Ippubblika l-Messaġġi Tiegħi mad-Dinja Kollha.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Frar, 2011, fl-10 pm.
Binti, inti kont tbiegħedt ftit, imma issa qiegħda titlobni l-qawwa sabiex ikollok il-kunfidenza u l-kuraġġ ħalli twettaq l-Istruzzjonijiet tiegħi. Dan huwa tajjeb. Agħtini l-ħin tiegħek, kif talbitek Ommi l-Għażiża, għaliex l-erwieħ tiegħek iridu jibqgħu puri meta jikkomunikaw il-Kelma tiegħi. Issa Jien Irrid Nitolbok tibda tippjana sabiex twassal it-Twissija Prezzjuża tiegħi, Don għal kull persuna fid-dinja. Hemm bżonn li huma jingħataw id-dettalji ta’ dan sa tmiem Frar, fuq l-internet u madwar id-dinja. Ħaffef binti u agħmel dak li hemm bżonn isir, sabiex kemm jista’ jkun nies, jingħataw iċ-ċans li jisimgħuha. Sib il-ħin binti l-għażiża, għaliex dan issa sar urġenti. Din it-Talba tiegħi mhix maħsuba biex tbeżżgħek. Imma hija sabiex tenfasizza l-urġenza, ħalli kemm jista’ jkun nies fid-dinja, jkunu ppreparati. Imbagħad huma jkunu jistgħu jitolbu r-rikonċiljazzjoni, meta dnubiethom jidhru quddiem għajnejhom. Jekk huma jippreparaw, sejrin jibbenefikaw bil-kbir. Huwa minħabba din il-biċċa Skrittura li se jsalwav it-Twissija l-Kbira. Imbagħad huma jsiru safja, u bil-Barkiet li jirċievu, jkunu lesti sabiex jiffaċċjaw il-provi li sejrin jigru wara.
Aċċetta dan id-Don binti. Ara li ma tħossokx imbeżża’ jew diżilluża. Dan huwa Rigal għall-umanità. L-aċċettazzjoni tiegħek għal din is-sejħa tfisser, li inti sofrejt, imma mhux bil-mod li stennejt. It-tbatija tiegħek ġiet minħabba t-tentazzjoni. Id-dubji tiegħek waqqfuk milli taċċetta l-paċi u l-ferħ f’ruħek, li wara kollox huma tiegħek, jekk inti tippermettili l-libertà li Jiena Nieħdok u Niggwidak. Wasal iż-żmien issa binti, li inti ċċedi kollox Lili. Offrili r-rieda ħielsa tiegħek bħala rigal, u jien nagħtik l-akbar u l-aktar Rigal għażiż minnhom kollha: Il-paċi, l-ferħ u l-imħabba tremenda Għalija, ħerġin minn kull parti tiegħek innifsek. Ejja issa binti. Kun Tiegħi. Sa fl-aħħar ejja u ngħaqad Miegħi. Agħtini l-imħabba, it-tbatija, l-inkwiet u t-tħassib kollu tiegħek. Erħihomli kollha issa. Imbagħad hemm, u dakinhar biss, inti tkun tassew ħielsa u ħafifa f’qalbek. Dan ix-Xogħol jeħtieġ ċerta qawwa binti. Inti m’intix biss dak li inti ssejjaħ lilek stess “viżjonarja”. Jiena qiegħed Nagħtik id-Don tal-Profezija. U dan għaliex? Għaliex int il-Profeta Prezzjuża tiegħi, li sejra tkun strumentali fit-tixrid tal-Aħbar it-Tajba mad-dinja kollha, dwar it-Tieni Miġja tiegħi, meta Jiena sejjer Nerġa’ Niġi Lura fid-dinja.
Jiena Naf li din l-aħbar tista’ taħsdek, imma int issa ilek tipprepara għal dan ir-Rwol għal żmien twil ħafna ħafna, imma biss inti ma kontx qegħda tinduna. Sabiex Ngħinek f’dan il-Kompitu, Jien inkarigajt numru ta’ Qaddisin sabiex jgħinuk. Dawn jinkludu lil San Benedittu, Santu Wistin, il-Papa Ġwanni Pawlu II, Santa Fawstina, San Malakija u Santa Tereża ta’ Avila. Maż-żmien, Jiena sejjer Niżvela oħrajn. Kollha qegħdin jaħdmu issa sabiex jappoġġjaw il-Kompitu tiegħek, li huwa wieħed mill-aktar importanti li qatt ingħata lill-umanità f’dan iż-żmien kruċjali fl-istorja. Inti ara li ma tibżax binti. Inti aktar milli kapaċi għal dan il-Kompitu. Għaliex qegħda taħseb li Jiena qigħed Nitlob tant dixxiplina bħal din mingħandek? Inti għad baqgħalek biċċa triq x’timxi fl-iżvilupp spiritwali tiegħek mhux ħażin, imma dan jiġi maż-żmien. Jiena sejjer Inkompli Nikkomunika privatament miegħek, waqt li l-Ewwel Volum isir pubbliku. Jien Inħobbok binti. U Jiena Naf li inti tħobbni. Naf li din il-Ħidma tista’ tkun diffiċli ħafna għalik, minħabba l-pressjonijiet tax-xogħol kollha tiegħek. Imma inti sejra tippersisti u ssir aktar u aktar b’saħħtek. L-enerġija u l-ħeffa tal-moħħ tiegħek sejrin jiżguraw li din is-sensiela importanti ta’ Messaġġi tasal għand uliedi kollha u kullimkien. Jiġifieri mal-pajjiżi kollha. Dak kollu għalissa. Grazzi talli sibt il-ħin sabiex timmedita u tweġibni llejla.
Il-Maħbub Salvatur tiegħek,
Ġesù Kristu