L-Umanità Qiegħda Tiġi Kkastigata

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu 2011 @ 15:30

L-Umanità Qiegħda Tiġi Kkastigata.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Marzu, 2011, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti, il-Purifikazzjoni li se tbati l-umanità permezz tal-gwerer, terremoti, eruzzjonijiet vulkaniċi, tsunamis, mewġiet ta’ sħana qawwija u valangi tat-tajn, għadha għaddejja minħabba d-dnubiet tal-umanità.

Dawk biss li jduru Lejja, Jien is-Salvatur Divin tagħhom u l-Ħallieq tagħhom, Missieri u Missierhom, jistgħu jiġu salvati. Qatt tħarsu lejn Missieri bil-biża’, għaliex Hu jħobb lil uliedu kollha. Madankollu, Hu se jikkastiga lil dawk li jibqgħu jirrifjutaw l-Eżistenza tiegħu. Il-Paċenzja tiegħu, hekk kif il-ħażen, in-nuqqas ta’ fidi u l-imħabba oxxena tal-bniedem għalih innifsu qegħdin jkomplu, issa qed tasal fi tmiemha.

Il-Missier Etern tiegħi, Alla l-Ħallieq u li Biħ sar kollox, iħobb lil uliedu kollha, b’tenerezza li l-ġenituri jħossu għal uliedhom. Imma bħalma jagħmlu l-ġenituri, il-ġenituri responsabbli, uliedhom jiġu kkastigati jekk iwettqu xi atti li huma aggressivi jew inaċċettabbli. Hekk ukoll issa l-Korla ta’ Missieri se tidher fid-dinja f’dan iż-żmien. Din binti, hija kif għedtlek, is-Sena tal-Purifikazzjoni.

In-nies kullimkien se jifhmu li dawn il-ġrajjiet mhumiex naturali. Huma kkawżati minn Intervent Divin biex il-bniedem fl-aħħar jifhem il-Verità tal-Iskrittura.

Itolbu u itolbu għall-konverżjoni.


Il-Maħbub Ġesù Kristu tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM