Il-Profeziji ta’ La Salette, Fatima u Garabandal, Issa Se Jseħħu

Is-Sibt, 19 ta’ Frar 2011 @ 15:00

Il-Profeziji ta’ La Salette, Fatima u Garabandal, Issa Se Jseħħu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-19 ta’ Frar, 2011, fit-3 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, inti qegħda tipprova ħafna sabiex tobdi l-Istruzzjonijiet tiegħi ħalli tqaddes lir-ruħek, u dan Lili Jogħġobni ħafna. Jekk jogħġbok, ibda agħtini siegħa sħiħa mill-ġurnata tiegħek, waħdek fis-skiet Miegħi, u Ħallini Nressqek eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi. Inti mbagħad, sejra tħossok ħafna aktar b’saħħtek meta tagħmel dan. Ibda mil-lum biex tqatta’ dan il-ħin fil-Kumpanija tiegħi, sabiex Jien inkun Nista’ Ndawwallek qalbek u Nħaffef it-tagħbija tiegħek. Illum Nixtieq Nurik ix-Xewqa tiegħi għall-umanità, sabiex huma jibdew jeżaminaw ħajjithom bi tħejjija għat-Twissija l-Kbira. Binti, dawk minnkom li sejrin jonqsu milli jippreparaw ruħhom, għandhom bżonn it-talb, u ħafna talb. It-Twissija l-Kbira hija r-Rigal il-Kbir, u issa sejra tiġi ppreżentata lid-dinja. Kulħadd sejjer jingħata l-opportunità li jgawdi l-ferħ, meta fl-aħħar jindunaw bil-Verità, il-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Qis li titlob għal kulħadd binti, sabiex ikollhom il-kuraġġ li jitolbu l-Maħfra tiegħi.

Sa fl-aħħar binti, uliedi kullimkien qegħdin jibdew jiftħu għajnejhom. Issa qed jindunaw li d-dinja qegħda tinbidel. Id-dinja kif darba kienu jafuha, issa għaddiet għall-fażi ġdida. Din il-fażi l-ġdida se twassal għal numru ta’ ġrajjiet qabel ma huma, jiġifieri wliedi, finalment ikunu lesti għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida. Il-parassiti tal-Qarrieqi, sfortunatament huma għal kollox determinati li jiġġieldu sal-mewt. Issa araw li titolbu għal dawk l-imsieken erwieħ illużi, sabiex imqarr xrara waħda ta’ dawl timla lil qlubhom, meta huma jiġu f’kuntatt mas-segwaċi devoti tiegħi. Intom is-segwaċi tiegħi, qegħdin tingħataw il-Grazzji, sabiex tgħinu jikkonvertu lil dawk l-erwieħ kollha, li qegħdin jiġġerrew mitlufa fid-deżert, u fi stat ta’ konfużjoni, kkawżat f’erwieħhom mix-Xitan (Satana). 


Il-Profeziji ta’ La Salette, Fatima u Garabandal, Issa Se Jseħħu

Il-profeziji kollha mogħtija lill-Viżjonarji mbierka f’La Salette, f’Fatima u f’Garabandal, issa se jseħħu sabiex kulħadd jarahom. Għal dawk l-eluf kollha minnkom, li temmnu Fija, li tafu bihom u taċċettaw dawn il-Profeziji, kunu afu li issa Jiena, s-Salvatur tagħkom, qiegħed Insejħilkom ilkoll sabiex titolbu għall-erwieħ tal-umanità kollha. Iftħu qlubkom għal darb’oħra għal dawn il-Messaġġi ġodda, li huma l-aħħar Profeziji tat-tip tagħhom, li sejrin jingħataw lil uliedi kollha qabel ma Jiena Nerġa’ Niġi lura biex Niġġudika.


Sejħa lill-Ministri Kollha tal-Knejjes

Jiena qiegħed Insejjaħ ukoll lill-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi mid-denominazzjonijiet kollha, li jonoraw lil Missieri Etern, sabiex issa tisimgħuni: Araw li ma tħallux lill-Qarrieqi, permezz tal-Profeta Falz tiegħu jidħaq bikhom, sabiex intom taċċettaw u temmnu l-gidba, li dalwaqt sejra titwettaq f’ismu. Dan se jkun żmien diffiċli ħafna għal dawk minnkom li tħobbuni, għaliex sejriun tispiċċaw konfużi ħafna.


Il-Profeta Falz u l-Antikrist

Oqgħodu għassa u b’għajnejkom miftuħa għall-Profeta Falz, li sejjer jipprova jmexxi l-Knisja tiegħi, għaliex hu mhux ġej mid-Dar ta’ Missieri l-Etern. Hu fil-fatt se jidher hekk minn barra. Imma dan kollu jkun falsità. Araw li toqgħodu wkoll attenti għall-ħbiberija li se juri mal-Antikrist, għaliex huma sejrin ikunu tnejn mill-aktar segwaċi qarrieqa tax-Xitan, lebsin il-kostum taparsi nagħaġ. Huma sejjer ikollhom setgħat, li jidhru qishom mirakli tal-qedem, imma dawn is-setgħat se jkunu mix-Xitan. Għalhekk jeħtieġ tibqgħu fi stat ta’ Grazzja l-ħin kollu, sabiex tkunu tistgħu tiddefendu l-Fidi tagħkom. Itolbu għal dawk il-Qaddejja Qaddisa (is-Saċerdoti) tiegħi, li minħabba li jinsabu fietla fil-fidi tagħhom, sejrin jinġibdu f’dirgħajn il-Qarrieqi. Huwa sejjer iħajjarhom billi joffrilhom eċċitament, passjoni, u l-hekk imsejħa mħabba, li tikkonċentra biss fuqek innifsek, fejn id-dehra kariżmatika tiegħu sejra tkun diffiċli sabiex jirreżistuha. Issa jekk intom taqbdu din it-triq tan-niżla, intom il-Qaddejja Sagri tiegħi, intom tintilfu Minni għal dejjem.

Intom tistgħu tistaqsu: Għaliex dawn l-avvenimenti għandhom iġibu daqs tant diffikultajiet? Imbagħad tkomplu tistaqsuni: U għaliex Jien Inħalli dawn l-affarijiet jiġru? Żgur li Ġesù, fil-Ħniena tiegħu, ma jippreżentax ostakli bħal dawn? Mela ħalli tkunu tafu li: Jien Ikolli Nippermettihom minħabba, li se jkun permezz ta’ dawn l-isfidi li tista’ sseħħ il-Battalja Finali, bejn Missieri l-Etern u d-Demonju. Mingħajr din Konfrontazzjoni Aħħarija, ix-Xitan, ma jistax jiġi mormi fl-abbissi tal-Infern bla tmiem. Jeħtieġ li tibqgħu attenti għal dan l-ingann. Tħallux lir-ruħkom tintilef b’dan il-mod. Itolbu, itolbu u itolbu għall-Grazzji tad-Dixxerniment, sabiex intom tkunu tistgħu tħarsu lejn dan il-Profeta Falz, għal dak li tassew hu. Huwa biss Demonju mibgħut mill-qiegħ tal-Infern sabiex jaljenakom. Kunu grati li intom sirtu l-mira tiegħu. Hu jattakkakom minħabba l-lealtà tagħkom Lejja, u intom sejrin tgħaddu mill-prova aħħarija, it-test veru tal-fidi tagħkom. Imbagħad wara dan kollu, intom qatt aktar ma jkollkom għalfejn tiffaċċjaw prova bħal din. Allura araw li tkunu ppreparati. Għalhekk, intom ilkoll il-Qaddejja Sagri tiegħi, duru Lejja issa, qabel ma jkun tard wisq għalikom.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM