Il-Konverżjoni Globali Se Sseħħ Dalwaqt.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Frar, 2011, fis-1.40 pm.
Għażiża binti l-maħbuba, dan huwa wieħed mill-aħħar Messaġġi, li jrid jinkiteb fl-ewwel parti tal-Iskrittura Mqaddsa tiegħi tal-volum “It-Twissija l-Kbira”.
Għeżież uliedi, intom dalwaqt se ssiru konxji tal-Eżistenza tiegħi permezz tal-Kastig il-Kbir. Dalwaqt ħafna, sew dawk li jemmnu f’Alla l-Omnipotenti, u sew l-Atei, se jingħataw bl-istess mod, ir-Rigal finali qabel il-jum glorjuż ta’ meta Jiena se Nerġa’ niġi biex Niġġudika.
Dan l-Avveniment il-Kbir se jiftħilkom qlubkom u se tħarsu b’ammirazzjoni lejn l-Imħabba Meraviljuża li Jiena se nurikom f’dan l-Att ta’ Ħniena. Ħafna minnkom ma taħsbux li Jiena, jew il-Missier Etern tiegħi, neżistu. Għal tant minnkom, erwieħ innoċenti, għandkom tifhmu li l-Ħniena tiegħi se tasal għandkom matul it-Twissija l-Kbira.
Ikun xi jkun l-Isem li tridu tagħtuni, dakinhar ikun meta intom ikollkom għarfien ġdid li se jaħkem lir-ruħkom. Kunu grati meta jiġri dan, għaliex dan il-Kastig il-Kbir se jkun is-Salvazzjoni tagħkom.
Ladarba dan l-avveniment ikun għadda, dawk li digà jemmnu Fija, flimkien ma’ dawk kollha li jikkonvertu, għaliex issa fl-aħħar ikunu qegħdin jifhmu l-Verità, se jiffurmaw l-Armata l-Ġdida tiegħi fid-dinja. Kull wieħed u waħda minnkom li tkunu tlabtuni l-maħfra, minħabba li issa dnubietkom kienu murija lilkom, intom se tfittxu li xxerrdu l-Verità lil dawk fid-dlam.
Dan ir-Rigal uliedi, se jġibilkom uġigħ meta intom tiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt f’Ismi. Kunu grati meta jiġri dan, għaliex imbagħad tkunu tafu, li għalkemm dawn l-esperjenzi jkunu ta’ wġigħ, intom tkunu tassew dixxiplu veri tiegħi. Intom se tingħaqdu Miegħi fil-Ġenna meta jasal iż-żmien. Araw li qatt ma tibżgħu mill-Fidi tagħkom, maħbubin tiegħi. Għaliex kieku jkollkom imqarr l-iċken lemħa, u għal mument wieħed biss, taraw l-isplendur kbir li Missieri ħalaq għalikom fil-Ġenna, dawk għajnejkom umani, ma jkunux jistgħu jifilħu għad-Dawl u l-Glorja t’hemmhekk. Ladarba tkunu lħaqtu tajtu mqarr dik il-lemħa t’hemmhekk, il-ġibda tagħkom għal din id-dinja, għalkemm sabiħa, u għaliex din ukoll inħolqot minn Alla, intom se titolbuni bil-ħerqa biex ifittex jasal dak il-mument, ta’ meta tkunu tistgħu tingħaqdu Miegħi fil-Ġenna.
Messaġġ Ta’ Mħabba Għall-Atei
Ftakru lezzjoni waħda tal-aħħar Minni. Intom kollha li ma temmnux f’Alla, isimgħu dan il-Messaġġ issa, anke jekk se ssibuha diffiċli biex tagħmlu dan. Kull wieħed u waħda minn uliedi fuq din l-art, xi darba jew oħra, f’xi stadju ta’ ħajjithom, se jħossu l-imħabba. Meta intom tħossu l-imħabba f’qalbkom, ma tistgħux tarawha, jew tmissuha u anke ssibuha diffiċli biex tiddeskrivuha. Ma jiżisti l-ebda metodu xjentifiku li jista’ jkejjelha. L-imħabba tagħmilkom umli. L-imħabba tagħmilkom ġenerużi f’qalbkom. L-imħabba tista’ tgħinkom tagħmlu sagrifiċċji kbar. L-imħabba tikkonfondi imma hija passjonata. L-imħabba mhix magħmula mill-bniedem. Hija Rigal mingħand Alla. L-imħabba ġejja minn sors wieħed biss. L-imħabba hija Alla. Alla huwa Mħabba. Hija daqshekk sempliċi. Iftħu qlubkom għall-Imħabba Safja li Jiena, u l-Missier Etern tiegħi, għandna għal kull wieħed u waħda minnkom. Ħarsu Lejja kif tifel jew tifla jħarsu lejn il-ġenitur tagħhom. Sejħuli u Jiena nimlilkom qlubkom. Imbagħad, meta jiġri dan, intom qatt ma terġgħu lura aktar.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu