Il-Qawmien tad-Dinja Għarbija, Tlett Mexxejja Dinjin Sejrin Jiġu Assassinati.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Frar, 2011, fil-11.45 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jien illum Ninsab mimli ferħ, hekk kif din is-sensiela importanti ta’ Messaġġi qegħda tiġi ppreparata sabiex toħroġ għall-umanità kollha. Inti dalwaqt sejra tinduna li l-pajjiżi kollha se jfittxu dawn il-Messaġġi. Qis li ma tinkwetax dwar is-sigurtà tiegħek, għaliex Jiena sejjer Nipproteġi lilek u lill-familja tiegħek il-ħin kollu. Għalkemm Jien Mimli Mħabba għalik binti, Qalbi qiegħda Tinqasam bin-Niket profond, għat-tbatija, li qed tiġi maħluqa minn soċjetà makakka, fejn qegħda tippjana li tieħu f’idejha l-pajjiżi. Dan sejrin jagħmluh billi b’mod għaqli, jneħħu l-Mexxejja (*). Imbagħad huma sejrin taparsi joffru l-għajnuna. Wara huma jixtru l-ħbiberija ta’ reġimi ġodda, sakemm jikkontrollaw lill-pajjiżi. Dan il-kontroll ġdid sejjer jkun agħar minn ta’ dawk id-dittaturi bil-kilba għall-poter, li twaqqgħu f’isem il-libertà. Ħares issa binti, il-ħeffa li biha d-dinja Għarbija se tingħaqad kontra l-Poplu tiegħi, jiġifieri l-Lhud. Ara kif l-alleati kollha tagħhom sejrin jisparixxu u jħalluhom abbandunati u esposti waħedhom.
Binti, la darba sseħħ it-Twissija l-Kbira, il-Kelma tiegħi tinstema’ aktar faċilment wara li sseħħ il-konverżjoni. Dan ikun iż-żmien meta s-segwaċi qaddisin tiegħi jingħaqdu flimkien, sabiex jisfidaw it-tirannija li se titfaċċa fid-Dinja tal-Punent, speċjalment fl-Ewropa. Qisu li tġġieldu għad-dritt tagħkom li titolbu. Jekk mhux se tagħmlu hekk, din ma tkunx gwerra reliġjuża iżda gwerra ta’ ġenoċidju. Dalwaqt sejrin jiġu assassinati tliet mexxejja dinjija, wieħed wieħed. Ftakru, li kull mexxej sejjer jiġi assassinat permezz tal-konfoffa mill-Grupp Krudili, jiġfieri, mill-organizzazzjonijiet sotto-kulturali li qed jaħkmu lin-nazzjonijiet kollha, għalkemm intom dawn, ma tistgħux tarawhom, għaliex huma beżżiegħa. Imma dawn in-nies, mhux sejrin jibqgħu jinħbew għal żmien twil. Meta huma mbagħad jaħtfu l-kontroll f’idejhom, dawn se jistinkaw għall-attenzjoni tagħkom u jistennew ir-rispett tagħkom bi dritt.
It-Twissija l-Kbira sejra tgħin sabiex issalva lil uliedi kollha u kullimkien. Il-konverżjoni, li hija Rigal Mingħandi, sejra tingħata anke lil dawk in-nies li se jippjanaw il-komplott tagħhom, sabiex jirbħu l-kontroll fuq id-dinja kollha ta’ Alla. Li kieku biss dawn jistgħu jifhmu, li din il-qawwa qatt ma tista’ tkun tagħhom, kieku forsi jieqfu. Imma huma jinsabu għomja. Issa, aktar minn dawk l-Anġli messaġġiera tiegħi (**), li bħalissa jinsabu jinfiltraw id-dinja bħala bnedmin, dawn sejrin jgħinu sabiex juru l-Verità lil dawn l-erwieħ imsieken u żbaljati. Ħafna nies sejrin jikkonvertu. Oħrajn le. Binti, mur issa xerred il-Kelma malajr. Għandek biss ftit ġimgħat quddiemek. Uża kull biċċa għodda disponibbli għalik. Qis li turi kuraġġ. Qis li tagħmel assolutament dak kollu possibbli, sabiex tħalli lil uliedi kollha, u mill-ġnus, kollha, jifhmu t-tifsira ta’ dan ir-Rigal speċjali Tiegħi, jiġifieri meta Idi sejra Tinżel mis-Smewwiet sabiex issalva lir-ruħ tagħhom.
Dawk in-nies li ma jikkonvertux mill-ewwel, sejrin jagħmlu dan qabel il-Persekuzzjoni, meta aktar u aktar erwieħ iduru lura Għandi. Dan sejjer jkun żmien diffiċli ħafna għal kulħadd. Imma hemm bżonn li tkunu paċenzjużi, għaliex għad jaslu żminijiet sbieħ fil-futur, meta l-paċi terġa’ tirrenja fid-dinja. Uliedi, wara din is-Sejħa ta’ Twissija sabiex iqumu, huma sejrin jaraw l-Imħabba li Jiena Għandi għalihom, u jiġu jiġru lura f’Dirgħajja. Imbagħad meta dan jiġri, id-Driegħ tiegħi Joħroġ u Jiddefendi s-Saltna tiegħi kontra l-Qarrieqi, li s-saltna tiegħu se tkun qasira ħafna. Dan huwa punt ta’ bidla fl-istorja tal-umanità uliedi. Intom sejrin tifhmu dan dalwaqt. Sa dakinhar, kwalunkwe ħsieb xettiku li jkollkom, waqt it-Twissija l-Kbira, meta din isseħħ, intom se tiftħu qlubkom għall-Verità. Mur issa binti, fil-paċi u l-imħabba għall-umanità kollha.
Ġesù Kristu,
Sultan tal-Lhud
Nota (*) Marija Ħniena Divina tixtieq tagħmilha ċara lil kulħadd, li r-raġuni għaliex ma tistax tippubblika l-ismijiet tal-mexxejja, li tnejn minnhom ġejjin mid-dinja Għarbija u l-ieħor mill-kontinent tal-Ewropa, hija bħala rispett lejn il-familji tagħhom u sabiex tevita qtugħ ta’ qalb kbir. Madankollu, hija tat il-Messaġġi lil numru ta’ Saċerdoti u l-midja, li huma taħt projbizzjoni li jiżvelawhom, iżda li huma lesti għall-pubblikazzjoni hekk kif dalwaqt iseħħu l-assassinji, u kollha fi żmien qasir ħafna minn xulxin.
Nota (**) Il-Viżjonarja tifhem li r-referenza għall-Anġli hija għal dawk il-Messaġġiera li ntgħażlu madwar id-dinja, sabiex iwasslu l-Messaġġi Divini, ħalli jgħinu fit-tixrid tal-konverżjoni.