Messaġġ Mill-Ispirtu s-Santu.
Mill-Ktieb tal-Verità. L-ewwel messaġġ mill-Ispirtu s-Santu lil Marija Ħniena Divina, tat-12 ta’ Frar, 2011, fit-3.30 pm.
Wasal iż-żmien li issa tqum, tieħu dan il-Kalċi u tixrob minnu, għaliex huwa l-Kalċi tas-Salvazzjoni. Meta tixrob minn dan il-Kalċi, inti se tkun lesta biex taqsam dan il-Kalċi mal-umanità. Inti issa qis li tħejji ruħek ħalli tiżvela l-Kliem ta’ Kristu, sabiex l-erwieħ (nies ħajjin) ikunu jistgħu jiġu salvati matul it-Twissija l-Kbira.
Qis li ma titlifx lanqas mument wieħed, hekk kif iż-żmien issa qed joqrob għal dan l-Avveniment il-Kbir. Inti se jifdallek żmien qasir ħafna biex id-dinja taqra l-kliem fuq l-Internet. Imma dan il-perjodu se jkun strumentali biex isalvaw miljuni ta’ nies min-nar tal-Infern.
Din hija responsabbiltà kbira għalik, iżda inti issa lesta.
Mur issa fl-imħabba u l-paċi.
L-Ispirtu s-Santu