L-Imħabba Hija Triq Għas-Salvazzjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Frar, 2011, fil-11.50 am.
Mahbuba binti l-għażiża, illum inti ngħatajt grazzji żejda sabiex Jien inkun nista’ nressqek eqreb Lejja. Għax huwa biss meta inti tkun qrib tiegħi, li inti tkun tista’ tesperjenza l-paċi, l-imħabba u l-ferħ f’qalbek. Huwa biss permezz tat-talb, kif ukoll meta tagħtini l-inkwiet tiegħek, li inti tingħaqad ħaġa waħda Miegħi. Meta inti ċċedi binti, u tafda Fija, allura tkun tista’ tifhem l-imħabba li Jiena għandi għalik f’Qalbi. U meta inti tifhem dan, l-imħabba tiegħek għalija tissaħħaħ. Huwa biss meta inti toffri l-preokkupazzjonijiet kollha tiegħek u terħihom f’Idejja, li dawn jiġu mismugħa.
Inti tista’ turi mħabba vera lejn ħaddieħor biss meta tħobbni. Huwa permezz tal-imħabba, li inti se tiġi mbierka bid-Doni, fejn imbagħad tibda tħares lejn il-bnedmin l-oħra permezz tal-Qalb tiegħi, li hija mimlija Mħabba u Kompassjoni.
Huwa biss meta intom turuni mħabba vera, li ħajjitkom tinbidel u l-ferħ jinfirex mal-ħajja tagħkom ta’ kuljum. Ara qatt tibżgħu minn Imħabbti uliedi. Din qiegħda hemm għalikom ilkoll, u bl-abbundanza, jekk biss tkunu tistgħu dduru Lejja u titolbuni għaliha. Ladarba intom tirċievu din l-Imħabba, qisu li tkunu ġenerużi biha. Ferrxu l-Imħabba tiegħi ma’ kullimkien sabiex intom ilkoll, speċjalment l-erwieħ fietla, tkunu tistgħu tistednuni f’ruħhom. Din hija l-unika triq għas-salvazzjoni.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu