Insara Kollha Indmu Issa, Kattoliċi Itolbu Għall-Papa Benedittu XVI.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Marzu, 2011, fl-10 am.
Maħbuba binti, erġajna ltaqna flimkien. Kemm kont impenjata f’dawn l-aħħar jiem. Inti nnotajtħa s-saħħa li Jiena qiegħed nagħtik sew fil-fidi u sew f’ġismek? Dan għaliex xogħlok tant qed jogħġobni. Hekk kif inti qiegħda tkompli tippubblika dawn il-Messaġġi, jekk jogħġbok inkoraġġixxi lil kemm jista’ jkun nies li taf, biex issa jfittxu r-rikonċiljazzjoni tagħhom għal dnubiethom malajr. Ma jimpurtax minn liema fidi Nisranija ġejjin. Huma għandhom juru l-umiltà u l-lealtà tagħhom Lejja permezz tal-att li jfittxu l-maħfra.
Dan l-att sempliċi se jagħmilhom aktar b’saħħithom, matul l-avveniment li Jiena nirreferi għalih bħala t-Twissija l-Kbira. Indmu lkoll biex issalvaw l-erwieħ tagħkom. Ippreparaw għat-Twissija l-Kbira immedjatament, għaliex għal dawk minnkom li mhumiex fl-istat ta’ grazzja, intom tistgħu ma ssalvawx.
Maħbuba binti, Jiena rridek tkompli miexja malajr biex ixxerred il-Kelma dwar dawn il-Messaġġi. Jiena digà Spjegajtlek qabel, li dawn għandhom jingħataw lil kemm jista’ jkun nies u fl-iqsar żmien possibbli. Hekk kif dan l-avveniment qiegħed joqrob, hekk ukoll qiegħed joqrob avveniment dwar il-Vatikan Imqaddes.
Itlob lil kulħadd biex jitolbu għall-maħbub tiegħi, il-Vigarju Qaddis, il-Papa Benedittu, għaliex huwa mdawwar mill-għedewwa tal-Missier Etern tiegħi. Itolbu għal dawk is-Saċerdoti li qatt ma tfixklu fil-fidi tagħhom Fija jew fil-Missier Etern tiegħi.
Il-Qawmien tal-Profeta Falz
Issa jeħtieġ li huma jitolbu bis-sħiħ, għaliex ir-riżultat ta’ dan l-attakk fuq il-Vigarju Mqaddes tiegħi, se jkun evidenti minnkom ilkoll. Itolbu, itolbu u itolbu, li l-Profeta Falz jiġi identifikat għal dak li hu. Oqogħdu attenti għall-imġieba tiegħu. L-aġenda tiegħu hi li jfittex l-attenzjoni, sabiex il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) żbaljati tiegħi, jinżlu mal-art f’riġlejh b’ammirazzjoni. Imbagħad isimgħu sew x’għandu xi jgħid. L-umiltà tiegħu se tkun falza. L-intenzjonijiet tiegħu huma malizzjużi, u l-imħabba li se toħroġ minnu se tkun kollha għalih inniffsu. Huwa se jitqies bħala innovattiv, dinamiku, u nifs ta’ arja friska. Filwaqt li huwa motivat u enerġetiku, il-poteri tiegħu mhux se jiġu minn Alla, il-Missier Etern. Dawn se jiġu mix-Xitan (Satana), id-Demonju.
Itolbu, itolbu u itolbu. Intom uliedi, jeħtieġ li toqgħodu għassa sew. Għandkom bżonnni biex Niggwidakom issa, hekk kif dawn il-profeziji qed jiġu żvelati lill-umanità. Ibqgħu sodi u leali lejn it-Tagħlim tiegħi. Itolbu fi gruppi. Itolbu r-Rużarju Mqaddes sabiex tfittxu l-protezzjoni mid-Demonju.
Ftakru lezzjoni waħda. It-Tagħlim tiegħi qatt ma jinbidel. Dan jibqa’ l-istess kif dejjem kien. Kif digà għidt qabel, meta ssibu li Tagħlim tiegħi ġie mbagħabas, imnaqqas, jew kif se jiġri, mgħawweġ b’mod li jidher stramb jew f’kuntrast mat-Tagħlim tiegħi, allura itilqu minn hemm, u itolbu Lili Niggwidakom.
Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu