissa ma jemmnux. Il-gruppi tat-talb se jgħinukom sabiex ixerrdu l-Verità, tnisslu l-fidi f’dawk li tilfu kull sens ta’ saħansitra min huma, jew minn fejn ġejjin. Il-gruppi tat-talb se jkunu strumentali sabiex jitkebbes it-tixrid tad-Dawl Evanġeliku, li issa sejjer jinħass f’kull parti tad-dinja, hekk kif qiegħed joqrob iż-żmien, sabiex il-Profeziji fir-rigward tat-Tieni Miġja tiegħi fid-Dinja, jibdew jiġu żvelati, qabel ma jseħħu sensiela ta’ avvenimenti globali. Qisu li tkunu ppreparati l-ħin kollu uliedi. Ibqgħu fi stat ta’ Grazzja u żommu qlubkom miftuħa għat-Tagħlim tiegħi ta’ Mħabba u Paċi fid-dinja. Kieku wliedi kollha segwew it-Tagħlim tiegħi, kieku allura ma hawnx gwerer, regħba, mibegħda jew faqar fid-dinja. Jeħtieġ li toqogħdu bilqiegħda fil-kwiet u titolbu, kull wieħed u waħda minnkom, u dan għal nofs siegħa kuljum.
Aqraw is-Salmi, il-Parabboli, u staqsu lilkom infuskom: “Din il-lezzjoni tapplika għalija, għal ħajti fid-dinja tal-lum?” Tafu li t-tweġiba hija sintendi, “iva”. Itolbu għal-qawwa sabiex tbiddlu l-attitudnijiet u l-fehmiet żbaljati tagħkom dwar il-ħajja wara l-mewt. Ftakru f’din il-lezzjoni importanti: Id-Dinja hija sempliċement passaġġ qasir fiż-żmien. L-unika ferħ veru u l-Ħajja Eterna hija Miegħi fis-Sema, fil-Ġenna, fis-Saltna ta’ Missieri.
Il-Maħbub tagħkom,
Is-Salvatur Ġesù Kristu