Id-Demokrazija Se Tisparixxi u s-Saċerdoti Jinqatlu Bħala Martri.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Marzu, 2011, fil-11 pm.
O maħbuba binti l-għażiża, huwa b’Ferħ li Jiena qiegħed Nerga’ Nilqa’ l-attenzjoni tiegħek illejla. In-nuqqas tal-preżenza tiegħek Weġġegħtni xi ftit, imma kont Naf li inti ma ddumx ma terġa’ lura Għandi. Jekk jogħġbok ismagħni sew: Filwaqt li Jiena Konxju li int impenjata b’ħajtek, inti trid tifhem ukoll l-urġenza kbira ta’ dan il-Messaġġ. Il-Kelma tiegħi qegħda tingħatalek bħalisssa f’din l-akbar era storika mill-bidu tad-dinja. Għaliex huwa f’dan iż-żmien, li d-dinja issa sejra tesperjenza bidliet kbra, li sal-lum l-umanità qatt ma rat bħalhom.
Ippreparaw ruħkom issa wliedi, kull fejn tinsabu bħalissa fid-dinja. Għax dalwaqt wieħed mill-akbar Rigali prezzjużi, ħiereġ mill-Ħniena tiegħi, issa sejjer jingħata lil kull wieħed u waħda minnkom. Din it-Twissija tiegħi li qed tingħatalkom, sejra twassal il-konverżjoni ma’ kullimkien. Meta dan iseħħ, jiġifieri eżatt wara dak il-mument meta d-dinja tieqaf għalkollox fis-skiet, l-Imħabba, permezz tal-aċċettazzjoni tal-Verità, sejra tkun mifruxa ma’ kullimkien. Is-segwaċi tax-Xitan (Satana) sejrin isibuha diffiċli biex jiddefendu l-imġieba krudili tagħhom, quddiem l-Imħabba u d-Dawl li sejrin jiddu permezz tagħkom. Imma għalkemm dan l-Avveniment il-Kbir, li se jaħsadkom, u se jwssal għal ħafna konverżjonijiet, intom xorta waħda tridu tippreparaw għalih. Aċċettaw li din il-profezija sejra sseħħ fiż-żgur. Ftit ħafna sejrin jiċħduha, kemm waqt, kif ukoll wara t-Twissija. Madankollu, ħafna nies, xorta waħda se jkomplu jdawaru wiċċhom in-naħa l-oħra Minni. Imbgħad tasal il-Persekuzzjoni l-Kbira.
Is-Saċerdoti Se Jsofru
L-Armata tiegħi tas-segwaċi maħbuba Minni, sejra tqum u bil-kuraġġ kollu tiddefendi l-Eżistenza tiegħi. Madankollu, anke dawk li intom tkunu l-inqas qed tistennew minnhom, inklużi dawk il-mexxejja tal-Knisja Nisranija tiegħi, sejrin jingħaqdu mad-Demonju u l-parassiti tiegħu. Dawn sejrin jiġu mwaqqa’ għal dan il-ħażen minħabba d-dgħufija tal-fidi tagħhom. Intom sejrin taraw lil dawk il-Vigarji Qaddisa tiegħi, u l-Qaddejja Sagri leali tiegħi (is-Saċerdoti), kif se jkollhom jiddefendu l-fidi tagħhom. Il-krudeltà, li se tintwera lilhom, sejra tkun simili għal dik li Jien Iffaċċjajt mill-qattiela tiegħi. Agħtu kas ta’ dan li qiegħed Ngħid, intom ilkoll li ssegwuni. Araw li ma li tiġux ittentati sabiex issegwu din it-triq tat-tradituri, anke jekk tkunu mwerwra bil-biza’. Araw li qatt ma taqgħu għall-wegħdiet foloz tagħhom. Kunu kuraġġużi. Itolbuni għal-Qawwa.
Il-persekuzzjoni Mhux Se Ddum Ħafna
Qisu li tippreparaw ruħkom sew, intom li temmnu Fija, għaliex anke dawk l-aktar viċin tagħkom stess, sejrin jduru 'l bogħod mill-fidi. Għalhekk intom tistgħu ssibu ruħkom iżolati, imżebilħa minnhom u anke mwaqqgħin għaċ-ċajt pubblikament. Araw li tinjoraw it-tmaqdir tagħhom. Jiena sejjer Niggwidakom ilkoll u Nipproteġikom, u għaliex dan iż-żmien mhux se jdum ħafna. L-akbar tbatija ta’ wġigħ li intom sejrin tesperjenzaw, tkun meta taraw in-nuqqas ta’ lealtà tagħhom Lejja, jiġifieri lejn il-Verità.
Ġnus li Mhux Insara Sejrin Jikkontrollaw Kollox
It-talb jista’ jgħin biex inaqqas xi wħud mill-avvenimenti katastrofiċi li sejrin jiżvolġu. Il-persekuzzjoni, li sejrin iwikku fuq dawk minnkom li temmnu Fija, u fil-Missier Etern tiegħi, se tkun minn ġnus li huma vojta minn kull imħabba. Vojta mill-imħabba għal Alla. L-unika mħabba li għandhom f’qalbhom hija għall-ħakma tal-poter fuq pajjiżi inqas fortunati. Il-kontroll huwa l-għan ewlieni tagħhom. Il-glorja, u t-tfittxija għall-ġid u ta’ pussess fuqkom, fuq pajjiżkom u fuq dawk minnkom li jirrifjutaw li jiċħduni. Jekk intom iċċedu wliedi, sejrin ssibuha diffiċli ħafna li tirritornaw lura fuq l-istess l-passi tagħkom Lejja. Dan sejjer jitlob minnkom kuraġġ kbir immens, quddiem oppożizzjoni qawwija, imma intom tirbħu żgur. Jekk tbatu minħabba l-passjoni li tħossu f’qalbkom għall-imħabba ta’ Alla, il-Missier Etern tiegħi, allura inthom taċċettaw dan bil-ferħ f’ruħkom.
Il-Qawmien ta’ Dittaturi Ġodda
Il-bidliet f’salt fis-sitwazzjonijiet globali, li s’issa dehru bħal inkwiet żgħir, issa sejrin ikomplu jiżviluppaw bħala gwerer fuq skala kbira. Il-gwerer imbagħad se jwasslu għal nuqqas ta’ ikel. Id-demokrazija tonqos mill-ewwel u se jinbtu dittatorjati krudili. Madankollu, dawn id-dittaturi, sejrin joqogħdu attenti ħafna kif jippreżentaw lilhom infushom. Se jippużaw bħala suppost negozjaturi tal-paċi u bħala “salvaturi”. Bħala kumpens talli jitimgħukom, huma sejrin jikkontrollaw dak kollu li tippossedu, li mbagħad kollox isir tagħhom. Intom ikollkom bżonn tiksbu permess saħansitra sabiex titimgħu lill-familji tagħkom. Sabiex tivvjaġġaw, ser ikollkom bżonn timbru speċjali ta’ identifikazzjoni u għalhekk tintalbu taċċettaw il-Marka, jiġifieri l-Marka tal-Bhima. Araw li taħarbu wliedi. Morru staħbew. Imma dan mhux kollox. Huma sejrin jiddettaw kif anke titolbu, għax huma mhux lejn Alla jduru. Dawn uliedi, huma l-Armata tax-Xitan, u jridu jisirqulkom l-erwieħkom.
Dawk minnkom li temmnu Fija, lestu ruħkom. Erġgħu lura lejn il-Knejjes tagħkom immedjatament. Itolbu lil Alla, il-Missier Etern. Jeħtieġ li tinġabru fi gruppi u titolbu, titolbu u titolbu. Itolbu għar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla issa, sabiex meta tkunu qegħdin taraw it-Twissija l-Kbira, taċċettaw b’umiltà l-istat ta’ erwieħkom. Imbagħad intom ma jkollkomx għafejn tibżgħu. Itolbu wkoll għall-familjari u l-ħbieb tagħkom, għal uliedkom, u għall-ġirien tagħkom. Dawn kollha jeħtieġ li huma jippreparaw ukoll. Tant nies, imbagħad, sejrin jikkonvertu meta jaraw il-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Ħafna nies ma jkunux jifilħu għax-xokk ta’ meta jaraw kif offendewni. Oħrajn sempliċement mhux se jimpurtahom minn xejn. Il-ħin issa għaddej ġmielu.
Itolbuni Sabiex Ngħinkom
Dawn is-sinjali, li kollha ġew imbassra, jinsabu madwarkom uliedi. Arawhom u aċċettawhom għal dak li huma. Irvellijiet. Terremoti. Għargħar. Tibdil fil-klima. Issa sejrin jiżdiedu. Għalkemm il-flus qegħdin isiru skarsi, kif ukoll l-ikel tagħkom, temmnux li kollox huwa mitluf. Għaliex meta intom titolbuni l-għajnuna, it-talb tagħkom jiġi Mwieġeb Minni. Jiena Nżommkom ilkoll minn idejkom u Ngħinkom f’dan it-taqlib kollu. Imma intom tridu tiftħu qalbkom. Irrifjuaw mill-ewwel kwalunkwe tentattiv sabiex iħajrukom tingħaqdu mal-Konfoffa tad-Demonju. Żommu s-safa ta’ qalbkom u ta’ moħħkom. Araw li tkunu umli fil-ħarsa tagħkom. Imma qatt tibżgħu tiddefendu d-dritt tagħkom li temmnu Fija.
Wasal iż-Żmien li Tħejju Ruħkom
Iż-żmien wasal. Morru issa wliedi u ħejju ruħkom. Fittxu, permezz tas-Sagramenti, il-Grazzji meħtieġa sabiex tqaddsu erwieħkom. Imbagħad, itolbuni biex Noħodkom f’Dirgħajja u itolbuni għas-Salvazzjoni. L-Imħabba u l-Kompassjoni tiegħi, għal kull wieħed u waħda minnkom, huma lil hinn min dak li intom tistgħu qatt tifhmu. It-Twissija l-Kbira hija waħda mill-akbar Rigali ta’ Grazzja li Jiena Nista’ Nagħtikom ilkoll, qabel ma jseħħ il-Ġudizzju Finali, u li trid tintlaqa’ minnkom ilkoll. Kunu grati li qiegħed jingħatalkom dan id-Don mill-isbaħ. Sabiex meta l-konverżjoni sseħħ, f’kull rokna tad-dinja, tkunu tassew lesti għas-Sema u l-Art il-Ġdida, li mbagħad jingħaqdu flimkien bħala ħaġa waħda; il-Ġenna tal-Art tiegħi u l-wirt glorjuż, li kull wieħed u waħda minnkom għandu d-dritt li jieħu, jekk intom tagħżlu hekk. Issa qisu li tistennew it-Twissija tiegħi uliedi. Għaliex iż-żmien qorob sew.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
l-Imħallef Ġust u Ħanin,
Ġesù Kristu