Intom l-Insara Kollha Indmu Issa, Intom il-Kattoliċi Itolbu Għall-Papa Benedittu XVI

Is-Sibt, 5 ta’ Marzu 2011 @ 10:00

Intom l-Insara Kollha Indmu Issa, Intom il-Kattoliċi Itolbu Għall-Papa Benedittu XVI.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Marzu, 2011, fl-10 am.


Maħbuba binti, erġajna ltaqna flimkien. Kemm kont impenjata hux f’dawn l-aħħar jiem! Inti nnotajtħa s-saħħa li Jiena qiegħed Nagħtik, sew fil-fidi u sew f’ġismek? Dan għaliex Xogħlok tant Lili qed jogħġobni. Hekk kif inti qiegħda tkompli tippubblika dawn il-Messaġġi, jekk jogħġbok inkoraġġixxi lil kemm jista’ jkun nies li taf, sabiex issa jfittxu r-rikonċiljazzjoni tagħhom Miegħi għal dnubiethom malajr. Ma jimpurtax minn liema fidi Nisranija dawn in-nies ġejjin. Huma għandhom juru l-umiltà u l-lealtà tagħhom Lejja permezz tal-Att tal-Maħfra. Dan l-Att sempliċi se jagħmilhom aktar b’saħħithom, matul l-avveniment li Jiena Nirreferi għalih bħala t-Twissija l-Kbira. Jeħtieġ li tindmu lkoll minn dnubietkom sabiex issalvaw l-erwieħ tagħkom. Ippreparaw għat-Twissija l-Kbira immedjatament, għaliex għal dawk minnkom li mhumiex fi stat ta’ grazzja, intom tistgħu ma ssalvawx.

Maħbuba binti, Jien Irridek tkompli miexja malajr biex ixxerred il-Kelma dwar dawn il-Messaġġi. Jiena digà Spjegajtlek qabel, li dawn għandhom jingħataw lil kemm jista’ jkun nies u fl-iqsar żmien possibbli. Hekk kif dan l-Avveniment qiegħed joqrob, hekk ukoll qiegħed joqrob avveniment dwar il-Vatikan Imqaddes. Itlob lil kulħadd ħalli jitolbu għall-maħbub tiegħi, il-Vigarju Qaddis, il-Papa Benedittu, għaliex huwa mdawwar mill-għedewwa tal-Missier Etern tiegħi. Itolbu għal dawk is-Saċerdoti li qatt ma tfixklu fil-fidi tagħhom Fija jew fil-Missier Etern tiegħi.


Il-Qawmien tal-Profeta Falz

Issa jeħtieġ li dawn in-nies jitolbu bis-sħiħ, għaliex ir-riżultat ta’ dan l-attakk fuq il-Vigarju Mqaddes tiegħi, sejjer ikun evidenti minnkom ilkoll. Itolbu, itolbu u itolbu, li l-Profeta Falz jiġi identifikat għal dak li hu. Oqogħdu attenti għall-imġieba tiegħu. L-aġenda tiegħu hi li jiġbed l-attenzjoni, sabiex il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) żbaljati tiegħi, jinżlu mal-art f’riġlejh b’ammirazzjoni. Imbagħad isimgħu sew dak li għandu xi jgħid. L-umiltà tiegħu sejra tkun falza. L-intenzjonijiet tiegħu huma malizzjużi, u l-imħabba li se toħroġ minnu se tkun kollha għalih inniffsu biss. Huwa se jitqies minn ħafna bħala innovattiv, dinamiku, u nifs ta’ arja friska. Filwaqt li huwa motivat u enerġetiku, il-poteri tiegħu mhux se jiġu minn Alla, il-Missier Etern. Dawn imma sejrin jiġu mix-Xitan (Satana), id-Demonju.

Itolbu, itolbu u itolbu. Intom uliedi, jeħtieġ li toqgħodu għassa sew il-ħin kollu. Intom għandkom bżonnni sabiex Niggwidakom issa, hekk kif dawn il-profeziji qegħdin jiġu żvelati lill-umanità. Ibqgħu sodi u leali lejn it-Tagħlim tiegħi. Itolbu fi gruppi. Itolbu r-Rużarju Mqaddes sabiex tfittxu l-protezzjoni mid-Demonju. Araw li tiftakru f’din il-lezzjoni waħda: It-Tagħlim tiegħi ma jinbidel qatt. Dan jibqa’ l-istess kif dejjem kien. Kif digà għidtilkom qabel, meta ssibu li Tagħlim tiegħi ġie mbagħabas, imnaqqas, jew kif se jiġri, mgħawweġ b’tali mod li jidher stramb jew f’kuntrast mat-Tagħlim tiegħi, allura itilqu minn hemm, u itolbu Lili Niggwidakom. 


Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM