Il-Qawmien tad-Dinja Għarbija, 3 Mexxejja Dinjija Se Jiġu Assassinati

Il-Ħamis, 17 ta’ Frar 2011 @ 23:45

Il-Qawmien tad-Dinja Għarbija, 3 Mexxejja Dinjija Se Jiġu Assassinati.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Frar, 2011, fil-11.45 pm.

Maħbuba binti l-għażiża, Jien illum ninsab mimli ferħ, hekk kif din is-sensiela importanti ta’ Messaġġi qed tiġi ppreparata biex toħroġ għall-umanità kollha. Dalwaqt se tinduna li l-pajjiżi kollha se jfittxu dawn il-Messaġġi. Tinkwetax dwar is-sigurtà tiegħek, għaliex Jiena se nipproteġi lilek u lill-familja tiegħek il-ħin kollu.

Għalkemm Jien mimli mħabba għalik binti, Qalbi qiegħda tinqasam bin-niket profond, għat-tbatija, li qed tiġi mwikkija minn soċjetà makakka, fejn qiegħda tippjana li tieħu f’idejha l-pajjiżi.

Dan se jagħmluh billi b’mod għaqli, jneħħu l-Mexxejja. Imbagħad se joffru l-għajnuna. Wara huma jixtru l-ħbiberija ta’ reġimi ġodda, sakemm lill-pajjiżi jikkontrollawhom. Dan il-kontroll ġdid se jkun agħar minn dawk id-dittaturi bil-kilba għall-poter, li twaqqgħu f’isem il-libertà.

Ħares issa binti, il-ħeffa li biha d-dinja Għarbija se tingħaqad kontra l-Poplu tiegħi, jiġifieri l-Lhud. Ara kif l-alleati kollha tagħhom se jisparixxu u jħalluhom esposti waħedhom.

Binti, la darba sseħħ it-Twissija l-Kbira, il-Kelma tiegħi tinstema’ aktar faċilment wara li sseħħ il-konverżjoni. Dan ikun iż-żmien meta s-segwaċi qaddisin tiegħi jingħaqdu flimkien, sabiex jisfidaw it-tirannija li se titfaċċa fid-Dinja tal-Punent, speċjalment fl-Ewropa. Iġġieldu għad-dritt tagħkom li titolbu. Jekk mhux se tagħmlu hekk, din ma tkunx gwerra reliġjuża iżda gwerra ta’ ġenoċidju.

Dalwaqt se jiġu assassinati tliet mexxejja dinjija, wieħed wieħed. Ftakru, li kull mexxej se jiġi assassinat permezz tal-konfoffa mill-Grupp Krudili, jiġfieri, mill-organizzazzjonijiet sotto-kulturali li qed jaħkmu lin-nazzjonijiet kollha, għalkemm intom dawn, ma tistgħux tarawhom, għaliex huma beżżiegħa. Imma mhux se jibqgħu jinħbew għal żmien twil. Meta mbagħad jaħtfu l-kontroll f’idejhom, dawn se jistinkaw għall-attenzjoni tagħkom u jistennew ir-rispett tagħkom.

It-Twissija l-Kbira se tgħin biex issalva lil uliedi kollha u kullimkien. Il-konverżjoni, li hija Rigal Mingħandi, se tingħata anke lil dawk li se jippjanaw il-komplott tagħhom, sabiex jirbħu l-kontroll fuq id-dinja kollha ta’ Alla. Li kieku biss dawn jistgħu jifhmu, li din il-qawwa qatt mhi se tkun tagħhom, forsi jieqfu. Imma huma jinsabu għomja.

Issa, aktar minn dawk l-anġli messaġġiera tiegħi, li bħalissa jinsabu jinfiltraw id-dinja bħala bnedmin, se jgħinu sabiex juru l-Verità lil dawn l-erwieħ imsieken u żbaljati. Ħafna se jikkonvertu. Oħrajn le.

Binti, mur issa xerred il-Kelma malajr. Għandek biss ftit ġimgħat quddiemek. Uża kull biċċa għodda disponibbli għalik. Qis li turi kuraġġ. Qis li tagħmel assolutament dak kollu possibbli, sabiex tħalli lil uliedi kollha u mill-ġnus kollha, jifhmu t-tifsira ta’ dan ir-Rigal speċjali tiegħi, jiġifieri meta Idi se tinżel mis-Smewwiet biex issalva lir-ruħ tagħhom.

Dawk li ma jikkonvertux mill-ewwel, se jagħmlu dan qabel il-Persekuzzjoni, meta aktar u aktar erwieħ iduru lura Għandi. Dan se jkun żmien diffiċli ħafna għal kulħadd. Imma kunu paċenzjużi, għaliex għad jaslu żminijiet sbieħ fil-futur, meta l-paċi terġa’ tirrenja fid-dinja. Uliedi, wara din is-sejħa ta’ twissija biex iqumu, se jaraw l-Imħabba li Għandi għalihom, u jiġu jiġru lura f’Dirgħajja. Imbagħad meta dan jiġri, id-Driegħ tiegħi joħroġ u jiddefendi s-Saltna tiegħi kontra l-Qarrieqi, li s-saltna tiegħu se tkun qasira ħafna.

Dan huwa punt ta’ bidla fl-istorja tal-umanità uliedi. Intom se tifhmu dan dalwaqt. Sa dakinhar, kwalunkwe ħsieb xettiku li jkollkom, waqt it-Twissija l-Kbira, meta din isseħħ, intom se tiftħu qlubkom għall-Verità.

Mur issa binti, fil-paċi u l-imħabba għall-umanità kollha. 


Ġesù Kristu,
Sultan tal-Lhud


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM