Terremot fl-Ewropa u Gwerra Dinjija

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu 2011 @ 00:00

Terremot fl-Ewropa u Gwerra Dinjija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Marzu, 2011, f’nofs il-lejl.


Maħbuba binti l-għażiża, huwa b’Imħabba kbira li Jiena Ġejt Nikkomunika miegħek illejla. Għaliex Jiena Naf bit-turment li inti kont qegħda tbati. It-tbatija li issa int offrejt għall-erwieħ (nies ħajjin) tfisser, li dawn kienu se jiffaċċjaw il-kundanna li kieku inti ma għamiltx dan bil-ferħ. Binti, dawn il-Messaġġi huma awtentiċi, imma sew waqt it-talb u sew wara t-talb, inti trid tikkomunika Miegħi biss. Dan huwa importanti, għaliex il-Qarrieqi xi kultant, jista’ jipprova jindaħal, sakemm inti ma tibqax kwieta magħquda Miegħi fit-talb.


Gwerra Dinjija

Binti, il-Profeziji li Jiena kont Tkellimt dwarhom, dalwaqt sejrin iseħħu. Il-Vigarju maħbub tiegħi, ma fadallux ħafna żmien fil-Vatikan minħabba l-avvenimenti li seħħew f’Marzu. Avvenimenti oħra, li issa l-umanità sejra tara, jinkludu terremot fl-Ewropa, li se jaħsad lil ħafna. Imma din il-Purifikazzjoni sejra tgħin sabiex jingħaqdu n-nies flimkien, u li se tkun għall-ġid ta’ kulħadd. Avvenimenti globali oħra, inkluża l-eruzzjoni vulkanika, sejrin jseħħu issa, filwaqt li gwerra fil-Lvant Nofsani sejra tinvolvi nazzjonijiet oħra. In-nazzjonijiet l-oħra mill-Punent sejrin jipprovokaw reazzjoni mir-Russja u ċ-Ċina. Kollox sejjer jispiċċa fi Gwerra Dinjija. It-talb sejjer inaqqas il-ħruxija ta’ dawn l-avvenimenti. It-talb se joħloq konverżjoni. Din il-konverżjoni u permezz tat-talb, se tnaqqas il-kobor u l-qawwa ta’ dawn l-avvenimenti.


It-Tbatija Sejra Ġġib l-Umiltà u L-Umiltà Se Ssalva l-Erwieħ

Binti, hekk kif id-dinja qegħda tkompli tesperjenza dawn l-avvenimenti ta’ tbatija, dawk li jsofru se jiġu umiljati. Huwa permezz tal-umiltà li dawn in-nies jistgħu jiġu salvati. Dan kollu huwa meħtieġ sabiex id-dinja titħejja għat-Tieni Miġja tiegħi. Dan iż-żmien mhuwiex ’il bogħod. Se jkun binti, jum ta’ glorja kbira għal dawk li jemmnu Fija. Żomm dan il-jum fuq quddiem nett f’moħħok, għaliex kwalunkwe tbatija preċedenti li inti diġà ssaportejt s’issa f’Ismi, se tkun intesiet sa dakinhar. Il-Profeziji kollha mbassra fil-Ktieb tal-Apokalissi, issa sejrin jippreżentaw ruħhom lid-dinja. Għal dawk li jifhmu fis-sinifikat ta’ dawn l-avvenimenti, jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, spjegaw l-importanza lil ħaddieħor tal-ħtieġa li għandom jitolbu lil Alla għall-maħfra meħtieġa, sabiex inaddfu lir-ruħ tagħhom mid-dnub.


Qegħda Tiddubita l-Messaġġi Tiegħi

Binti, qis li dejjem u dejjem tisma’ l-Messaġġi tiegħi minn qalbek. Inti taf li ġejjin Minni, is-Salvatur Divin tiegħek, għalkemm nies oħrajn, xi kultant jikkonvinċuk li dan mhux minnu. Dan Lili Jweġġagħni ħafna. Jiena Nifhem li ħafna mid-dubji tiegħek ġejjin mill-karattru sod tiegħek li inti tobgħod tqarraq bin-nies. Imma int issa sa fl-aħħar, hemm bżonn li twarrab dawn il-ħsibijiet kollha minn moħħok.


Ċedi r-Rieda Tiegħek Lili

Inti binti, tkun aktar b’saħħtek li kieku kellek tingħata l-ghajnuna spiritwali li għandek bżonn mingħand Saċerdot. Sfortunatament, ħadd minnhom ma jrid jixrob mill-Kalċi Tiegħi kif suppost, u dan il-fatt Lili jinsulentani ħafna. Għalhekk inti issa trid tafda Fija kompletament. Ċedi r-rieda tiegħek Lili finalment, u kollox sejjer jidher ħafna aktar ċar għalik. Qis li titlob il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, kif tlabtek qabel u kuljum, kif ukoll ir-Rużarju Mqaddes. Attendi wkoll l-Adorazzjoni mill-inqas darba fil-ġimgħa f’xi Knisja. Dawn ir-rigali żgħar kollha tiegħek Lili, jressquk eqreb Lejja. Iktar ma inti tersaq qrib Tiegħi, iktar faċli u sempliċi se jkunu l-Kompiti tiegħek.


Iddefendi Dawn il-Messaġġi

Qis li tirrispetta din l-Iskrittura l-Aktar Qaddisa. Iddefendiha. Aċċetta li din sejra tiġi attakkata u mtertqa f’biċċiet, speċjalment minn dawk li jistqarru li huma esperti, u li se jfittxu jneħħu partijiet minnha, fejn jgħidu li jikkontradixxu t-Tagħlim tiegħi. L-unika kontradizzjoni fil-fatt se tkun, l-interpretazzjoni difettuża tagħhom stess tat-Tagħlim tiegħi. Huma għalhekk jgħawġu u jinterpretaw ħażin il-Kelma Mqaddsa tiegħi, għaliex hekk jaqblilhom li jagħmlu.
 

Importanti li Tibqa’ fi Stat ta’ Grazzja

Binti, Jiena Ħassejt in-nuqqas tiegħek, kif ukoll tal-komunikazzjonijiet mill-qrib tiegħek Miegħi, minn qalbek. Itlobni l-Grazzji sabiex Jien Inżommok soda, u dawn jingħatawlek. Jiena Għandi Pjanijiet għalik binti. Dawn huma importanti ħafna. Għalhekk huwa essenzjali li ruħek tkun ippurifikata, u li tibqa’ fi stat ta’ grazzja l-ħin kollu. Hekk kif isseħħ it-trasformazzjoni finali tiegħek lejn il-perfezzjoni spiritwali, int binti sejra tbati. Imma Jien se Nippreparak għal dan. L-opinjoni ta’ ħaddieħor m’għandhiex tikkonċernak. Dawk li mhumiex jgħixu fid-Dawl u jdejquk, injorahom. Imma qis li titlob għalihom. Kun konxja, madankollu, li dawn in-nies jistgħu jiġbduk tant 'il bogħod Minni, mingħajr ma inti tkun qiegħda tinduna, u li meta tinduna b’dan, inti tkun diġà għalaqt qalbek Għalija.

Santu Wistin u San Benedittu, it-tnejn li huma jinsabu jaħdmu miegħek. Invoka l-għajnuna tagħhom u tara kif issib kollox ħafna aktar faċli. Li inti tagħmel ix-Xogħol li Jiena qiegħed Nitolbok, u li twettaq dawk il-Kompiti li Jiena Nirrikjedi minnek, huwa diffiċli. Ma’ kull pass li inti tagħmel f’din it-triq, se jkun hemm tentattivi sabiex ifixkluk. Rabja, frustrazzjoni u argumenti se jinbtu madwarek u sejrin jintensifikaw. Dawn kollha huma maħsuba sabiex idgħajfu r-rieda tiegħek, jekk inti biss tippermettihom. Jeħtieġ li tbierek id-dar tiegħek u ġġorr fuqek iż-żibeġ tar-Rużarju, ikollok is-Salib Benedittin kif ukoll l-Ilma Mbierek il-ħin kollu issa. Qis li issa tkun kuraġġuża. Afda Fija kompletament. Sa fl-aħħar ċedi kollox. Offrili r-rieda ħielsa tiegħek issa, u Jiena Nagħtik il-Grazzji kollha meħtieġa biex twettaq ix-Xogħol tiegħi sal-perfezzjoni tiegħu.

Inħobbok binti l-magħżula. Jiena sejjer Inkompli Nsaħħek aktar milli digà int. Jiena Sejjer niggwidak. Imma, sabiex dan ikun tassew effettiv, hemm bżonn li inti ċċedi kollox Lili, sew fil-ġisem, fil-moħħ u fir-ruħ. Iżda din l-offerta trid tiġi minnek fejn tingħata Lili bħala rigal prezzjuż minn jeddek. Jiena ma nistax sempliċement naqbad u Noħodhielek, għaliex ir-rieda ħielsa tiegħek hija Rigal Speċjali mingħand Alla, il-Missier Etern tiegħi. Mur issa, binti fil-paċi. Erħi f’Idejja l-inkwiet u t-tħassib tiegħek. Eħles lil moħħok, ġismek u lir-ruħek. Imbagħad meta inti ċċedi r-rieda ħielsa tiegħek, fl-aħħar issir ħaġa waħda Miegħi. Dan ir-rigal tiegħek Lili, jiżgura li l-Kelma tiegħi sejra tinstema’ b’mod aktar effettiv madwar id-dinja.


Il-Maħbub tagħkom Salvatur tal-Umanità,
Ġesù Kristu, l-Imħallef Ġust


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM