Ippubblika l-Messaġġi Tiegħi Madwar id-Dinja

It-Tnejn, 7 ta’ Frar 2011 @ 22:00

Ippubblika l-Messaġġi Tiegħi Madwar id-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Frar, 2011, fl-10 pm.


Binti, inti kont tbiegħedt ftit, imma issa qiegħda titlobni l-qawwa sabiex ikollok il-kunfidenza u l-kuraġġ ħalli twettaq l-Istruzzjonijiet tiegħi. Dan huwa tajjeb. Agħtini l-ħin tiegħek, kif talbitek Ommi l-Għażiża, għaliex l-erwieħ tiegħek iridu jibqgħu puri meta jikkomunikaw il-Kelma tiegħi.

Issa rrid nitolbok tibda tippjana sabiex twassal it-Twissija l-Kbira Prezzjuża tiegħi, Don għal kull persuna fid-dinja. Hemm bżonn li huma jingħataw id-dettalji ta’ dan sa tmiem Frar, fuq l-Internet u madwar id-dinja. Ħaffef binti u agħmel dak li hemm bżonn isir, sabiex kemm jista’ jkun nies, jingħataw iċ-ċans li jisimgħuha. Sib il-ħin binti l-għażiża, għax issa dan huwa urġenti. Din it-talba tiegħi mhix maħsuba biex tbeżżgħek. Hija sabiex tenfasizza l-urġenza, ħalli kemm jista’ jkun nies fid-dinja, jkunu ppreparati. Imbagħad huma jkunu jistgħu jitolbu r-rikonċiljazzjoni, meta dnubiethom jidhru quddiem għajnejhom.

Billi huma jippreparaw, se jibbenefikaw bil-kbir. Huwa minħabba din il-biċċa Skrittura li se jsalwav it-Twissija l-Kbira. Imbagħad isiru safja, u bil-barkiet li jirċievu, jkunu lesti biex jiffaċċjaw il-provi li se jsegwu wara.

Aċċetta dan id-Don binti. Tħossokx imbeżża’ jew diżilluża. Dan huwa Rigal għall-umanità. L-aċċettazzjoni tiegħek għal din is-sejħa tfisser li sofrejt, imma mhux bil-mod li stennejt. It-tbatija tiegħek ġiet minħabba t-tentazzjoni. Id-dubji tiegħek waqqfuk milli taċċetta l-paċi u l-ferħ f’ruħek, li wara kollox huma tiegħek, jekk inti tippermettili l-libertà li Jiena nieħdok u niggwidak. Wasal iż-żmien issa binti, li ċċedi kollox Lili. Offrili r-rieda ħielsa tiegħek bħala rigal, u jien nagħtik l-akbar u l-aktar Rigal għażiż minnhom kollha. Il-Paċi, l-ferħ u l-imħabba tremenda għalija, ħerġin minn kull parti tiegħek innifsek. Ejja issa binti. Kun Tiegħi. Fl-aħħar ejja u ngħaqad Miegħi. Agħtini l-imħabba, it-tbatija, l-inkwiet u t-tħassib kollu tiegħek. Erħihomli kollha issa. Imbagħad hemm, u dakinhar biss, tkun tassew ħielsa u ħafifa f’qalbek.

Dan ix-Xogħol jeħtieġ ċerta qawwa binti. Inti m’intix biss dak li inti ssejjaħ lilek stess viżjonarja. Jiena qiegħed nagħtik id-Don tal-Profezija. U għaliex? Għaliex int il-Profeta Prezzjuża tiegħi, li se tkun strumentali fit-tixrid tal-Aħbar it-Tajba mad-dinja kollha, dwar it-Tieni Miġja tiegħi, meta se Nerġa’ Lura fid-dinja.

Naf li din l-aħbar tista’ taħsdek, imma int issa ilek tipprepara għal dan ir-rwol għal żmien twil ħafna ħafna, imma biss ma ndunajtx. Biex ngħinek f’dan il-kompitu, Jien inkarigajt numru ta’ Qaddisin biex jgħinuk. Dawn jinkludu lil San Benedittu, Santu Wistin, il-Papa Ġwanni Pawlu II, Santa Fawstina, San Malakija u Santa Tereża ta’ Avila. Maż-żmien, se niżvela oħrajn. Kollha qed jaħdmu issa biex jappoġġjaw il-kompitu tiegħek, li huwa wieħed mill-aktar importanti li qatt ingħata lill-umanità f’dan iż-żmien kruċjali fl-istorja.

Inti ara li ma tibżax binti. Inti aktar minn kapaċi għal dan il-kompitu. Għaliex qiegħda taħseb li Jien qed nitlob tant dixxiplina bħal din mingħandek? Inti għad baqgħalek biċċa triq x’timxi fl-iżvilupp spiritwali tiegħek, imma dan jiġi maż-żmien. Jiena se nkompli nikkomunika privatament miegħek, waqt li l-Ewwel Volum isir pubbliku. Jien inħobbok, binti. U naf li inti tħobbni. Naf li dan jista’ jkun diffiċli ħafna għalik minħabba l-pressjonijiet tax-xogħol kollha tiegħek. Imma inti se tippersisti u ssir aktar u aktar b’saħħtek. L-enerġija u l-pass mgħaġġel tal-moħħ tiegħek se jiżguraw li din is-sensiela importanti ta’ Messaġġi tasal għand uliedi kollha u kullimkien. Mal-pajjiżi kollha.

Dak kollu għalissa. Grazzi talli ħadt il-ħin biex timmedita u tweġibni llejla. 


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM