Id-Demokrazija Se Tisparixxi. Is-Saċerdoti Se Jiġu Maqtula Bħala Martri.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, l-Imħalef Ġust u Ħanin, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Marzu, 2011, fil-11 pm.
O maħbuba binti l-għażiża, huwa b’ferħ li Jiena qed nilqa’ l-attenzjoni tiegħek illejla. L-assenza tiegħek weġġegħtni xi ftit, imma kont naf li dalwaqt terġa’ lura għandi.
Jekk jogħġbok isma’ sew. Filwaqt li nirrealizza li int impenjata b’ħajtek, trid tifhem l-urġenza kbira ta’ dan il-Messaġġ. Il-Kelma tiegħi qed tingħatalek f’din l-akbar era storika mill-bidu tad-dinja. Għax huwa f’dan iż-żmien, li d-dinja issa se tesperjenza bidliet, li sal-lum l-umanità qatt ma rat bħalhom.
Ippreparaw ruħkom issa wliedi, kull fejn tinsabu bħalissa fid-dinja. Għax dalwaqt wieħed mill-akbar Rigali prezzjużi, ħiereġ mill-Ħniena tiegħi, issa se jingħata lil kull wieħed u waħda minnkom. Din it-Twissija l-Kbira tiegħi li qed tingħatalkom, se twassal il-konverżjoni kullimkien. Meta dan iseħħ, eżatt wara dak il-mument meta d-dinja tieqaf għalkollox fis-skiet, l-Imħabba, permezz tal-aċċettazzjoni tal-Verità, se tkun mifruxa ma’ kullimkien.
Is-segwaċi tax-Xitan (Satana) se jsibuha diffiċli biex jiddefendu l-imġieba kattiva tagħhom quddiem l-Imħabba u d-Dawl li se jiddu permezz tagħkom. Imma għalkemm dan l-avveniment il-kbir, li se jaħsadkom, u se jwssal għal ħafna konverżjonijiet, xorta tridu tippreparaw għalih.
Aċċettaw li din il-profezija se sseħħ. Ftit ħafna se jiċħduha, kemm waqt, kif ukoll wara (it-Twissija l-Kbira). Madankollu, ħafna, xorta se jkomplu jdawaru wiċċhom in-naħa l-oħra Minni. Imbgħad tasal il-Persekuzzjoni l-Kbira.
Il-Saċerdoti Se Jsofru
L-armata tiegħi tas-segwaċi maħbuba Minni, se tqum bil-kuraġġ kollu u tiddefendi l-Eżistenza tiegħi. Madankollu, anke dawk li intom tkunu l-inqas qed tistennew minnhom, inklużi l-mexxejja tal-knisja Nisranija tiegħi, se jingħaqdu mad-Demonju u l-parassiti tiegħu. Dawn jiġu mwaqqa’ għal ħażen minħabba d-dgħufija fil-fidi tagħhom. Se ssibu li dawk il-vigarji qaddisa tiegħi, u l-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) leali tiegħi, se jkollhom jiddefendu l-fidi tagħhom. Il-krudeltà, li se tintwera lilhom, se tkun simili għal dik li Jiena ffaċċjajt mill-qattiela tiegħi. Agħtu kas ta’ dan li qed ngħid, intom ilkoll li ssegwuni. Araw li ma li tiġux ttentati biex issegwu t-triq tat-tradituri, anke jekk tkunu mwerwra. Ara qatt ma taqgħu għall-wegħdiet foloz tagħhom. Kunu kuraġġużi. Itolbu għal-qawwa.
Il-persekuzzjoni Mhux Se Ddum Ħafna
Ippreparaw ruħkom sew, intom li temmnu, għax anke dawk l-aktar viċin tagħkom se jduru 'l bogħod mill-fidi. Tistgħu ssibu ruħkom iżolati, imżebilħa minnhom u anke mwaqqgħin għaċ-ċajt pubblikament. Injoraw it-tmaqdir tagħhom. Jiena se niggwidakom ilkoll u nipproteġikom, għax dan iż-żmien ma jdumx ħafna. L-akbar tbatija ta’ wġigħ li se tesperjenzaw, tkun meta taraw in-nuqqas ta’ lealtà tagħhom lejja, lejn il-Verità.
Ġnus li Mhux Insara se Jikkontrollaw Kollox
It-talb jista’ jgħin biex inaqqas xi wħud mill-avvenimenti katastrofiċi li se jiżvolġu. Il-persekuzzjoni, li se jwikku fuq dawk minnkom li temmnu fija, u fil-Missier Etern tiegħi, se tkun minn ġnus vojta minn kull imħabba. L-imħabba għal Alla. L-unika mħabba li għandhom f’qalbhom hija għall-ħakma tal-poter fuq pajjiżi inqas fortunati. Il-kontroll huwa l-għan ewlieni tagħhom. Il-glorja, u t-tfittxija għall-ġid u ta’ pussess fuqkom, fuq pajjiżkom u fuq dawk minnkom li jirrifjutaw li jiċħduni. Jekk iċċedu wliedi, se ssibuha diffiċli ħafna li tirritornaw lura fuq l-istess l-passi tagħkom lejja. Dan se jkun jeħtieġ minnkom kuraġġ kbir immens quddiem oppożizzjoni qawwija, imma tirbħu żgur. Jekk tbatu minħabba l-passjoni li tħossu f’qalbkom għall-imħabba ta’ Alla, il-Missier Etern tiegħi, allura intom taċċettaw dan bil-ferħ f’ruħkom.
Il-Qawmien ta’ Dittaturi Ġodda
Il-bidliet f’salt fis-sitwazzjonijiet globali, li s’issa dehru bħal inkwiet żgħir, issa se jiżviluppaw bħala gwerer fuq skala kbira. Il-gwerer se jwasslu għal nuqqas ta’ ikel. Id-demokrazija tonqos mill-ewwel u se jinbtu dittatorjati kattivi. Madankollu, dawn id-dittaturi, se joqogħdu attenti ħafna kif jippreżentaw lilhom infushom. Se jippużaw bħala negozjaturi tal-paċi u bħala “salvaturi”. Bħala kumpens talli jitimgħukom, huma se jikkontrollaw dak kollu li tippossedu, li mbagħad kollox isir tagħhom. Ikollkom bżonn tiksbu permess biex titimgħu lill-familji tagħkom. Sabiex tivvjaġġaw, ser ikollkom bżonn timbru speċjali ta’ identifikazzjoni u għalhekk tintalbu taċċettaw il-Marka, jiġifieri l-Marka tal-Bhima. Aħarbu wliedi. Morru staħbew. Għax dan mhux kollox. Huma se jiddettaw kif titolbu, għax huma mhux lejn Alla jduru. Dawn uliedi, huma l-armati tax-Xitan, u jridu jisirqulkom l-erwieħkom.
Dawk minnkom li temmnu fija, lestu ruħkom. Erġgħu lura lejn il-knejjes tagħkom immedjatament. Itolbu lil Alla, il-Missier Etern. Inġabru fi gruppi u itolbu, itolbu u itolbu. Itolbu għar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla issa, sabiex meta tkunu qed taraw it-Twissija l-Kbira, taċċettaw b’umiltà, l-istat ta’ erwieħkom. Ma jkollkomx għafejn tibżgħu.
Itolbu wkoll għall-familjari u l-ħbieb tagħkom, għal uliedkom, u għall-ġirien tagħkom. Dawn kollha jeħtieġ li jippreparaw ukoll. Tant nies, imbagħad, se jikkonvertu meta jaraw il-Verità tal-eżistenza tiegħi. Ħafna nies ma jkunux jifilħu għax-xokk ta’ meta jaraw kif offendewni. Oħrajn sempliċement mhux se jimpurtahom minn xejn. Il-ħin issa għaddej ġmielu.
Itolbuni Sabiex Ngħinkom
Dawn is-sinjali, li kollha ġew imbassra, jinsabu madwarkom uliedi. Arawhom u aċċettawhom għal dak li huma. Irvellijiet. Terremoti. Għargħar. Tibdil fil-klima. Issa se jiżdiedu. Il-flus qed isiru skarsi, kif ukoll l-ikel tagħkom. Temmnux li kollox huwa mitluf, għaliex meta titolbuni l-għajnuna, it-talb tagħkom jiġi mwieġeb. Jiena Nżommkom ilkoll minn idejkom u Ngħinkom f’dan it-taqlib. Imma tridu tiftħu qalbkom. Imblukkaw kwalunkwe tentattiv biex iħajrukom tingħaqdu mal-konfoffa tad-Demonju. Żommu l-purità ta’ qalbkom u ta’ moħħkom. Kunu umli fil-ħarsa tagħkom. Imma qatt tibżgħu tiddefendu d-dritt tagħkom li temmnu Fija.
Wasal iż-Żmien li Tħejji Ruħkom
Iż-żmien wasal. Morru issa wliedi u ħejju ruħkom. Fittxu, permezz tas-Sagramenti, il-Grazzji meħtieġa biex tqaddsu erwieħkom. Imbagħad, itolbuni biex noħodkom f’Dirgħajja u itolbuni għas-salvazzjoni. L-Imħabba u l-Kompassjoni tiegħi, għal kull wieħed u waħda minnkom, huma lil hinn min dak li tistgħu tifhmu. It-Twissija l-Kbira hija waħda mill-akbar Rigali ta’ Grazzja li nista’ nagħtikom ilkoll, qabel ma jseħħ il-Ġudizzju Finali, li trid tintlaqa’ minnkom ilkoll. Kunu grati li qed jingħatalkom dan id-Don mill-isbaħ. Sabiex meta l-konverżjoni sseħħ, f’kull rokna tad-dinja, tkunu tassew lesti għas-Sema u l-Art il-Ġdida, li mbagħad jingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda; il-Ġenna tiegħi u l-wirt glorjuż li kull wieħed u waħda minnkom għandu d-dritt li jieħu, jekk tagħżlu hekk.
Issa stennew it-Twissija l-Kbira tiegħi uliedi. Għaliex iż-żmien issa qorob sew.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
l-Imħallef Ġust u Ħanin,
Ġesù Kristu